Sofonija 2:1-15

2  Inġabru, iva, inġabru,+ O ġens bla mistħija.+  Qabel ma l-istatut jiled xi ħaġa,+ qabel ma l-jum ikun għadda bħal karfa, qabel ma tiġi fuqkom ir-rabja taħraq taʼ Ġeħova,+ qabel ma jiġi fuqkom jum ir-rabja taʼ Ġeħova,+  fittxu lil Ġeħova,+ intom il-ġwejdin kollha taʼ l-art,+ li wettaqtu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji Tiegħu. Fittxu s-sewwa,+ fittxu li tkunu ġwejdin.+ Probabbilment+ tkunu tistgħu tinħbew f’jum ir-rabja taʼ Ġeħova.+  Għax Gaża se ssir belt abbandunata;+ u Askelon issir ħerba.+ Asdod,+ sewwasew f’nofsinhar se jkeċċuha ’l barra;+ u Għekron tinqalaʼ mill-għeruq.+  “Gwaj għal dawk li jgħammru fir-reġjun tal-baħar, il-ġens tal-Keretin!+ Il-kelma taʼ Ġeħova hi kontrikom. O Kangħan, l-art tal-Filistin, se neqred lilek ukoll, sabiex ħadd ma jgħammar fik.+  U r-reġjun tal-baħar isir mergħat,+ bi bjar għar-rgħajja u mqawel tal-ġebel għan-nagħaġ.  U għad isir reġjun għal dawk li jifdal minn dar Ġuda.+ Minn hemm se jieklu huma. Fid-djar t’Askelon, fil-għaxija, huma se jimteddu fil-wisaʼ. Għax Ġeħova Alla tagħhom se jitfaʼ l-attenzjoni tiegħu fuqhom+ u se jiġbor lura lill-imjassrin tagħhom.”+  “Smajt it-tmaqdir minn Mowab+ u t-tgħajjir taʼ wlied Għammon,+ li bih maqdru lill-poplu tiegħi u bi kburija kbira lissnu theddid kontra t-territorju tiegħu.  Għalhekk, daqskemm jien ħaj,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, “Mowab issir bħal Sodoma,+ u wlied Għammon+ bħal Gomorra, post tal-ħurrieq, u ħofra tal-melħ, u art abbandunata, iva, għal żmien indefinit.*+ Dawk li jifdal mill-poplu tiegħi se jisirquhom, u l-fdal tal-ġens tiegħi se jiħodhom taħt idejh.+ 10  Dan se jieħdu minflok il-kburija tagħhom,+ talli maqdru u baqgħu jitkabbru kontra l-poplu taʼ Ġeħova taʼ l-armati.+ 11  Ġeħova se jqanqal il-biżaʼ fihom;+ għax hu se jnixxef lill-allat kollha taʼ l-art,+ u n-nies se jmilu quddiemu,+ kull wieħed mill-post tiegħu, il-gżejjer kollha tal-ġnus.+ 12  “Intom ukoll, Etjopjani,+ intom se tinqatlu bis-sejf tiegħi.”+ 13  “U hu se jmidd idu lejn it-tramuntana u jeqred lill-Assirja.+ U jagħmel lil Ninwe ħerba,+ reġjun bla ilma bħax-xagħri. 14  U f’nofsha, il-qtajjaʼ taʼ l-annimali se jimteddu fil-wisaʼ, l-annimali salvaġġi kollha tal-ġnus.+ Kemm il-pellikan u kemm il-porkuspin+ se jqattgħu l-lejl fost il-kaptelli tal-kolonni tagħha.+ Leħen joqgħod ikanta fit-tieqa. U jkun hemm ħerba sħiħa fuq l-għatba; għax hu se jaqlaʼ saħansitra l-injam minn mal-ħajt.+ 15  Din hi l-belt ferriħija li kienet bil-qiegħda fis-sigurtà,+ li kienet tgħid f’qalbha, ‘Jien biss, u m’hemm ħadd ħliefi.’+ O kif saret oġġett taʼ stagħġib, post fejn l-annimali salvaġġi jimteddu fil-wisaʼ! Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jsaffar bi stagħġib; se jxejjer idu diżgustat.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.