KAPITLU 14
“Resqu Lejh Folol Kbar”
1-3. X’jiġri meta l-ġenituri jġibu lit-tfal tagħhom għand Ġesù, u din il-ġrajja x’turi dwar Ġesù?
ĠESÙ jaf li t-tmiem tal-ħajja tiegħu fuq l-art riesaq b’ħeffa kbira. Fadallu biss ftit ġimgħat, u għad hemm ħafna xogħol xi jsir! Hu qed jippriedka flimkien maʼ l-appostli tiegħu fil-Perija, reġjun fuq in-naħa tal-lvant tax-Xmara Ġordan. Huma mexjin lejn in-nofsinhar, lejn Ġerusalemm, fejn Ġesù se jattendi l-aħħar Qbiż tiegħu li kien wieħed drammatiku.
2 Wara li Ġesù jkollu diskussjoni taħraq maʼ xi mexxejja reliġjużi, tinqala’ kwistjoni żgħira. In-nies qed iġibu lit-tfal tagħhom biex jarawh. Milli jidher, l-età tat-tfal tvarja, għax Marku jirreferi għalihom bl-istess kelma li iktar kmieni uża biex jiddeskrivi tifla taʼ 12-il sena, filwaqt li Luqa juża kelma li tista’ tiġi tradotta bħala “tfal ċkejknin.” (Luqa 18:15; Marku 5:41, 42; 10:13) M’għandniex xi ngħidu, kulfejn ikun hemm it-tfal, spiss ikun hemm xi ftit storbju u għagħa ferriħija. Id-dixxipli taʼ Ġesù jċanfru lill-ġenituri, forsi minħabba li jaħsbu li Sidhom għandu wisq x’jagħmel biex jagħti attenzjoni lit-tfal. Ġesù x’jagħmel?
3 Meta jara xi jkun għaddej, Ġesù ma jiħux pjaċir. B’min? Bit-tfal? Bil-ġenituri? Le—bid-dixxipli tiegħu! Hu jgħid: “Ħallu t-tfal żgħar jiġu għandi; tipprovawx twaqqfuhom, għax is-saltna t’Alla hi taʼ min hu bħalhom. Tassew ngħidilkom, Kulmin ma jilqax is-saltna t’Alla bħal tifel żgħir żgur ma jidħolx fiha.” Imbagħad Ġesù ‘jħaddan’ it-tfal miegħu u jberikhom. (Marku 10:13-16) Il-lingwaġġ li juża Marku hawnhekk jindika li Ġesù jħaddanhom miegħu b’affezzjoni, forsi saħansitra billi jbennen lil xi trabi waqt li “jżommhom f’dirgħajh,” kif ipoġġiha wieħed traduttur. Biċ-ċar, Ġesù jħobbhom lit-tfal. Però, nitgħallmu xi ħaġa oħra dwaru hawnhekk—wieħed iħossu komdu javviċinah.
4, 5. (a) Kif nistgħu nkunu ċerti li Ġesù kien avviċinabbli? (b) Liema mistoqsijiet se neżaminaw f’dan il-kapitlu?
4 Kieku Ġesù kien xi raġel serju, stramb, jew imkabbar, x’aktarx li dawn it-tfal ma kinux jinġibdu lejh; lanqas il-ġenituri tagħhom ma kienu jħossuhom komdi javviċinawh. Hekk kif iġġib ix-xena quddiem għajnejk, ma tarax int wiċċ il-ġenituri jixgħel bil-ferħ meta dan ir-raġel qalbu tajba juri affezzjoni lejn uliedhom, jgħid li Alla jgħożżhom u jħobbhom, u jberikhom? Tabilħaqq, għalkemm Ġesù kien mgħobbi bl-iktar responsabbiltajiet kbar, hu xorta kien l-iktar bniedem avviċinabbli.
5 Min iktar ħassu komdu javviċina lil Ġesù? Għala kien daqshekk faċli biex wieħed javviċinah? U kif nistgħu nitgħallmu nkunu bħal Ġesù f’dan ir-rigward? Ejja naraw.
Min Ħassu Komdu Javviċina lil Ġesù?
