KAPITLU 2
“It-Triq, il-Verità, u l-Ħajja”
1, 2. Għala huwa impossibbli li navviċinaw lil Ġeħova waħedna, u Ġesù Kristu x’għamel għalina f’dan ir-rigward?
ĠIELI ntlift? Għandek mnejn tiftakar f’xi darba meta kont qed tivvjaġġa biex iżżur lil xi ħabib jew qarib u ma stajtx issib it-triq. Hekk kif kont għaddej minn triq mhix familjari, waqaft int biex tistaqsi lil xi ħadd għad-direzzjoni? Immaġina kif kont tħossok kieku minflok sempliċement jgħidlek minfejn għandek tgħaddi, individwu qalbu tajba jgħidlek: “Segwi lili. Se nieħdok jien.” Min jaf kemm isserraħ moħħok!
2 Jista’ jingħad li Ġesù Kristu jagħmel xi ħaġa simili għalina. Mingħajr għajnuna huwa impossibbli li navviċinaw lil Alla. Minħabba li wirtet id-dnub u l-imperfezzjoni, id-dinja taʼ l-umanità hija mitlufa, ‘imbiegħda mill-ħajja li ġejja minn Alla.’ (Efesin 4:17, 18) Għandna bżonn l-għajnuna biex insibu d-direzzjoni. Ġesù, ix-Xempju tagħna li għandu qalbu tajba, ma joffrix biss pariri u direzzjonijiet; jagħmel iktar minn hekk. Bħalma rajna f’Kapitlu 1, Ġesù jistidinna, billi jgħid: “Ejja kun segwaċi tiegħi.” (Marku 10:21) Madankollu, jagħtina wkoll raġuni konvinċenti biex naċċettaw din l-istedina. F’okkażjoni minnhom, Ġesù qal: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) Ejja niddiskutu xi raġunijiet għala nistgħu navviċinaw lill-Missier permezz taʼ l-Iben biss. Imbagħad b’dawn ir-raġunijiet f’moħħna, se nikkunsidraw kif Ġesù tabilħaqq hu “t-triq, il-verità, u l-ħajja.”
Irwol Vitali fl-Iskop ta’ Ġeħova
3. Għala navviċinaw lil Alla permezz taʼ Ġesù?
3 L-ewwel u qabel kollox, aħna nistgħu navviċinaw lil Alla permezz taʼ Ġesù għaliex Ġeħova għażel li jagħti lil Ibnu l-iktar irwol importanti. * Il-Missier għamlu l-persunaġġ prinċipali fit-twettiq taʼ l-iskopijiet kollha Tiegħu. (2 Korintin 1:20; Kolossin 1:18-20) Sabiex nifhmu l-irwol vitali taʼ l-Iben, irridu nikkunsidraw dak li ġara fil-ġnien taʼ l-Għeden, fejn l-ewwel koppja umana ngħaqdet maʼ Satana fl-irvell kontra Ġeħova.—Ġenesi 2:16, 17; 3:1-6.
4. Ir-ribelljoni fl-Għeden qajmet liema kwistjoni, u Ġeħova xi ddeċieda li jagħmel biex jirranġa l-kwistjoni?
4 Ir-ribelljoni fl-Għeden qajmet kwistjoni taʼ importanza universali: Jaħkem Alla Ġeħova fuq il-ħolqien tiegħu b’mod xieraq? Sabiex jirranġa din il-kwistjoni vitali, Ġeħova ddetermina li iben spirtu perfett kellu jinżel fuq l-art. Il-missjoni li dan l-iben kellu jwettaq kienet taʼ l-akbar importanza—kellu joffri ħajtu biex jivvindika s-sovranità taʼ Ġeħova u biex iservi bħala fidwa ħalli jsalva lill-umanità. Billi jibqa’ leali sal-mewt, l-iben magħżul kien se jagħmilha possibbli li jitranġaw il-problemi kollha li qamu minħabba r-ribelljoni taʼ Satana. (Ebrej 2:14, 15; 1 Ġwanni 3:8) Imma Ġeħova kellu miljuni fuq miljuni taʼ wlied spirti perfetti. (Danjel 7:9, 10) Liema wieħed għażel biex iwettaq dan l-inkarigu importanti ħafna? Ġeħova għażel lill-“Iben uniġenitu tiegħu,” dak li iktar tard sar magħruf bħala Ġesù Kristu.—Ġwanni 3:16.
