KAPITLU 18
“Ibqa’ Miexi Warajja”
1-3. (a) Ġesù b’liema mod ħalla lill-appostli tiegħu, u din għala ma kinitx tislima taʼ swied il-qalb? (b) Għala jeħtieġ li nitgħallmu dwar il-ħajja li Ġesù għex mindu mar lura fis-sema?
ĦDAX-IL raġel jinsabu weqfin flimkien fuq muntanja. Bi mħabba kbira u b’ammirazzjoni, huma qed iħarsu lejn persuna oħra. Surtu hija waħda taʼ bniedem, iżda fil-fatt dan hu Ġesù rxoxtat, li għal darb’oħra huwa l-iktar setgħan fost l-ulied spirti taʼ Ġeħova. Ġesù ġabar lill-appostli tiegħu biex jiltaqgħu miegħu hawn fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ għall-aħħar darba.
2 Din l-għolja, parti minn sensiela t’għoljiet tal-ġebel tal-ġir fuq in-naħa tal-lvant taʼ Ġerusalemm u separata mill-belt permezz tal-Wied taʼ Kidron, żgur li ġġib bosta memorji f’moħħ Ġesù. Fuq dawn l-għoljiet insibu l-belt taʼ Betanja, fejn Ġesù rxoxta lil Lazzru. Proprju ftit ġimgħat ilu, Ġesù rħielha lejn Ġerusalemm, riekeb b’mod trijonfali minn Betfaġe li kienet tinsab fil-qrib. Il-Muntanja taż-Żebbuġ x’aktarx ukoll hi l-post fejn kien hemm il-ġnien tal-Ġetsemani, fejn Ġesù qatta’ s-sigħat agonizzanti qabel l-arrest tiegħu. Issa proprju fuq din l-għolja, Ġesù jħejji ruħu biex iħalli warajh lill-iktar ħbieb intimi u lis-segwaċi tiegħu. Hu jlissen kliem sabiħ qabel jitlaq. Imbagħad hu jibda jinqata’ mill-art! L-appostli jibqgħu msammrin fil-post, iċċassati lejn Sidhom l-għażiż hu u tiela’ s-sema. Fl-aħħar tgħattih sħaba, u b’hekk ma jarawhx iktar.—Atti 1:6-12.
3 Tqisha int din ix-xena bħala li għandha tmiem ħelu imma kemxejn taʼ niket, tislima taʼ swied il-qalb? Le, m’hijiex. Fil-fatt, bħalma żewġ anġli issa jfakkru lill-appostli, l-istorja taʼ Ġesù ċertament li ma tintemmx hawn. (Atti ) B’ħafna modi, it-tlugħ tiegħu fis-sema huwa biss il-bidu. Il-Kelma t’Alla ma tħalliniex fl-għama rigward x’sar minn Ġesù wara dan. Huwa importanti li nitgħallmu dwar il-ħajja li Ġesù għex mindu ħalla l-art. Għala? Ftakar fil-kliem li Ġesù qal lil Pietru: “Ibqa’ miexi warajja.” ( 1:10, 11Ġwanni 21:19, 22) Jeħtieġ li aħna lkoll nobdu dan il-kmand, mhux sempliċement bħala għażla tal-mument iżda bħala mod taʼ ħajja. Sabiex nagħmlu hekk, għandna bżonn nifhmu x’qed jagħmel Sidna bħalissa u l-inkarigi li rċieva fis-sema.
