Salm 99:1-9
99 Ġeħova sar Re. Ħa jitriegħdu l-popli.
Hu qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini. Ħa titriegħed l-art.
2 Ġeħova wera l-qawwa tiegħu f’Sijon,Hu qiegħed fl-għoli fuq il-popli kollha.
3 Ħa jfaħħru lil ismek kbir u qaddis,Għax hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah.
4 Int re b’saħħtu li tħobb il-ġustizzja.
Int għamilt ċert li dejjem isir dak li hu tajjeb.
Int rajt li jsir dak li hu sew u ġust f’Ġakobb.
5 Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħnaU milu* quddiem il-banketta għal saqajh;Hu qaddis.
6 Mosè u Aron kienu fost il-qassisin tiegħu,U Samwel kien fost dawk li jużaw ismu meta jitolbu.
Huma kienu jitolbu lil Ġeħova,U hu kien iwiġibhom.
7 Hu kien ikellimhom mill-kolonna tas-sħab.
Huma obdew it-tfakkiriet u l-liġijiet li tahom.
8 Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom.
Int ħfirtilhom,Imma kkastigajthom* għall-ħażen li għamlu.
9 Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħnaU milu* quddiem il-muntanja qaddisa tiegħu,Għax Ġeħova l-Alla tagħna hu qaddis.