Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Informazzjoni

Informazzjoni

ATTENDANTS L-attendants qegħdin hemm biex jgħinuk. Jekk jogħġbok ikkopera magħhom billi tobdi dak li jgħidulek dwar il-parking, il-kontroll tal-folla, il-postijiet li terfaʼ, u affarijiet oħrajn.

MAGĦMUDIJA Se jkun hemm siġġijiet riservati għall-kandidati tal-magħmudija fis-sala prinċipali quddiem il-platform, sakemm ma jkunx hemm xi struzzjonijiet oħra. Il-kandidati għall-magħmudija għandhom ikunu bilqiegħda hemmhekk is-Sibt filgħodu qabel ma tibda t-taħdita tal-magħmudija. Kull wieħed għandu jġib miegħu xugaman u malja modesta.

DONAZZJONIJIET Ikun hemm ħafna spejjeż biex ikollna sistema tas-sawnd, apparat tal-vidjow, biżżejjed siġġijiet, u ħafna servizzi oħra. Dan isir biex nieħdu pjaċir bil-konvenzjoni u nersqu eqreb lejn Ġeħova. Id-donazzjonijiet volontarji tiegħek jgħinu biex jitħallsu dawn l-ispejjeż kif ukoll biex isir ix-xogħol taʼ madwar id-dinja. Jekk tixtieq tagħti, se ssib kaxxi għall-kontribuzzjonijiet immarkati ċar madwar is-sala kollha. Tistaʼ wkoll tagħmel donazzjoni online billi tmur donate.pr418.com. Id-donazzjonijiet kollha huma apprezzati ħafna. Il-Ġemgħa li Tiggverna tixtieq tirringrazzjak talli b’mod ġeneruż qed tgħin fix-xogħol tas-Saltna.

FIRST AID Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li dan id-dipartiment qiegħed għall-emerġenzi biss.

LOST AND FOUND Kull oġġett li jinstab għandu jittieħed fid-Dipartiment tal-Lost and Found. Jekk tlift xi ħaġa, mur f’dan id-dipartiment u għidilhom dak li tlift. Tfal li jitbiegħdu mill-ġenituri tagħhom u jintilfu għandhom jittieħdu f’dan id-dipartiment. Madankollu, biex jiġi evitat stress bla bżonn, jekk jogħġbok ħu ħsieb it-tfal tiegħek u żommhom miegħek.

SIĠĠIJIET Jekk jogħġbok aħseb f’ħaddieħor. Ftakar li tistaʼ żżomm post biss għal dawk li jiġu minnek mill-qrib, li qed jivvjaġġaw miegħek fl-istess karozza, jgħixu miegħek fl-istess dar, jew li bħalissa qed jistudjaw il-Bibbja miegħek. Jekk jogħġbok tħallix oġġetti fuq siġġijiet li m’intix terfaʼ.

VOLONTIERI Jekk tixtieq tgħin fix-xogħol biex tiġi organizzata l-konvenzjoni, jekk jogħġbok mur fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Volontieri.

Organizzata mill-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova

© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania