Salm 92:1-15
Għanja għal jum is-Sabat.
92 Hu tajjeb li jien nirringrazzjak, Ġeħova,U li nfaħħar bil-kant lil* ismek, l-Iktar Għoli,
2 Li nxandar l-imħabba* tiegħek filgħoduU l-lealtà tiegħek billejl.
3 Hu tajjeb li nfaħħrek bi strument b’għaxar kordi, bl-iljut,*U bil-ħoss sabiħ tal-arpa.
4 Għax int, Ġeħova, ferraħtni b’dak li għamilt;Jien għajjatt bil-ferħ minħabba xogħol idejk.
5 Ġeħova, kemm huma tal-għaġeb l-affarijiet li għamilt!
Int għaref ħafna.
6 Xi ħadd bla raġuni ma jistax ikun jaf dan;U xi ħadd iblah ma jistax jifhem dan:
7 Anki jekk il-ħżiena jinbtu bħall-ħaxix ħażinU dawk li jagħmlu l-ħażin jirnexxu,Huma se jinqerdu għal dejjem.
8 Imma int, Ġeħova, se tibqaʼ fl-ogħla pożizzjoni għal dejjem.
9 Ġeħova, ħares lejn l-għedewwa tiegħek.
Żgur li hemm qerda tistenniehom;Dawk kollha li jagħmlu l-ħażen se jiġu mxerrdin.
10 Imma int se tagħtini saħħa* daqs taʼ barri salvaġġ;Jien se nindilek b’żejt tajjeb.
11 Se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu;Se nismaʼ dwar it-telfa taʼ dawn l-irġiel ħżiena li jattakkawni.
12 Imma n-nies sewwa se jikbru bħal siġar tal-palm;U jogħlew bħas-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.
13 Huma mħawlin fid-dar taʼ Ġeħova;Huma jikbru fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.
14 Anki meta jixjieħu* se jibqgħu jagħtu l-frott.
Dawn se jibqgħu b’saħħithom u mimlijin ħajja,
15 Dawn ixandru li Ġeħova hu ġust.
Hu l-Blata tiegħi, u qatt ma jagħmel xi ħaġa ħażina.
Noti taʼ taħt
^ Jew “indoqq il-mużika għal.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Strument antik li qisu kitarra.
^ Letteralment “tgħolli l-qarn tiegħi.”
^ Jew “ikollhom xagħarhom abjad.”