6-8. Spiss, Ġesù maʼ min kien jissieħeb, u l-attitudni tiegħu lejhom kif kienet differenti minn dik tal-mexxejja reliġjużi?
6 Hekk kif taqra r-rakkonti taʼ l-Evanġelji, għandek mnejn tibqa’ impressjonat bil-mod kif għadd kbir taʼ nies ma ħasbuhiex darbtejn biex javviċinaw lil Ġesù. Per eżempju, kulmeta naqraw dwar Ġesù spiss naqraw ukoll dwar “folol kbar.” “Marru warajh folol kbar mill-Galilija.” “Folol kbar inġabru madwaru.” “Resqu lejh folol kbar.” “Folol kbar kienu qed jivvjaġġaw miegħu.” (Mattew 4:25; 13:2; 15:30; Luqa 14:25) Iva, Ġesù spiss kien ikun imdawwar minn għadd kbir taʼ nies.
7 Ġeneralment, dawn kienu jkunu nies komuni, dawk li l-mexxejja reliġjużi b’disprezz kienu jirreferu għalihom bħala “n-nies tal-pajjiż.” Il-Fariżej u l-qassisin bil-miftuħ qalu: “Din il-folla li ma tafx il-Liġi hi misħuta.” (Ġwanni 7:49) Iktar tard, kitbiet rabbiniċi jikkonfermaw din l-attitudni. Bosta mexxejja reliġjużi kienu jqisu lil dawn in-nies bħala li huma taʼ klassi iktar baxxa, u kienu jirrifjutaw li jieklu magħhom, jixtru mingħandhom, jew jissieħbu magħhom. Fil-fatt, xi wħud kienu jinsistu li ma kien hemm ebda tama taʼ rxoxt għal uħud bħal dawn li ma kinux jafu l-liġi orali! Ħafna nies komuni żgur li kienu jevitaw mexxejja bħal dawn minflok ma jitolbuhom l-għajnuna jew il-gwida. Iżda Ġesù kien differenti.
8 Ġesù kien jissieħeb man-nies komuni bil-miftuħ. Hu kien jiekol magħhom, ifejjaqhom, jgħallimhom, u jagħtihom tama. M’għandniex xi ngħidu, Ġesù kien realistiku, billi kien jaf li ħafna minnhom kienu se jiċħdu l-opportunità li jaqdu lil Ġeħova. (Mattew 7:13, 14) Iżda, hu kellu ħarsa pożittiva lejn kull individwu u f’ħafna nies ra l-potenzjal li jagħmlu dak li hu tajjeb. X’differenza minn dawk il-qassisin u l-Fariżej taʼ qalbhom iebsa! Però, xi ħaġa taʼ l-iskantament hi li anki l-qassisin u l-Fariżej kienu javviċinaw lil Ġesù, u xi wħud minnhom fil-fatt bidlu triqathom u segwewh. (Atti 6:7; 15:5) Xi wħud min-nies li kienu għonja u kellhom il-poter ukoll ħassewhom komdi javviċinaw lil Ġesù.—Marku 10:17, 22.
9. In-nisa għala ħassewhom komdi javviċinaw lil Ġesù?
9 In-nisa ma kinux jaħsbuha darbtejn biex javviċinaw lil Ġesù. Żgur li spiss ħassew id-diżapprovazzjoni umiljanti tal-mexxejja reliġjużi. Ħafna drabi r-rabbini kienu jiddisprezzaw lil min kien jgħallem lin-nisa. Fil-fatt, in-nisa ma kinux jitħallew jixhdu f’każijiet legali; kienu jitqiesu bħala xhieda li ma tistax tafdahom. Ir-rabbini saħansitra kienu jgħidu talba li fiha kienu jirringrazzjaw lil Alla li ma kinux nisa! Madankollu, in-nisa ma rawx din l-attitudni taʼ disprezz f’Ġesù. Ħafna nisa kienu javviċinawh, ħerqanin biex jitgħallmu. Per eżempju, insibu lil Marija, oħt Lazzru, bil-qiegħda ħdejn saqajn il-Mulej, mitlufa tisma’ l-kliem taʼ Ġesù filwaqt li oħtha Marta kienet imħabbta u konċernata żżejjed bit-tħejjija taʼ Luqa 10:39-42.
l-ikel. Ġesù faħħar lil Marija talli għamlet prijoritajiet xierqa.—10. Ġesù kif kien differenti mill-mexxejja reliġjużi fil-mod kif kien jittratta lill-morda?
