Salm 97:1-12
97 Ġeħova sar Re!
Ħa tifraħ l-art.
Ħa jifirħu l-gżejjer kollha.
2 Madwaru hemm sħab u dlam;Hu dejjem imexxi bis-sewwa u l-ġustizzja.
3 Minn quddiemu joħroġ narLi jeqred lill-għedewwa li hemm madwaru.
4 Is-sajjetti tiegħu jdawlu l-art;Id-dinja titriegħed meta tara dan.
5 Il-muntanji jdubu bħax-xemaʼ quddiem Ġeħova,Quddiem is-Sid tal-art kollha.
6 Is-sema xxandar il-ġustizzja tiegħu,U l-popli kollha jaraw il-glorja tiegħu.
7 Dawk kollha li jqimu xi statwa skolpitaU li jiftaħru bl-allat tagħhom li ma jiswew għal xejnSe jiġu mġiegħla jistħu.
Milu quddiemu,* allat kollha.
8 Sijon tismaʼ u tifraħ.
Il-bliet* taʼ Ġuda huma ferħaninMinħabba l-ġudizzji tiegħek, Ġeħova.
9 Għax int Ġeħova, l-Iktar Għoli fuq l-art kollha;Int qiegħed fl-għoli ħafna iktar mill-allat l-oħrajn kollha.
10 Intom li tħobbu lil Ġeħova, obogħdu dak li hu ħażin.
Hu qed jipproteġi lil-leali tiegħu;Hu jeħlishom minn id* il-ħżiena.
11 Id-dawl idda għall-ġusti,U wasal iż-żmien biex dawk taʼ qalb onesta jifirħu.
12 Intom il-ġusti ifirħu b’ĠeħovaU rringrazzjaw lil ismu l-qaddis.*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Qimuh.”
^ Letteralment “Il-bniet.”
^ Jew “mill-qawwa taʼ.”
^ Letteralment “lit-tifkira tiegħu.”