Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Min Hu X-Xitan?

Min Hu X-Xitan?

Lezzjoni Nru. 4

Min Hu X-​Xitan?

Satana x-​Xitan—minn fejn ġie? (1, 2)

Satana kif jiżvijahom lin-​nies? (3-7)

Għala għandek tirreżisti lix-​Xitan? (7)

1. Il-​kelma “xitan” tfisser xi ħadd li jgħid gideb mill-​agħar dwar persuna oħra. Il-​kelma “satana” tfisser għadu jew wieħed li jopponi. Dawn huma termini mogħtijin lill-​għadu ewlieni t’Alla. Għall-​ewwel, hu kien anġlu perfett fis-​sema m’Alla. Madankollu, iktar tard tkabbar bih innifsu u ried il-​qima li bi dritt tappartjeni lil Alla.—Mattew 4:8-10.

2. Dan l-​anġlu, Satana, kellem lil Eva permezz taʼ serp. Billi gidbilha, wassalha biex ma tobdix lil Alla. Satana b’hekk attakka lil dik li tissejjaħ is-​“sovranità” t’Alla, jew il-​pożizzjoni Tiegħu bħala l-​Iktar Għoli. Satana qanqal dubju dwar jekk Alla jaħkimx bl-​aħjar mod u fl-​aħjar interessi tas-​sudditi Tiegħu. Satana qanqal dubji wkoll dwar jekk xi bniedem qattx kien se jibqaʼ leali lejn Alla. Billi għamel dan, Satana għamel lilu nnifsu l-​għadu t’Alla. Dak huwa għala sar jissejjaħ Satana x-​Xitan.—Ġenesi 3:1-5; Ġob 1:8-11; Apokalissi 12:9.

3. Satana jipprova jqarraq bin-​nies biex jaduraw lilu. (2 Korintin 11:3, 14) Mod wieħed kif jiżvija lin-​nies huwa permezz tar-​reliġjon falza. Jekk reliġjon tgħallem il-​gideb dwar Alla, din fil-​fatt isservi l-​iskop taʼ Satana. (Ġwann 8:44) Nies li huma membri taʼ reliġjonijiet foloz jistgħu sinċerament jemmnu li qegħdin jaduraw lil dak Alla veru. Imma fil-​fatt qegħdin jaqdu lil Satana. Hu “alla taʼ din id-​dinja.”—2 Korintin 4:4.

4. L-​ispiritiżmu huwa mod ieħor kif Satana jġib lin-​nies taħt il-​qawwa tiegħu. Huma jistgħu jsejħu lill-​ispirti biex jipproteġuhom, biex jagħmlu d-​deni lil ħaddieħor, biex ibassru l-​futur, jew biex jagħmlu l-​mirakli. Satana huwa l-​forza mill-​agħar wara dawn il-​prattiċi kollha. Biex nogħġbu lil Alla, ma jrid ikollna x’naqsmu xejn maʼ l-​ispiritiżmu.—Dewteronomju 18:10-12; Atti 19:18, 19.

5. Satana jiżvija lin-​nies ukoll permezz taʼ modi estremi taʼ kburija tar-​razza u l-​qima lil organizzazzjonijiet politiċi. Xi wħud iħossu li l-​ġens jew ir-​razza tagħhom huma aqwa minn t’oħrajn. Imma dan mhux minnu. (Atti 10:34, 35) Nies oħrajn huma fiduċjużi li l-​organizzazzjonijiet politiċi se jsolvu l-​problemi tal-​bniedem. Billi jagħmlu hekk, dawn qegħdin jiċħdu s-​Saltna t’Alla. Din hija l-​unika soluzzjoni għall-​problemi tagħna.—Danjel 2:44.

6. Mod ieħor kif Satana jiżvija lin-​nies huwa billi jħajjarhom b’xewqat midinbin. Jehovah jgħidilna biex nevitaw prattiċi midinbin għax jaf li se jagħmlulna l-​ħsara. (Galatin 6:7, 8) Xi nies jistgħu jkunu jriduk tingħaqad magħhom fi prattiċi bħal dawn. Ftakar, iżda, li fil-​fatt huwa Satana li jridek tagħmel dawn l-​affarijiet.—1 Korintin 6:9, 10; 15:33.

7. Satana jistaʼ juża l-​persekuzzjoni jew l-​oppożizzjoni biex iġiegħlek titlaq lil Jehovah. Xi wħud mill-​maħbubin tiegħek forsi jirrabjaw ħafna għax qiegħed tistudja l-​Bibbja. Oħrajn forsi jirredikolawk. Imma ħajtek lil min tafha? Satana jrid ibeżżgħek biex tieqaf milli titgħallem dwar Jehovah. Tħallix lil Satana jirbaħ! (Mattew 10:34-39; 1 Pietru 5:8, 9) Billi tirreżisti lix-​Xitan, tistaʼ tagħmel lil Jehovah ferħan u turi li int tappoġġja s-​sovranità Tiegħu.—Proverbji 27:11.

[Stampi f’paġna 9]

Ir-​reliġjon falza, l-​ispiritiżmu, u n-​nazzjonaliżmu jiżvijaw lin-​nies

[Stampa f’paġna 9]

Irreżisti lil Satana billi tkompli titgħallem dwar Jehovah