10 Il-morda wkoll kienu jfittxu lil Ġesù, għalkemm spiss kienu jiġu trattati bħala wħud maqtugħin mis-soċjetà mill-mexxejja reliġjużi. Il-Liġi Mosajka kienet tgħid li dawk morda bil-ġdiem kellhom jitpoġġew kwarantina minħabba raġunijiet taʼ saħħa, iżda ma kien hemm ebda bażi għan-nuqqas taʼ qalb tajba. (Levitiku, kapitlu 13) Madankollu, iktar tard, ir-regoli rabbiniċi kienu jgħidu li l-imġiddmin kienu offensivi daqs il-ħmieġ tal-bniedem. Xi mexxejja reliġjużi saħansitra kienu jgaraw il-ġebel lejn l-imġiddmin biex iżommuhom ’il bogħod! Huwa diffiċli timmaġina kif dawk li kienu jiġu trattati b’dan il-mod setgħu jrabbu l-kuraġġ biex javviċinaw lil xi għalliem, iżda l-imġiddmin kienu javviċinawh lil Ġesù. Wieħed minnhom lissen din l-espressjoni magħrufa tal-fidi: “Mulej, jekk trid, tista’ tnaddafni.” (Luqa 5:12) Fil-kapitlu li jmiss, se niddiskutu t-tweġiba taʼ Ġesù. Għalissa, biżżejjed ngħidu li ma jistax ikun hemm prova iktar ċara li Ġesù għamel lil oħrajn iħossuhom komdi javviċinawh.
11. Liema eżempju juri li dawk imtaqqlin bil-ħtija ħassewhom liberi javviċinaw lil Ġesù, u dan għala huwa importanti?
11 Dawk li ħassewhom imtaqqlin bil-ħtija kienu jħossuhom liberi javviċinaw lil Ġesù. Per eżempju, aħseb dwar meta Ġesù kien qed jiekol fid-dar taʼ wieħed Fariżew. Daħlet mara li kienet magħrufa bħala midinba u niżlet għarkopptejha ħdejn saqajn Ġesù, tibki minħabba l-ħtija li kellha. Id-dmugħ tagħha xarrablu saqajh, u hi użat xagħarha biex tixxottahomlu. Hekk kif dak li kien stieden lil Ġesù resaq lura għax ħassu diżgustat u kkritika lil Ġesù bl-aħrax talli ħalla lil din il-mara tersaq viċin, Ġesù b’qalb tajba faħħar lill-mara taʼ l-indiema sinċiera li wriet u żguraha li Ġeħova kien Luqa 7:36-50) Illum, iktar minn qatt qabel, in-nies li huma mtaqqlin bil-ħtija għandhom bżonn iħossuhom liberi javviċinaw lil dawk li jistgħu jgħinuhom jerġgħu jitħabbu m’Alla! X’kien li għamel lil Ġesù persuna daqshekk avviċinabbli?
ħafrilha. (Għala Ħassewhom Komdi Javviċinaw lil Ġesù?
12. Għala ma nistagħġbux li Ġesù kien avviċinabbli?
12 Ftakar li Ġesù imita perfettament lill-għażiż Missieru tas-sema. (Ġwanni 14:9) Il-Bibbja tfakkarna li Ġeħova “m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:27) Ġeħova, “Semmiegħ it-talb,” jinsab dejjem lest għall-qaddejja leali tiegħu u għal kulmin irid isibu u jaqdih sinċerament. (Salm 65:2) Immaġina ftit—l-iktar Persunaġġ setgħan u importanti fl-univers huwa wkoll l-iktar wieħed li tista’ tavviċinah! Bħal Missieru, Ġesù jħobbhom lin-nies. Fil-kapitli li jmiss, se niddiskutu l-imħabba tant kbira li Ġesù kellu f’qalbu. Iżda Ġesù kien avviċinabbli prinċipalment minħabba li l-imħabba tiegħu għan-nies kienet evidenti. Ejja neżaminaw xi ftit mill-kwalitajiet taʼ Ġesù li wrew imħabba bħal din.
