Qoxra taʼ Wara
Ġieli tħossok mitluf u għandek bżonn id-direzzjoni? Ġesù Kristu hu l-Mexxej magħżul t’Alla li kull bniedem għandu bżonn. Hu qal: “Jien ir-ragħaj mill-aħjar, u naf lin-nagħaġ tiegħi u n-nagħaġ tiegħi jafu lili.” (Ġwanni 10:14) Verament tafu lir-Ragħaj mill-Aħjar—il-kwalitajiet tiegħu, il-messaġġ u x-xogħol tiegħu, iż-żelu tiegħu, l-imħabba tiegħu? Dan il-ktieb se jgħinek issir taf lil Ġesù b’mod iktar intimu u biex issegwih iktar mill-qrib.