Il-Ħajja li Ġesù Għex Mindu Ħalla l-Art
4. Il-Bibbja kif irrivelat bil-quddiem x’kellu jiġri fis-sema wara li Ġesù jmur lura hemm?
4 L-Iskrittura ma tgħid xejn dwar il-wasla taʼ Ġesù fis-sema, il-mod kif ġie milqugħ, u dwar il-fatt li reġa’ ngħaqad bil-ferħ maʼ Missieru. Madankollu, il-Bibbja rrivelat bil-quddiem x’kellu jiġri fis-sema eżatt wara li Ġesù jmur lura hemm. Għal iktar minn 15-il seklu, il-Lhud kienu jixhdu regolarment għal ċerimonja qaddisa. Darba fis-sena, il-qassis il-kbir kien jidħol fl-Iktar Qaddis tat-tempju biex iroxx id-demm tas-sagrifiċċji taʼ Jum l-Espjazzjoni quddiem l-arka tal-patt. Dakinhar, il-qassis il-kbir kien jiffigura bil-quddiem lill-Messija. Ġesù wettaq it-tifsir profetiku taʼ din iċ-ċerimonja darba għal dejjem wara li mar lura s-sema. Hu daħal fil-preżenza maestuża taʼ Ġeħova fis-sema—l-iktar post qaddis fl-univers—u ppreżenta l-valur tas-sagrifiċċju tiegħu tal-fidwa lil Missieru. (Ebrej 9:11, 12, 24) Ġeħova aċċettah?
5, 6. (a) X’evidenza għandna li Ġeħova kien aċċetta s-sagrifiċċju tal-fidwa taʼ Kristu? (b) Min jibbenefika mill-fidwa, u kif?
5 It-tweġiba nsibuha billi nikkunsidraw x’ġara ftit jiem wara t-tlugħ taʼ Ġesù fis-sema. Grupp żgħir taʼ madwar 120 Kristjan inġabru f’Ġerusalemm f’kamra taʼ fuq meta f’daqqa waħda ħoss bħal kurrent taʼ riħ qawwi mela l-post. Ilsna donnhom tan-nar dehru fuq rashom, huma mtlew Atti 2:1-4) Din il-ġrajja kienet tfisser it-twelid taʼ ġens ġdid, Israel spiritwali, li kien “ir-razza magħżula” ġdida t’Alla u “s-saċerdozju rjali” li jwettaq ir-rieda divina fuq l-art. (1 Pietru 2:9) B’mod ċar, Alla Ġeħova kien aċċetta u approva s-sagrifiċċju tal-fidwa taʼ Kristu. Dan it-tferrigħ taʼ l-ispirtu qaddis kien fost l-ewwel barkiet li saru possibbli permezz tal-fidwa.
bl-ispirtu qaddis, u bdew jitkellmu b’diversi lingwi. (6 Sa minn dakinhar, il-fidwa taʼ Kristu kienet taʼ benefiċċju għas-segwaċi tiegħu madwar id-dinja kollha. Sew jekk aħna fost il-“merħla żgħira” midluka li se taħkem maʼ Kristu fis-sema, u sew jekk aħna fost “in-nagħaġ oħrajn” li se jgħixu taħt il-ħakma tiegħu fuq l-art, aħna nibbenefikaw mis-sagrifiċċju tiegħu. (Luqa 12:32; Ġwanni 10:16) Huwa l-bażi tat-tama tagħna u tal-maħfra taʼ dnubietna. Sakemm inkomplu ‘neżerċitaw fidi’ f’din il-fidwa, billi nsegwu lil Ġesù jum wara jum, aħna jista’ jkollna kuxjenza nadifa u tama ċerta taʼ futur mill-isbaħ.—Ġwanni 3:16.
7. Ġesù liema awtorità ngħata wara li mar lura s-sema, u kif tista’ tappoġġah?
7 Ġesù x’għamel fis-sema mindu mar lura hemm? Hu għandu awtorità kbira ħafna. (Mattew 28:18) Tabilħaqq, Ġeħova ħatru biex jaħkem lill-kongregazzjoni Kristjana, inkarigu li wettaq bi mħabba u ġustizzja. (Kolossin 1:13) Bħalma kien imbassar, Ġesù pprovda rġiel responsabbli biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-merħla tiegħu. (Efesin 4:8) Per eżempju, hu għażel lil Pawlu biex ikun “appostlu tal-ġnus,” billi bagħtu jxerred l-aħbar tajba f’artijiet imbegħdin. (Rumani 11:13; 1 Timotju 2:7) Lejn tmiem l-ewwel seklu, Ġesù indirizza messaġġi taʼ tifħir, pariri, u dixxiplina lil seba’ kongregazzjonijiet fil-provinċja Rumana taʼ l-Asja. (Rivelazzjoni, kapitli 2-3) Tirrikonoxxi int lil Ġesù bħala l-Kap tal-kongregazzjoni Kristjana? (Efesin 5:23) Sabiex tkompli ssegwih, trid tinkuraġġixxi spirtu t’ubbidjenza u kooperazzjoni fil-kongregazzjoni lokali tiegħek.
