Salm 94:1-23

  • Jitlob biex Alla jġib vendetta

    • “Kemm se jdumu l-ħżiena?” (3)

    • Min jiġi kkoreġut minn Jah ikun ferħan (12)

    • Alla mhux se jitlaq lill-poplu tiegħu (14)

    • “Jużaw il-liġi biex jaqilgħu l-inkwiet” (20)

94  Ġeħova, int l-Alla li ġġib vendetta kontra l-ħżiena. Uri min int, ikkastiga l-ħżiena!   Aġixxi, Imħallef tal-art. Agħti lill-kburin dak li ħaqqhom.   Ġeħova, kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu? Kemm se jdumu?   Huma jpaċpċu u jitkellmu b’mod arroganti;Il-ħżiena kollha jiftaħru bihom infushom.   Huma jgħaffġu lill-poplu tiegħek, Ġeħova,Huma jaħqru l-wirt tiegħek.   Huma joqtlu l-armla u r-resident barrani,U anki lill-orfni.*   Huma jgħidu: “Jah mhux qed jara;L-Alla taʼ Ġakobb mhux qed jagħti kas.”   Intom li ma tirraġunawx, meta se tifhmu? Intom il-boloh, meta se turu li intom għaqlin?   Jistaʼ Dak li għamel il-widna ma jismax? Jistaʼ Dak li għamel l-għajn ma jarax? 10  Jistaʼ Dak li jikkoreġi lill-popli ma jiddixxiplinax lilkom? Hu l-Wieħed li jagħti l-għarfien lin-nies. 11  Ġeħova jaf x’jaħsbu l-bnedmin,U l-ħsibijiet tagħhom huma bħal sempliċi nifs. 12  Jah, min jiġi kkoreġut minnekU mgħallem mil-liġi tiegħek, se jkun ferħan. 13  B’hekk hu jibqaʼ kalm fi żmien l-inkwiet,Sakemm il-ħażin jaqaʼ f’ħofra. 14  Għax Ġeħova mhux se jitlaq lill-poplu tiegħu,U lanqas mhu se jabbanduna lill-wirt tiegħu. 15  Għax l-imħallfin se jerġgħu jieħdu deċiżjonijiet ġusti,U dawk onesti f’qalbhom se jgħixu fi qbil magħhom. 16  Min se jaqbeż għalija kontra l-ħżiena? Min se jappoġġani kontra dawk li jagħmlu l-ħażin? 17  Kieku m’għennix Ġeħova,Diġà mitt.* 18  Ġeħova, meta għedtlek li se naqaʼ,L-imħabba u l-lealtà* tiegħek komplew jappoġġawni. 19  Meta kelli ħafna ansjetà,*Int għentni u ferraħtni.* 20  Sejjer int tissieħeb maʼ mexxejja* ħżienaLi jużaw il-liġi biex jaqilgħu l-inkwiet? 21  Huma jattakkaw bi ħdura lill-ġust*U jikkundannaw għall-mewt lill-innoċenti.* 22  Imma Ġeħova se jsir il-post taʼ protezzjoni* tiegħi. L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi li fih nistkenn. 23  Hu se jġib fuqhom il-ħażen li jippjanaw huma stessU se jeqridhom* permezz tal-ħażen tagħhom. Ġeħova l-Alla tagħna se jeqridhom.*

Noti taʼ taħt

Letteralment “lil dawk bla missier.”
Letteralment “Ruħi daqt kienet se tkun fis-silenzju.”
Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Meta l-ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija.”
Jew “Il-faraġ tiegħek ikkalma lil ruħi.”
Jew “imħallfin.” Letteralment “tron.”
Jew “ruħ il-ġust.”
Letteralment “U jiddikjaraw ħati (ħażin) id-demm tal-innoċenti.”
Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Letteralment “isikkithom.”
Letteralment “isikkithom.”