IT-TIENI SEZZJONI
“Jgħallem . . . u Jippriedka l-Aħbar Tajba”
Kien mastrudaxxa. Għamel il-mirakli. Fejjaq lin-nies. Ġesù kien u għamel dawn kollha u iktar. Madankollu, in-nies m’użawx kliem bħal dan meta indirizzawh. Huma sejħulu Għalliem. Tabilħaqq, ix-xogħol li ddedika ħajtu għalih kien li “jgħallem . . . u jippriedka l-aħbar tajba.” (Mattew 4:23) Bħala segwaċi taʼ Ġesù, aħna għandna l-istess xogħol x’nagħmlu. F’din is-sezzjoni, se nistudjaw l-eżempju tiegħu, li jurina kif għandna nagħmlu dan ix-xogħol.