8, 9. Ġesù liema awtorità ngħata fl-1914, u dan x’għandu jfisser għalina fid-deċiżjonijiet li nieħdu?
Rivelazzjoni 12:7-12; Ġwanni 12:31; Mattew 24:3-7; Luqa 21:11) Madankollu, Ġesù qed jagħti l-opportunità lin-nies madwar id-dinja kollha biex jaċċettaw il-ħakma Tiegħu.
8 Ġesù ngħata saħansitra iktar awtorità fl-1914. F’dik is-sena hu nħatar bħala Sultan tas-Saltna Messjanika taʼ Ġeħova. Meta bdiet il-ħakma taʼ Ġesù, “faqqgħet gwerra fis-sema.” Ir-riżultat? Satana u d-demonji tiegħu twaddbu fuq l-art, u b’hekk ngħata bidu għal żmien taʼ gwaj. Il-gwerer, il-kriminalità, il-biża’, il-mard, it-terremoti, u l-ġuħ li kotru maʼ kullimkien u li nikktu lill-umanità llum ifakkruna li Ġesù qed jaħkem fis-sema proprju bħalissa. Satana għadu “l-ħakkiem taʼ din id-dinja” għal “żmien qasir.” (9 Huwa vitali li nżommu man-naħa tas-Sultan Messjaniku. Fid-deċiżjonijiet kollha li nieħdu kuljum, għandna naraw li jkollna l-approvazzjoni tiegħu, mhux dik taʼ din id-dinja korrotta. Hekk kif dan is-“Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien” jgħarbel lill-bnedmin, il-qalb ġusta tiegħu tixgħel bir-rabja u tfur bil-ferħ. (Rivelazzjoni 19:16) Għala?
Ir-Rabja u l-Ferħ tas-Sultan Messjaniku
10. X’inhi d-dispożizzjoni naturali taʼ Ġesù, iżda x’jimla lil Sidna b’rabja ġusta?
10 Bħal Missieru, Sidna huwa ferħan minnu nnifsu. (1 Timotju 1:11) Meta kien fuq l-art, Ġesù qatt ma kien iħobb jikkritika u lanqas kien bniedem li diffiċli biex togħġbu. Madankollu, qed jiġru ħafna affarijiet fid-dinja llum li bir-raġun jimlewh b’rabja ġusta. Ċertament li hu rrabjat għal dawk l-organizzazzjonijiet reliġjużi kollha li jistqarru b’mod falz li qegħdin jirrappreżentawh. Hu bassar saħansitra dan: “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel ir-rieda taʼ Missieri li hu fis-smewwiet. Ħafna jgħiduli f’dak il-jum, ‘Mulej, Mulej, mhux f’ismek . . . wettaqna ħafna għemejjel setgħanin?’ Imbagħad nistqarrilhom: Jien qatt ma kont nafkom! Itilqu minn quddiemi, intom li tiksru l-liġi.”—Mattew 7:21-23.
11-13. Għala xi wħud għandhom mnejn jitħawdu minħabba l-kliem iebes li bih Ġesù indirizza lil dawk li wettqu “ħafna għemejjel setgħanin” f’ismu, iżda għala hu rrabjat? Spjega.
11 Ħafna llum li jistqarru li huma Kristjani għandhom mnejn isibu li dan il-kliem iħawwadhom. Ġesù għala indirizza kliem iebes bħal dan lil nies li wettqu “ħafna għemejjel setgħanin” f’ismu? Il-knejjes tal-Kristjaneżmu ffinanzjaw diversi karitajiet, għenu lill-foqra, bnew sptarijiet u skejjel, u wettqu bosta xogħlijiet oħrajn. Biex naraw għala ħaqqhom ir-rabja taʼ Ġesù, ikkunsidra tixbiha waħda.
