Ngħinu Lil Oħrajn Jagħmlu R-Rieda T’Alla
Lezzjoni Nru. 15
Ngħinu Lil Oħrajn Jagħmlu R-Rieda T’Alla
Għala għandek tgħid lil oħrajn dwar dak li qiegħed titgħallem? (1)
Maʼ min tistaʼ taqsam l-aħbar tajba? (2)
X’effett jistaʼ jkollha l-kondotta tiegħek fuq ħaddieħor? (2)
Meta tistaʼ xxandar flimkien mal-kongregazzjoni lokali? (3)
1. S’issa, int tgħallimt ħafna affarijiet tajbin mill-Bibbja. Dan l-għarfien għandu jwasslek biex tikkultiva personalità Kristjana. (Efesin 4:22-24) Għarfien bħal dan huwa essenzjali sabiex tikseb ħajja eterna. (Ġwann 17:3) Madankollu, oħrajn ukoll jeħtieġ jisimgħu l-aħbar tajba biex huma wkoll jistgħu jiġu salvati. Il-Kristjani veri kollha jridu jagħtu xiehda lil ħaddieħor. Huwa kmand t’Alla.—Rumani 10:10; 1 Korintin 9:16; 1 Timotju 4:16.
2. Tistaʼ tibda billi taqsam maʼ dawk qrib tiegħek l-affarijiet tajbin li qiegħed titgħallem. Għidhom lil tal-familja, lill-ħbieb, lil sħabek taʼ l-iskola, u lil sħabek tax-xogħol. Kun qalbek tajba u paċenzjuż waqt li tagħmel dan. (2 Timotju 2:24, 25) Ftakar li n-nies spiss jaraw il-kondotta taʼ dak li jkun iktar milli jisimgħu dak li jgħid. Għalhekk il-kondotta tajba tiegħek tistaʼ tattira lil oħrajn biex jagħtu kas il-messaġġ li tgħidilhom.—Mattew 5:16; 1 Pietru 3:1, 2, 16.
3. Maż-żmien, tistaʼ tikkwalifika biex tibda tippriedka mal-kongregazzjoni lokali tax-Xhieda taʼ Jehovah. Dan huwa pass importanti fil-progress tiegħek. (Mattew 24:14) X’ferħ ikun dak jekk tkun kapaċi tgħin lil xi ħadd ieħor isir qaddej taʼ Jehovah u jikseb ħajja eterna!—1 Tessalonikin 2:19, 20.