5, 6. Ġeħova kif wera li kellu fiduċja f’Ibnu, u din il-fiduċja fuq xiex kienet ibbażata?
5 Għandna għalxiex nistagħġbu bl-għażla taʼ Ġeħova? Isaija 53:3-7, 10-12; Atti 8:32-35) Ikkunsidra xi jfisser dan. L-Iben, bħall-ħlejjaq intelliġenti kollha, kellu l-libertà taʼ l-għażla, kapaċi jagħżel triqtu stess. Madankollu, Ġeħova tant kellu fiduċja fih li bassar il-fedeltà taʼ Ibnu. Fuq xiex kienet ibbażata din il-fiduċja? F’kelma waħda, għarfien. Ġeħova jaf lil Ibnu b’mod intimu u jaf kemm Ibnu jixtieq jogħġbu. (Ġwanni 8:29; 14:31) L-Iben iħobb lil Missieru, u mill-banda l-oħra, Ġeħova jħobb lil Ibnu. (Ġwanni 3:35) L-imħabba li l-Missier u l-Iben għandhom għal xulxin tifforma bejniethom rabta li tgħaqqad u fiduċja dejjiema.—Kolossin 3:14.
Dażgur li le! Il-Missier kellu fiduċja sħiħa fl-Iben uniġenitu tiegħu. Sekli qabel il-wasla taʼ Ibnu fuq l-art, Ġeħova bassar li dan l-Iben kien se jibqa’ leali minkejja li kien se jġarrab ħafna tbatijiet differenti. (6 Mhix ħaġa taʼ l-iskantament li nistgħu navviċinaw lil Alla permezz taʼ Ġesù biss meta nqisu l-irwol importanti taʼ l-Iben, il-fiduċja li l-Missier għandu fih, u l-imħabba li tgħaqqad lill-Missier u lill-Iben flimkien. Madankollu, hemm raġuni oħra għala l-Iben biss jista’ jwassalna għand il-Missier.
L-Iben Biss Jaf lill-Missier Għalkollox
7, 8. Ġesù għala seta’ jgħid b’mod korrett li ħadd ma jaf lill-Missier għalkollox “ħlief l-Iben”?
7 Irridu nilħqu ċerti ħtiġijiet biex inkunu nistgħu navviċinaw lil Ġeħova. (Salm 15:1-5) Min jaf aħjar mill-Iben x’hemm bżonn biex nilħqu l-livelli t’Alla u biex ikollna l-approvazzjoni Tiegħu? Ġesù qal: “Kollox ngħatali minn Missieri, u ħadd ma jaf għalkollox lill-Iben ħlief il-Missier, u lanqas ħadd ma jaf għalkollox lill-Missier ħlief l-Iben u kulmin l-Iben lest li jirrivelahulu.” (Mattew 11:27) Ejja naraw għala Ġesù seta’ jgħid, b’mod korrett u mingħajr esaġerazzjoni, li ħadd ma jaf lill-Missier għalkollox “ħlief l-Iben.”
8 Bħala “l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu,” l-Iben għandu intimità unika maʼ Ġeħova. (Kolossin 1:15) Immaġina r-relazzjoni mill-qrib li żviluppat bejn il-Missier u l-Iben matul perijodu taʼ żmien bla qjies meta huma biss kienu jeżistu—mill-bidu tal-ħolqien sakemm inħolqu ħlejjaq spirti oħrajn. (Ġwanni 1:3; Kolossin 1:16, 17) Aħseb ftit dwar l-opportunità prezzjuża li kellu l-Iben meta kien maʼ Missieru, billi tgħallem kif jaħsibha Missieru u dwar ir-rieda, il-livelli, u t-triqat Tiegħu. Bl-ebda mod m’hi esaġerazzjoni jekk wieħed jgħid li Ġesù jaf lill-Missier aħjar minn kwalunkwe persuna oħra. Din ir-relazzjoni mill-qrib żgur għamlet lil Ġesù kapaċi jirrivela lil Missieru b’modi li ħadd iktar ma seta’.
9, 10. (a) Ġesù kif irrivelah lil Missieru? (b) Sabiex ikollna l-approvazzjoni taʼ Ġeħova, xi rridu nagħmlu?