12 Missier u omm għandhom bżonn jagħmlu vjaġġ. Ma jistgħux jieħdu lil uliedhom magħhom, u għalhekk jinkarigaw lil waħda mara biex tieħu ħsiebhom. L-istruzzjonijiet li tawha huma sempliċi: “Ħu ħsieb it-tfal tagħna. Itmagħhom, ara li jkunu nodfa, u żommhom ’il bogħod mill-periklu.” Iżda, meta l-ġenituri jiġu lura, jibqgħu xxokkjati meta jaraw li wliedhom kienu qed imutu bil-ġuħ. It-tfal huma maħmuġin, morda, u mdejqin. Qed jibku biex jiġbdu l-attenzjoni taʼ dik li kienet qed tieħu ħsiebhom, iżda l-għajta tagħhom qed tiġi injorata. Għala? Hi qiegħda fl-għoli fuq sellum tnaddaf it-twieqi. Mimlijin qilla, il-ġenituri jitolbu spjegazzjoni. Hi twieġeb: “Ħarsu lejn dak kollu li għamilt! M’humiex nodfa t-twieqi? Għamilt xi tiswijiet fid-dar ukoll, dan kollu għalikom!” Iħossuhom aħjar il-ġenituri? Dażgur li le! Huma qatt ma talbuha tagħmel dawn ix-xogħlijiet; huma riduha biss li tieħu ħsieb uliedhom. Il-fatt li hi m’aċċettatx li tobdi l-istruzzjonijiet inkorlahom bil-kbir.
13 Il-Kristjaneżmu aġixxa bħal din il-persuna li kellha tieħu Ġwanni 21:15-17) Madankollu, il-Kristjaneżmu naqas bl-ikrah li jobdi d-direzzjoni tiegħu. Dan ħalla lin-nies imġewħin spiritwalment, imħawdin b’tagħlim falz u bla għarfien dwar veritajiet bażiċi tal-Bibbja. (Isaija 65:13; Għamos 8:11) Anki t-tentattivi tiegħu biex itejjeb din id-dinja, bilkemm jistgħu jiġġustifikaw id-diżubbidjenza tiegħu minn jeddu. Fil-fatt, din is-sistema hija bħal dar li ġiet kundannata għall-qerda! Il-Kelma t’Alla tagħmilha ċara li din is-sistema taʼ Satana dalwaqt se tinqered.—1 Ġwanni 2:15-17.
ħsieb it-tfal. Ġesù ħalla istruzzjonijiet mar-rappreżentanti tiegħu biex jitimgħu lin-nies spiritwalment billi jgħallmuhom il-verità tal-Kelma t’Alla u jgħinuhom ikunu spiritwalment nodfa. (14. Liema xogħol qed jagħmel lil Ġesù ferħan illum, u għala?
14 Mill-banda l-oħra, Ġesù żgur li hu ferħan ħafna meta jħares ’l isfel mis-sema u jara li miljuni taʼ nies qegħdin iwettqu l-inkarigu taʼ li jagħmlu dixxipli li hu ta lis-segwaċi tiegħu qabel ma ħalla l-art. (Mattew 28:19, 20) Xi privileġġ li nferrħu lis-Sultan Messjaniku! Ejja nkunu determinati li qatt ma naqtgħu qalbna milli ngħinu lill-“ilsir leali u għaqli.” (Mattew 24:45) Kuntrarju għall-kleru tal-Kristjaneżmu, dan il-grupp żgħir t’aħwa midlukin b’ubbidjenza kien qed imexxi l-ippridkar u b’lealtà tema’ lin-nagħaġ taʼ Kristu.
15, 16. (a) Ġesù kif iħossu dwar in-nuqqas taʼ mħabba li tant hu komuni llum, u kif nafuh dan? (b) Il-Kristjaneżmu kif ħaqqu r-rabja taʼ Ġesù?
15 Aħna nistgħu nkunu ċerti li s-Sultan jirrabja meta jara n-nuqqas taʼ mħabba li tant hu komuni fuq l-art illum. Forsi niftakru kif il-Fariżej ikkritikaw lil Ġesù talli fejjaq lin-nies fil-jum tas-Sabat. Tant kellhom qalbhom iebsa, u tant kienu stinati, li qagħdu biss fuq l-interpretazzjoni tagħhom kollha preġudizzju tal-Liġi Mosajka u fuq il-liġi orali. Il-mirakli taʼ Ġesù ġabu benefiċċji bla għadd lin-nies! Iżda l-hena, Marku 3:5.
