Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Id-Deċiżjoni Tiegħek Biex Taqdi Lil Alla

Id-Deċiżjoni Tiegħek Biex Taqdi Lil Alla

Lezzjoni Nru. 16

Id-​Deċiżjoni Tiegħek Biex Taqdi Lil Alla

Xi trid tagħmel biex issir ħabib t’Alla? (1, 2)

Kif tagħmilha d-​dedikazzjoni tiegħek lil Alla? (1)

Meta għandek titgħammed? (2)

Kif tistaʼ tikseb is-​saħħa biex tibqaʼ leali lejn Alla? (3)

1. Sabiex issir ħabib t’Alla, trid tikseb għarfien sewwa tal-​verità mill-​Bibbja (1 Timotju 2:3, 4), tpoġġi fidi fl-​affarijiet li tgħallimt (Lhud 11:6), tindem minn dnubietek (Atti 17:30, 31), u ddur lura fil-​korsa taʼ ħajtek. (Atti 3:19) Imbagħad l-​imħabba tiegħek lejn Alla għandha tqanqlek biex tiddedika lilek innifsek lilu. Dan ifisser li f’talba persunali u privata tgħidlu li int qiegħed tagħti lilek innifsek lilu biex tagħmel ir-​rieda tiegħu.—Mattew 16:24; 22:37.

2. Wara li tkun għamilt id-​dedikazzjoni tiegħek lil Alla, għandek titgħammed. (Mattew 28:19, 20) Il-​magħmudija tgħarraf lil kulħadd li int iddedikajt lilek innifsek lil Jehovah. Mela l-​magħmudija hija biss għal dawk li huma kbar biżżejjed biex jieħdu deċiżjoni ħalli jaqdu ’l Alla. Meta persuna titgħammed, għandha tiddaħħal kollha kemm hi taħt l-​ilma momentarjament. *Mark 1:9, 10; Atti 8:36.

3. Wara li tkun għamilt dedikazzjoni, Jehovah se jistenna li tgħix fi qbil mal-​wegħda tiegħek. (Salm 50:14; Koħèlet 5:3, 4 [5:4, 5, NW]) Ix-​Xitan se jipprova jwaqqfek milli taqdi lil Jehovah. (1 Pietru 5:8) Imma ersaq qrib t’Alla fit-​talb. (Filippin 4:6, 7) Studja l-​Kelma tiegħu kuljum. (Salm 1:1-3) Żomm qrib tal-​kongregazzjoni. (Lhud 13:17) Billi tagħmel dan kollu, se tikseb il-​qawwa biex tibqaʼ leali lejn Alla. Għall-​eternità kollha int b’hekk tistaʼ tagħmel l-​affarijiet li Alla jirrikjedi minnek!

[Nota taʼ taħt]

^ Studju fuq l-​Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, jew xi ktieb simili ppubblikat mill-​Watch Tower Bible and Tract Society, huwa rrikmandat bi tħejjija għall-​magħmudija.