9 It-tagħlim taʼ Ġesù wera kemm hu kien konxju taʼ kif jaħseb u jħoss Ġeħova u taʼ dak li Hu jirrikjedi mill-aduraturi Tiegħu. * Ġesù rrivela lil Missieru saħansitra b’mod profond ieħor. Ġesù qal: “Min ra lili ra wkoll lill-Missier.” (Ġwanni 14:9) Ġesù imita lil Missieru b’mod perfett f’dak kollu li qal u għamel. Għalhekk, meta naqraw fil-Bibbja dwar Ġesù—il-kliem qawwi u ħelu li uża fit-tagħlim tiegħu, il-mogħdrija li qanqlitu biex ifejjaq lil oħrajn, u l-empatija li qanqlitu biex jibki—aħna nistgħu nimmaġinaw lil Ġeħova jgħid u jagħmel dawn l-istess affarijiet. (Mattew 7:28, 29; Marku 1:40-42; Ġwanni 11:32-36) It-triqat u r-rieda tal-Missier jintwerew b’mod perfett fil-kliem u fl-azzjonijiet taʼ l-Iben. (Ġwanni 5:19; 8:28; 12:49, 50) B’hekk, sabiex ikollna l-approvazzjoni taʼ Ġeħova, irridu nagħtu widen għat-tagħlim taʼ Ġesù u nsegwu l-eżempju tiegħu.—Ġwanni 14:23.
10 Ladarba Ġesù jaf lil Ġeħova b’mod intimu u jimitah b’mod perfett, ma nistagħġbux li Ġeħova ddetermina li l-Iben hu l-mezz li bih nistgħu navviċinaw lill-Missier. B’dan il-pedament, jiġifieri, bil-fehma għala nistgħu navviċinaw lil Ġeħova permezz taʼ Ġesù biss, ejja issa niddiskutu t-tifsir tal-kliem taʼ Ġesù: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.”—Ġwanni 14:6.
“Jien it-Triq”
11. (a) Għala nistgħu nidħlu f’relazzjoni approvata m’Alla permezz taʼ Ġesù biss? (b) Il-kliem imniżżel fi Ġwanni 14:6 kif jenfasizza l-pożizzjoni unika taʼ Ġesù? (Ara n-nota taʼ taħt.)
11 Diġà tgħallimna li l-uniku mod kif navviċinaw lil Alla hu permezz taʼ Ġesù. Ikkunsidra, b’mod iktar speċifiku, xi jfisser dan għalina. Ġesù hu “t-triq” fis-sens li permezz tiegħu biss nistgħu nidħlu f’relazzjoni approvata m’Alla. Dan għala huwa minnu? Minħabba li baqa’ leali sal-mewt, Ġesù ta ħajtu bħala sagrifiċċju taʼ fidwa. (Mattew 20:28) Mingħajr dan il-provvediment tal-fidwa, ikun impossibbli għalina biex navviċinaw lil Alla. Id-dnub joħloq tfixkil bejn il-bnedmin u Alla, għaliex Ġeħova hu qaddis, u għalhekk qatt ma jista’ japprova d-dnub. (Isaija 6:3; 59:2) Imma s-sagrifiċċju taʼ Ġesù neħħa dan it-tfixkil; ipprovda t-tpattija xierqa għad-dnub. (Ebrej 10:12; 1 Ġwanni 1:7) Jekk naċċettaw il-provvediment t’Alla permezz taʼ Kristu u npoġġu fidi fih, jista’ jkollna l-approvazzjoni taʼ Ġeħova. Jidher ċar li m’hemmx mod ieħor kif ‘nitħabbu m’Alla.’ *—Rumani 5:6-11.
12. Ġesù b’liema modi hu “t-triq”?
1 Ġwanni 5:13, 14) Ġesù nnifsu qal: “Jekk titolbu xi ħaġa lill-Missier f’ismi, jagħtihielkom. . . . Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.” (Ġwanni 16:23, 24) Bix-xieraq, f’isem Ġesù, nistgħu navviċinaw lil Ġeħova bit-talb u nsejħulu “Missierna.” (Mattew 6:9) Ġesù hu “t-triq” b’mod ieħor—bl-eżempju tiegħu. Bħalma ssemma qabel, Ġesù imita lil Missieru b’mod perfett. B’hekk, l-eżempju taʼ Ġesù jurina kif ngħixu b’tali mod li nogħġbu lil Ġeħova. Għalhekk, sabiex navviċinaw lil Ġeħova, irridu nimxu wara l-passi taʼ Ġesù.—1 Pietru 2:21.