is-serħan, u t-tisħiħ tal-fidi li ġabu mirakli bħal dawn ma kienu jfissru xejn għal dawn l-irġiel. Ġesù kif ħassu dwarhom? Hu darba “wriehom li ma ħax pjaċir, peress li kien imnikket għall-aħħar minħabba l-ebusija taʼ qlubhom.”—16 Illum, Ġesù jara ħafna iktar minn hekk biex hu jħossu “mnikket għall-aħħar.” Il-mexxejja tal-Kristjaneżmu huma mogħmijin bid-devozzjoni tagħhom lejn it-tradizzjonijiet u d-duttrini li m’humiex fi qbil maʼ l-Iskrittura. Iktar minn hekk, huma rrabjati minħabba x-xogħol taʼ l-ippridkar taʼ l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla. F’ħafna partijiet tad-dinja, il-kleru qanqal persekuzzjoni ħarxa kontra dawn il-Kristjani li sinċerament jipprovaw jippridkaw il-messaġġ li ppriedka Ġesù. (Ġwanni 16:2; Rivelazzjoni 18:4, 24) Fl-istess ħin, nies tal-kleru bħal dawn spiss iħeġġu lis-segwaċi tagħhom stess biex jiggwerraw u joqtlu lil oħrajn—bħallikieku dan jogħġob lil Ġesù Kristu!
17. Is-segwaċi veri taʼ Ġesù kif iferrħulu qalbu?
17 B’kuntrast maʼ dan, is-segwaċi veri taʼ Ġesù jistinkaw biex juru mħabba lejn il-proxxmu tagħhom. Huma jippridkaw l-aħbar tajba maʼ “bnedmin taʼ kull xorta,” eżatt bħalma għamel Ġesù, minkejja l-oppożizzjoni. (1 Timotju 2:4) U l-imħabba li juru lejn xulxin hija waħda li tispikka; hija s-sinjal prinċipali li jidentifikahom. (Ġwanni 13:34, 35) Hekk kif jittrattaw lil sħabhom il-Kristjani bi mħabba, b’rispett, u b’dinjità, huma verament qed isegwu lil Ġesù—u jferrħu qalb is-Sultan Messjaniku!
18. Xi jnikket lil Sidna, iżda kif nistgħu nogħġbuh?
18 Ejja nżommu f’moħħna wkoll li Sidna jitnikket meta s-segwaċi tiegħu ma jissaportux, billi jħallu mħabbithom għal Ġeħova tibred u jieqfu jaqdu Lilu. (Rivelazzjoni 2:4, 5) Madankollu, Ġesù jieħu pjaċir b’dawk li jissaportu sat-tmiem. (Mattew 24:13) Mela, ejja nagħmlu kulma nistgħu biex dejjem inżommu f’moħħna l-kmand taʼ Kristu: “Ibqa’ miexi warajja.” (Ġwanni 21:19) Ejja nikkunsidraw xi ftit mill-barkiet li s-Sultan Messjaniku se jitfa’ fuq dawk li jissaportu sat-tmiem.
Barkiet Kontinwi għall-Qaddejja Leali tas-Sultan
19, 20. (a) Meta nsegwu lil Ġesù liema barkiet ikollna issa? (b) Il-fatt li nsegwu lil Kristu kif jista’ jgħinna nissodisfaw il-bżonn tagħna għal missier?
19 Sabiex ingawdu ħajja verament imbierka minn issa jeħtieġ li nsegwu lil Ġesù. Jekk naċċettaw lil Kristu bħala s-Sid tagħna, billi nsegwu d-direzzjonijiet tiegħu u nużaw l-eżempju tiegħu bħala l-gwida tagħna, aħna se nsibu teżori li n-nies madwar id-dinja kollha jfittxu għalxejn. Aħna se niġu mberkin b’xogħol li fil-ħajja jagħtina skop, familja t’aħwa fit-twemmin magħqudin f’unità vera taʼ mħabba, kuxjenza nadifa, u paċi tal-moħħ. Fi ftit kliem, aħna se jkollna ħajja mimlija ferħ u sodisfazzjon. U se ngawdu saħansitra iktar benefiċċji.