13. Il-ġenituri kif jistgħu jimitaw lil Ġesù?
13 In-nies kienu jindunaw faċilment li Ġesù kien jimpurtah personalment minnhom. Dan l-interess persunali ma telaqx f’daqqa waħda meta Ġesù kien taħt pressjoni. Bħalma diġà rajna, meta dawk il-ġenituri ħadu lit-tfal tagħhom għandu, Ġesù baqa’ jkun persuna avviċinabbli saħansitra anki meta kellu x’jagħmel u kien mgħobbi b’responsabbiltajiet kbar. X’eżempju ħalla għall-ġenituri! It-trobbija tat-tfal hija taʼ sfida fid-dinja taʼ llum. Madankollu, huwa vitali li t-tfal iħossuhom komdi javviċinaw lill-ġenituri tagħhom. Jekk int ġenitur, taf li jkun hemm drabi meta jkollok wisq x’tagħmel biex tagħti lil uliedek l-attenzjoni li jkollhom bżonn. Minkejja dan, tista’ tiżgurahom li se tagħmel il-ħin għalihom mill-
iktar fis possibbli? Meta żżomm kelmtek, uliedek se jitgħallmu jgawdu barkiet talli juru paċenzja. Se jitgħallmu wkoll li huma dejjem jistgħu javviċinawk b’xi problema jew tħassib.14-16. (a) Liema ċirkustanzi wasslu lil Ġesù biex iwettaq l-ewwel miraklu tiegħu, u għala kien għemil meraviljuż? (b) Il-miraklu taʼ Ġesù f’Kana x’jurina dwaru, u dan jipprovdi liema lezzjoni għall-ġenituri?
14 Ġesù wera lin-nies li hu kien jimpurtah mit-tħassib tagħhom. Per eżempju, ikkunsidra l-ewwel miraklu li wettaq Ġesù. Hu kien preżenti għal festa tat-tieġ f’Kana, belt fil-Galilija. Qamet problema imbarazzanti—l-inbid spiċċa! Marija, omm Ġesù, qalet lil binha x’kien ġara. U Ġesù x’għamel? Hu qal lill-qaddejja biex jimlew sitt ġarar kbar tal-ġebel bl-ilma. Meta taw ftit minnu lill-kap tal-festa, ara, kien inbid mill-aqwa! Kienet din xi maġija, jew riżultat tal-ħeffa taʼ l-idejn? Le, l-ilma ġie “mibdul fi nbid.” (Ġwanni 2:1-11) Il-bniedem ilu żmien twil joħlom li jbiddel oġġett f’ieħor. Għal sekli sħaħ, nies li jissejħu alkemisti pprovaw ibiddlu ċ-ċomb f’deheb. Huma qatt ma rnexxielhom—għalkemm iċ-ċomb u d-deheb huma, fil-fatt, elementi simili b’mod sinifikanti. * Xi ngħidu għall-ilma u l-inbid? Kimikament, l-ilma huwa sempliċi, taħlita taʼ żewġ elementi bażiċi. Mill-banda l-oħra, fl-inbid hemm kważi elf komponent, u ħafna minnhom huma taħlit komplikat! Ġesù għala wettaq għemil daqshekk meraviljuż sempliċement biex isolvi problema żgħira bħan-nuqqas taʼ nbid f’festa tat-tieġ?