12 Ġesù hu “t-triq” b’konnessjoni mat-talb. Permezz taʼ Ġesù biss nistgħu mmorru għand Ġeħova bit-talb bl-assiguranza li l-petizzjonijiet tagħna mill-qalb se jinstemgħu b’mod favorevoli. (“Jien . . . il-Verità”
13, 14. (a) Ġesù kif wera l-verità permezz taʼ kliemu? (b) Sabiex Ġesù jkun “il-verità,” x’kellu jagħmel, u għala?
13 Ġesù dejjem tkellem il-verità dwar il-kelma profetika taʼ Missieru. (Ġwanni 8:40, 45, 46) Ebda qerq ma qatt instab f’fomm Ġesù. (1 Pietru 2:22) Saħansitra anki l-opponenti tiegħu għarfu li hu għallem “it-triq t’Alla fi qbil mal-verità.” (Marku 12:13, 14) Madankollu, meta Ġesù qal “jien . . . il-verità,” ma kienx sempliċement qed jirreferi għall-fatt li hu għamel il-verità magħrufa permezz tal-kliem, l-ippridkar, u t-tagħlim tiegħu. Huwa meħtieġ iktar—ħafna iktar—mill-kliem.
14 Ftakar li sekli qabel, Ġeħova kien ispira lill-kittieba tal-Bibbja biex iniżżlu bil-miktub ħafna profeziji dwar il-Messija, jew Kristu. Dawn il-profeziji bassru dettalji dwar il-ħajja, il-ministeru, u l-mewt tiegħu. Barra minn hekk, il-Liġi Mosajka kien fiha dellijiet profetiċi li ppontaw lejn il-Messija. (Ebrej 10:1) Kien Ġesù se juri l-fedeltà tiegħu sal- mewt, u b’hekk iwettaq l-affarijiet kollha profetizzati dwaru? F’dak il-waqt biss Ġeħova kien se jiġi vindikat bħala l-Alla tal-profezija vera. Ġesù kellu din ir-responsabbiltà kbira fuq spallejh. Bil-mod taʼ kif għex—kull kelma li qal u kull għemil li wettaq—Ġesù ta prova li d-dellijiet profetiċi kienu tabilħaqq veri. (2 Korintin 1:20) B’hekk, Ġesù kien “il-verità.” Kien “il-verità” fis-sens li l-kelma profetika taʼ Ġeħova twettqet bil-wasla taʼ Ġesù.—Ġwanni 1:17; Kolossin 2:16, 17.
“Jien . . . il-Ħajja”
15. Xi jfisser li neżerċitaw fidi fl-Iben, u dan għal xiex jista’ jwassal?
15 Ġesù huwa “l-ħajja,” għaliex huwa biss permezz tiegħu li nistgħu nirċievu l-ħajja—jiġifieri, “il-ħajja vera.” (1 Timotju 6:19) Il-Bibbja tgħid: “Min jeżerċita l-fidi fl-Iben għandu l-ħajja taʼ dejjem; min ma jobdix lill-Iben ma jarax il-ħajja, imma l-korla t’Alla tibqa’ fuqu.” (Ġwanni 3:36) Xi jfisser li teżerċita fidi fl-Iben t’Alla? Ifisser li aħna nkunu konvinti li mingħajru ma nistgħux niksbu l-ħajja. Iktar minn hekk, ifisser li nuru l-fidi tagħna b’għemejjel, inkomplu nitgħallmu minn Ġesù, u nagħmlu l-almu tagħna biex insegwu t-tagħlim u l-eżempju tiegħu. (Ġakbu 2:26) B’hekk, jekk neżerċitaw fidi fl-Iben t’Alla se niksbu l-ħajja taʼ dejjem—ħajja immortali bħala spirti fis-sema għal “merħla żgħira” taʼ Kristjani midlukin bl-ispirtu, u ħajja umana perfetta f’ġenna taʼ l-art għal “folla kbira” taʼ “nagħaġ oħrajn.”—Luqa 12:32; 23:43; Rivelazzjoni 7:9-17; Ġwanni 10:16.
16, 17. (a) Ġesù kif se juri li hu “l-ħajja” saħansitra għal dawk li mietu? (b) Liema fiduċja jista’ jkollna?