20 Permezz taʼ Ġesù, Ġeħova pprovda “Missier Etern” għal dawk li jittamaw li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Ġesù huwa sostitut għal Adam, missier l-umanità, li ċaħad lid-dixxendenti tiegħu b’mod tant kiefer. (Isaija 9:6, 7) Jekk naċċettaw lil Ġesù bħala l-“Missier Etern” billi neżerċitaw fidi fih, se jkollna tama ċerta taʼ ħajja taʼ dejjem. Iktar minn hekk, aħna mbagħad nersqu eqreb lejn Alla Ġeħova. Bħalma diġà rajna, l-istinkar tagħna biex insegwu l-eżempju taʼ Ġesù minn jum għal jum huwa l-aqwa mod possibbli biex nobdu dan il-kmand divin: “Imitaw lil Alla, bħala wlied maħbubin.”—Efesin 5:1.
21. Is-segwaċi taʼ Kristu kif jirriflettu d-dawl f’dinja mudlama?
21 Hekk kif nimitaw lil Ġesù u lil Missieru Ġeħova, aħna għandna privileġġ meraviljuż. Aħna nirriflettu dawl jiddi. F’dinja mudlama, fejn biljuni taʼ nies qed jiġu żvijati minn
Satana u jimitaw il-karatteristiki tiegħu, aħna li nsegwu lil Kristu nxerrdu dija tad-dawl li jiddi—id-dawl tal-veritajiet Skritturali, id-dawl taʼ kwalitajiet Kristjani mill-aqwa, id-dawl taʼ ferħ ġenwin, paċi vera, imħabba reali. Fl-istess ħin, aħna nersqu eqreb lejn Ġeħova, u dan hu l-aqwa mira, l-ogħla skop possibbli, taʼ kwalunkwe ħliqa intelliġenti.22, 23. (a) Liema barkiet futuri se jiġu għal dawk li lealment ikomplu jsegwu lil Ġesù? (b) X’għandha tkun id-determinazzjoni tagħna?
22 Aħseb ukoll dwar dak li Ġeħova jrid jagħmel għalik fil-futur permezz tas-Sultan Messjaniku tiegħu. Dalwaqt dan is-Sultan se jqajjem gwerra ġusta kontra s-sistema mill-agħar Rivelazzjoni 19:11-15) Imbagħad, Kristu se jibda r-Renju t’Elf Sena tiegħu għal fuq l-art. Il-gvern tiegħu tas-sema se jsawwab il-benefiċċji tal-fidwa fuq kull bniedem leali, u jwassal lil dawn għall-perfezzjoni. Immaġina lilek innifsek f’saħħtek, żagħżugħ u b’saħħtek, taħdem ferħan maʼ familja umana magħquda sabiex tbiddel din l-art f’ġenna! Fi tmiem il-ħakma Millennjali tiegħu, Ġesù se jagħti l-ħakma lura f’idejn Missieru. (1 Korintin 15:24) Jekk tkompli ssegwi lil Kristu lealment, se tikseb barka tant meraviljuża li huwa diffiċli anki biex timmaġinaha—“il-libertà glorjuża taʼ wlied Alla”! (Rumani 8:21) Iva, aħna se jkollna l-barkiet kollha li Adam u Eva kellhom u tilfu. Ulied Ġeħova fuq l-art, se nkunu meħlusin għal dejjem mit-tebgħa tad-dnub taʼ Adam. Tabilħaqq, “ma jkunx hemm iżjed mewt.”—Rivelazzjoni 21:4.
taʼ Satana. Ir-rebħa taʼ Ġesù hija żgura! (23 Ftakar fil-ħakkiem żagħżugħ u għani li dwaru tkellimna f’Kapitlu 1. Hu rrifjuta l-istedina taʼ Ġesù: “Ejja kun segwaċi tiegħi.” (Marku 10:17-22) Qatt tagħmel dan l-iżball! Jalla taċċetta l-istedina taʼ Ġesù b’ferħ u b’entużjażmu. Jalla tkun determinat li tissaporti, li tkompli ssegwi lir-Ragħaj mill-Aħjar jum wara jum, sena wara sena, u tgħix biex sa fl-aħħar tarah iġib l-iskopijiet kollha taʼ Ġeħova fi twettiq glorjuż!