Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Ix-Xhieda Taʼ Jehovah Huma Organizzati

Kif Ix-Xhieda Taʼ Jehovah Huma Organizzati

Lezzjoni Nru. 14

Kif Ix-​Xhieda Taʼ Jehovah Huma Organizzati

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah meta kellhom il-​bidu modern tagħhom? (1)

Il-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah kif jiġu kondotti? (2)

L-​ispejjeż minn fejn jitħallsu? (3)

Min jieħu t-​tmexxija f’kull kongregazzjoni? (4)

Liema laqgħat akbar isiru kull sena? (5)

Liema xogħol isir fil-​kwartieri ġenerali u fl-​uffiċċji tal-​fergħat tagħhom? (6)

1. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kellhom il-​bidu modern tagħhom fis-​snin 70 tas-​seklu dsatax. Għall-​ewwel, kienu jissejħu Studenti tal-​Bibbja. Imma fl-​1931 ħadu l-​isem Skritturali taʼ Xhieda taʼ Jehovah. (Isaija 43:10) Minn bidu żgħir, l-​organizzazzjoni kibret għal miljuni taʼ Xhieda, li huma beżlin ixandru f’iktar minn 230 pajjiż.

2. Il-​biċċa l-​kbira tal-​kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah jkollhom il-​laqgħat tliet darbiet kull ġimgħa. Int mistieden tattendi kull waħda minnhom. (Lhud 10:24, 25) Il-​Bibbja hija l-​bażi għal dak li jiġi mgħallem. Il-​laqgħat jibdew u jispiċċaw b’talba. ‘Għanjiet spiritwali’ mill-​qalb ukoll jitkantaw f’ħafna mil-​laqgħat. (Efesin 5:18, 19) Id-​dħul huwa bla ħlas, u ma jsir ebda ġbir taʼ flus.—Mattew 10:8.

3. Il-​biċċa l-​kbira tal-​kongregazzjonijiet jagħmlu l-​laqgħat tagħhom f’Sala tas-​Saltna. Dawn normalment huma strutturi sempliċi mibnijin minn Xhieda voluntieri. M’intix se tara statwi, kurċifissi, jew affarijiet bħal dawn fis-​Sala tas-​Saltna. L-​ispejjeż jitħallsu minn għotjiet volontarji. Għal dawk li jixtiequ jagħmlu xi għotja, hemm kaxxa għall-​kontribuzzjonijiet.—2 Korintin 9:7.

4. F’kull kongregazzjoni, hemm anzjani, jew indokraturi. Huma jieħdu t-​tmexxija f’li jgħallmu fil-​kongregazzjoni. (1 Timotju 3:1-7; 5:17) Huma assistiti minn qaddejja ministerjali. (1 Timotju 3:8-10, 12, 13) Dawn l-​irġiel m’humiex merfugħin ’il fuq mill-​bqija tal-​kongregazzjoni. (2 Korintin 1:24) M’humiex mogħtijin titli speċjali. (Mattew 23:8-10) Ma jilbsux differenti mill-​oħrajn. Lanqas m’huma mħallsin għal xogħolhom. L-​anzjani huma dejjem lesti li jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali tal-​kongregazzjoni. Jistgħu jipprovdu faraġ u gwida fi żminijiet taʼ inkwiet.—Ġakbu 5:14-16; 1 Pietru 5:2, 3.

5. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu wkoll assembleat jew konvenzjonijiet kbar kull sena. F’dawn l-​okkażjonijiet ħafna kongregazzjonijiet jiltaqgħu flimkien għal programm speċjali taʼ istruzzjoni mill-​Bibbja. Il-​magħmudija taʼ dixxipli ġodda hija parti regulari mill-​programm taʼ kull assemblea jew konvenzjoni.—Mattew 3:13-17; 28:19, 20.

6. Il-​kwartieri ġenerali dinjin tax-​Xhieda taʼ Jehovah jinsabu fi New York. Hemmhekk tinsab il-​Ġemgħa li Tiggverna, grupp ċentrali t’anzjani b’esperjenza li jindokraw il-​kongregazzjoni taʼ madwar id-​dinja. Hemm ukoll ’il fuq minn 100 uffiċċju tal-​fergħa madwar id-​dinja. F’dawn il-​lokalitajiet, uħud voluntieri jgħinu biex letteratura Biblika tiġi stampata u mibgħuta bil-​posta. Tingħata wkoll direzzjoni biex jiġi organizzat ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Għala ma tippjanax biex iżżur l-​uffiċċju tal-​fergħa li hu l-​eqreb għalik?