16 Xi ngħidu għal dawk li diġà mietu? Ġesù hu “l-ħajja” għalihom ukoll. Ftit qabel ma rxoxta mill-mewt lill-ħabib tiegħu Lazzru, Ġesù qal lil Marta, oħt Lazzru: “Jien l-irxoxt u l-ħajja. Min jeżerċita l-fidi fija, avolja jmut, se jieħu Ġwanni 11:25) Ġeħova fada lil Ibnu bl-“imfietaħ tal-mewt u tal-Qabar,” billi tah il-qawwa li jirxoxta lin-nies. (Rivelazzjoni 1:17, 18) B’dawn l-imfietaħ, Ġesù glorifikat se jiftaħ il-bibien tal-Qabar, u b’hekk jeħles lil dawk kollha li qed jinżammu fih.—Ġwanni 5:28, 29.
l-ħajja.” (17 “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja”—b’din l-istqarrija sempliċi, Ġesù ġabar fil-qosor il-mira tal-ħajja u l-ministeru tiegħu fuq l-art. Dan il-kliem hu mimli tifsir għalina llum. Ftakar li Ġesù kompla din l-istqarrija billi qal: “Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) Il-kliem taʼ Ġesù għadu japplika llum daqskemm kien meta qalu. Għalhekk, jista’ jkollna fiduċja sħiħa li jekk insegwu lil Ġesù, qatt ma se nintilfu. Hu, u hu biss, se jurina t-triq li twassal “għand il-Missier.”
Int X’Se Tagħmel?
18. X’jinvolvi li nkunu segwaċi veri taʼ Ġesù?
18 Meta tqis l-irwol vitali taʼ Ġesù u l-għarfien intimu li għandu tal-Missier, għandna raġuni tajba biex insegwu lill-Iben. Bħalma rajna fil-kapitlu taʼ qabel, li nkunu segwaċi veri taʼ Ġesù jinvolvi azzjonijiet, mhux biss kliem jew sentimenti. Sabiex insegwu lil Kristu rridu nimitaw it-tagħlim u l-eżempju tiegħu. (Ġwanni 13:15) L-għajnuna għall-istudju li qed taqra issa tista’ tgħinek tagħmel dan.
19, 20. Din l-għajnuna għall-istudju x’fiha li jista’ jgħinek fl-isforzi tiegħek biex issegwi lil Kristu?
19 Fil-kapitli li ġejjin, se nistudjaw bir-reqqa l-ħajja u l-ministeru taʼ Ġesù. Dawn il-kapitli huma mqassmin fi tliet sezzjonijiet. L-ewwel, se nagħtu ħarsa ġenerali lejn il-kwalitajiet tiegħu u l-mod kif kien jagħmel l-affarijiet. It-tieni, se neżaminaw l-eżempju żeluż tiegħu fl-ippridkar u fit-tagħlim. It-tielet, se nikkunsidraw kif wera l-imħabba tiegħu. Minn Kapitlu 3 ’l quddiem insibu kaxxa tat-tagħlim intitolata “Int Kif Tista’ Ssegwi lil Ġesù?” L-iskritturi u l-mistoqsijiet misjubin fiha huma magħmulin b’tali mod li jgħinuna nimmeditaw fuq kif nistgħu nimitaw lil Ġesù bil-kliem u bl-għemil.
20 Bl-għajnuna t’Alla Ġeħova, int m’għandekx għalfejn tħossok mitluf, imbiegħed minnu minħabba li writt id-dnub. Minkejja li swielu ħafna, Ġeħova bi mħabba bagħat lil Ibnu biex jurina t-triq ħalli nidħlu f’relazzjoni approvata m’Alla. (1 Ġwanni 4:9, 10) Jalla tħossok imqanqal, iva, imħeġġeġ, biex twieġeb għal din l-imħabba kbira billi taċċetta u taġixxi fi qbil maʼ l-istedina taʼ Ġesù: “Kun segwaċi tiegħi.”—Ġwanni 1:43.
^ par. 3 Tant hu importanti l-irwol taʼ l-Iben li l-Bibbja tagħtih għadd taʼ ismijiet u titli profetiċi.—Ara l- kaxxa f’paġna 23.
^ par. 9 Per eżempju, ara l-kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Mattew 10:29-31; 18:12-14, 21-35; 22:36-40.
^ par. 11 Fi Ġwanni 14:6, l-użu tal-pronom persunali “jien” flimkien maʼ l-artiklu definit, “it-,” jenfasizza li l-pożizzjoni taʼ Ġesù hija unika, li hu t-triq, l-uniku wieħed li permezz tiegħu nistgħu navviċinaw lill-Missier.