Salm 96:1-13
96 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.
Kantaw lil Ġeħova, nies tal-art kollha.
2 Kantaw lil Ġeħova; faħħru lil ismu.
Xandru l-aħbar tajba dwar kif isalva lin-nies jum wara l-ieħor.
3 Faħħruh mal-ġnus,Għidu lill-popli dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.
4 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir.
Hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah iktar mill-allat l-oħrajn kollha.
5 L-allat kollha tal-popli ma jiswew għal xejn.
Imma Ġeħova hu dak li għamel is-sema.
6 Fejn hemm hu hemm glorja u ġmiel;*Saħħa u sbuħija hemm fis-santwarju tiegħu.
7 Onoraw lil Ġeħova, familji tal-popli,Onoraw lil Ġeħova għall-glorja u s-saħħa tiegħu.
8 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu;Ġibu rigal u idħlu fil-btieħi tiegħu.
9 Milu quddiem* Ġeħova bi ħwejjeġ qaddisa;*Triegħdu quddiemu, nies kollha tal-art!
10 Xandru fost il-popli: “Ġeħova sar re.
L-art hi stabbilita fis-sod, u ħadd ma jistaʼ jċaqlaqha.
Hu se jiġġudika* l-popli b’mod ġust.”
11 Ħa jifirħu s-sema u l-art.
Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih.
12 Ħa jifirħu l-għelieqi u kulma fihom.
Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta
13 Quddiem Ġeħova, għax hu ġej* biex jiġġudika l-art.
Hu se jiġġudika lin-nies tal-art bil-ġustizzjaU lill-popli bil-lealtà.
Noti taʼ taħt
^ Jew “dinjità.”
^ Jew “Qimu lil.”
^ Jew forsi “minħabba l-ġmiel tal-qdusija tiegħu.”
^ Jew “jiddefendi l-kawża taʼ.”
^ Jew “ġie.”