15 Il-problema ma kinitx waħda żgħira għall-għarajjes. Fil-Lvant Nofsani tal-qedem, l-ospitalità lejn il-mistidnin kienet taʼ importanza kbira. Kien ikun t’għajb u mistħija
għall-għarajjes meta l-inbid fit-tieġ tagħhom ma kienx iservi. Dan kien jitfa’ dell ikrah fuq il-ġurnata tat-tieġ tagħhom u fuq il-memorji taʼ dan il-jum fis-snin taʼ wara. Il-problema kienet taʼ importanza għalihom u anki għal Ġesù. Għalhekk, hu għamel xi ħaġa dwarha. Tista’ tara għalfejn in-nies kienu javviċinawh bil-problemi tagħhom?16 Għal darb’oħra, il-ġenituri jistgħu jitgħallmu lezzjoni siewja hawn. Xi ngħidu jekk uliedek javviċinawk, imtaqqlin b’xi problema? Int għandek mnejn tqis it-tħassib tagħhom bħala xi ħaġa żgħira. Saħansitra għandek mnejn issib li hi tad-daħq. Meta mqabbla mal-problemi tiegħek stess, il-problemi taʼ wliedek jistgħu tassew jidhru insinifikanti. Iżda ftakar li għat-tfal ifissru ħafna! Jekk hija importanti għal dawk li tħobb b’tant għożża, m’għandhiex tkun importanti għalik ukoll? Jekk turi lit-tfal tiegħek li int jimpurtak mill-problemi tagħhom, int se tkun ġenitur avviċinabbli.
17. Ġesù ħalla liema eżempju rigward il-fatt li kien ġwejjed, u din il-kwalità għala hija evidenza taʼ saħħa?
Kapitlu 3, Ġesù kien ġwejjed u umli. (Mattew 11:29) Il-ħlewwa hija kwalità sabiħa, prova soda taʼ l-umiltà fil-qalb taʼ persuna. Hija parti mill-frott taʼ l-ispirtu qaddis t’Alla u hija marbuta maʼ l-għerf divin. (Galatin 5:22, 23; Ġakbu 3:13) Anki taħt l-agħar provokazzjoni, Ġesù żamm kontroll fuqu nnifsu. Il-fatt li kien ġwejjed żgur li ma jfissirx li kien dgħajjef. Wieħed studjuż qal hekk dwar din il-kwalità: “Fil-ġentilezza hemm il-qawwa taʼ l-azzar.” Tabilħaqq, spiss jeħtieġ li jkollna s-saħħa biex irrażżnu t-tempra tagħna u nittrattaw lil oħrajn b’mod ġwejjed. Iżda minħabba li Ġeħova jbierek l-isforzi tagħna, aħna nistgħu nimitaw lil Ġesù billi nkunu ġwejdin, u dan jagħmilna persuni iktar avviċinabbli.
17 Bħalma ddiskutejna f’18. Liema eżempju juri kemm Ġesù kien raġunevoli, u għala taħseb li din il-kwalità tista’ tagħmel persuna avviċinabbli?
18 Ġesù kien raġunevoli. Meta Ġesù kien f’Tir, resqet lejh mara għax bintha kienet “maħkuma bl-ikrah minn demonju.” Bi tliet modi differenti, Ġesù indika li ma kienx se jagħmel dak li riedet hi. L-ewwel, hu baqa’ sieket; it-tieni, taha raġuni għala m’għandux jagħmel dak li talbitu; it-tielet, ta tixbiha li għamlet il-punt saħansitra iktar ċar. Madankollu, kienet l-attitudni tiegħu bla sentiment, jew kien hu stinat? Kien qed jimplika li kienet f’riskju minħabba li kienet qed tażżarda tisfida raġel importanti bħal Ġesù? Le, mid-dehra din il-mara ħassitha komda. Hi mhux talli talbet l-għajnuna, iżda talli ppersistiet minkejja li deher li ma kienx lest li jgħinha. Ġesù ra l-fidi straordinarja li qanqlitha biex tippersisti, u hu fejjaq lil bintha. (Mattew 15:22-28) Ir-raġunevolezza taʼ Ġesù, il-fatt li kien lest li jisma’ u li jċedi meta jkun xieraq, żgur li qanqlet lin-nies javviċinawh!
Oħrajn Iħossuhom Komdi Javviċinawk?
19. Kif nistgħu nkunu nafu jekk aħniex verament avviċinabbli?
19 In-nies iħobbu jqisu lilhom infushom bħala li huma Proverbji 20:6) Faċli ngħidu li aħna avviċinabbli, iżda aħna verament leali f’li nimitaw dan l-aspett taʼ l-imħabba taʼ Ġesù? It-tweġiba għal din il-mistoqsija ma tinsabx fil-mod kif inqisu lilna nfusna, iżda fil-mod kif ħaddieħor iqis lilna. Pawlu qal: “Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.” (Filippin 4:5) Kull wieħed minna jagħmel tajjeb li jistaqsi lilu nnifsu: ‘Kif iqisuni oħrajn? X’reputazzjoni għandi?’
avviċinabbli. Per eżempju, xi wħud li għandhom pożizzjoni t’awtorità jħobbu jgħidu li huma dejjem lesti li jikkomunikaw maʼ kulħadd, u li dawk taʼ taħthom huma dejjem liberi li javviċinawhom. Madankollu, il-Bibbja fiha din it-twissija qawwija: “Ħafna huma dawk li jxandru l-qalb tajba tagħhom stess, imma wieħed li juri fedeltà min jista’ jsibu?” (20. (a) Għala huwa importanti li l-anzjani Kristjani jkunu avviċinabbli? (b) Għala għandna nkunu raġunevoli f’dak li nistennew mill-anzjani tal-kongregazzjoni?
20 L-anzjani Kristjani b’mod partikulari jistinkaw biex ikunu avviċinabbli. Huma jixtiequ bil-ħerqa li jgħixu fi qbil mad-deskrizzjoni mniżżla f’Isaija 32:1, 2: “Kull wieħed ikun bħal post taʼ kenn mir-riħ u lqugħ mill-maltempata tax-xita, bħal nixxigħat taʼ l-ilma f’art bla ilma, bħad-dell taʼ blata kbira f’art niexfa.” Anzjan jista’ jipprovdi protezzjoni, serħan, u għajnuna bħal dawn biss jekk jibqa’ jkun avviċinabbli. M’għandniex xi ngħidu, mhux dejjem faċli tagħmel dan, għax l-anzjani jġorru piż tqil taʼ responsabbiltà f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Minkejja dan, l-anzjani jistinkaw biex qatt ma jagħtu l-impressjoni li għandhom wisq x’jagħmlu biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tan-nagħaġ taʼ Ġeħova. (1 Pietru 5:2) Membri oħrajn tal-kongregazzjoni jipprovaw ikunu raġunevoli f’dak li jistennew minn irġiel leali bħal dawn, billi juru spirtu t’umiltà u kooperazzjoni.—Ebrej 13:17.
21. Il-ġenituri kif jistgħu jkunu dejjem hemm għal uliedhom, u x’se nikkunsidraw fil-kapitlu li jmiss?
21 Il-ġenituri jistinkaw biex ikunu dejjem hemm għal uliedhom. Din hija kwistjoni serja! Huma jridu lil uliedhom ikunu jafu li jistgħu jafdaw f’missierhom jew ommhom. Għalhekk, il-ġenituri Kristjani jieħdu ħsieb li jkunu ġwejdin u raġunevoli, billi ma jagħmluhomx bi kbar meta wliedhom jammettu li jkunu għamlu xi żball jew jesprimu xi ħsieb li ma jkunx xieraq. Hekk kif il-ġenituri jħarrġu lil uliedhom bil-paċenzja, huma jistinkaw biex iżommu l-komunikazzjoni miftuħa. Fil-fatt, ilkoll kemm aħna rridu nibqgħu avviċinabbli, bħalma kien Ġesù. Fil-kapitlu li jmiss, se niddiskutu l-mogħdrija mill-qalb li wera Ġesù—waħda mill-kwalitajiet prinċipali li għamlitu persuna avviċinabbli.
^ par. 14 L-istudenti tal-kimika jafu li ċ-ċomb u d-deheb huma pjuttost viċin xulxin fil-lista taʼ l-elementi kimiċi. Atomu taċ-ċomb għandu biss tliet protoni iktar fin-nukleu tiegħu milli għandu d-deheb. Il-fiżiċi taʼ llum saħansitra biddlu ammonti żgħar taʼ ċomb f’deheb, iżda l-proċess tant jirrikjedi enerġija li m’huwiex ekonomiku.