Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja
Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja
Xi nies jgħidu li l-Bibbja m’hijiex taʼ min joqgħod fuqha, u l-ħarsa tagħhom hija aċċettata minn ħafna. Għalhekk, ħafna nies illum iqisu dak li tgħid il-Bibbja bħala li m’huwiex taʼ min jafdah.
Mill-banda l-oħra, dak li qal Ġesù Kristu f’talba lil Alla jqanqal fiduċja: “Kelmtek hi l-verità.” U l-Bibbja nfisha tgħid li hi ispirata minn Alla.—Ġwanni 17:17; 2 Timotju 3:16.
Int x’taħseb dwar dan? Hemm bażi soda għala għandna nafdaw il-Bibbja? Jew tassew hemm evidenza li l-Bibbja m’hijiex taʼ min joqgħod fuqha, li tikkontradixxi lilha nfisha, u li m’hijiex konsistenti?
Tikkontradixxi Lilha Nfisha?
Filwaqt li xi wħud jistgħu jistqarru li l-Bibbja tikkontradixxi lilha nfisha, qatt xi ħadd uriek eżempju veru? Qatt ma kien hawn eżempju li meta ġie eżaminat bir-reqqa nstab li kien minnu. Veru, jistaʼ jidher li hemm xi diskrepanzi f’ċerti rakkonti tal-Bibbja. Iżda ħafna drabi l-problema tkun nuqqas t’għarfien dwar id-dettalji u ċ-ċirkustanzi taż-żminijiet.
Per eżempju, xi nies jiġbdu l-attenzjoni għal dak li jqisuh bħala diskrepanza fil-Bibbja billi jistaqsu: ‘Kajjin minfejn sabha lil martu?’ In-nies jaħsbu li Kajjin u Abel kienu l-uniċi tfal taʼ Adam u Eva. Iżda din l-idea hija bbażata fuq fehma ħażina taʼ dak li tgħid il-Bibbja. Il-Bibbja tispjega li Adam “wiled subjien u bniet.” (Ġenesi 5:4) Għalhekk, Kajjin iżżewweġ lil waħda minn ħutu l-bniet jew forsi lil xi neputija.
Mattew 8:5, 6; Luqa 7:2, 3) Iżda hija din verament kontradizzjoni?
Spiss, il-kritiċi jkunu sempliċement qed ifittxu kontradizzjonijiet, u għalhekk jistgħu jgħidu: ‘Il-kittieb Bibliku Mattew jgħid li uffiċjal taʼ l-armata ġie biex jitlob favur lil Ġesù, filwaqt li Luqa jgħid li xi rappreżentanti kienu mibgħutin biex jitolbu l-favur. Liema hi t-tajba?’ (Meta jingħata l-kredtu għall-attività, jew ix-xogħol, taʼ xi nies lill-wieħed li fil-fatt ikun responsabbli għaliha, bniedem raġunevoli mhux se jgħid li hemm xi diskrepanza. Per eżempju, rapport li jgħid li sindku għamel triq għalkemm it-triq fil-fatt tkun saret mill-inġiniera u l-ħaddiema tiegħu, se tqisu int bħala żbaljat? Dażgur li le! B’mod simili, ma hemmx żball min-naħa taʼ Mattew li jgħid li l-uffiċjal taʼ l-armata talab favur lil Ġesù, iżda, bħalma jikteb Luqa, din it-talba saret permezz taʼ ċerti rappreżentanti.
Hekk kif isiru magħrufin iżjed dettalji, jgħibu dawk li jidhru qishom diskrepanzi fil-Bibbja.
L-Istorja u x-Xjenza
Kien hemm żmien li fih l-eżattezza storika tal-Bibbja kienet dubitata mhux ħażin. Per eżempju, il-kritiċi qajmu dubji dwar l-eżistenza taʼ karattri Bibliċi bħalma huma s-Sultan Sargon taʼ l-Assirja, Beltassar taʼ Babilonja, u l-gvernatur Ruman Ponzju Pilatu. Iżda sejbiet reċenti vverifikaw rakkont Bibliku wieħed wara l-ieħor. Għalhekk, l-istorjografu Moshe Pearlman kiteb: “F’daqqa waħda, ix-xettiċi li kienu ddubitaw l-awtentiċità saħansitra tal-partijiet storiċi tat-Testment il-Qadim bdew ibiddlu fehmithom.”
Jekk se nafdaw il-Bibbja, din għandha tkun eżatta f’affarijiet taʼ xjenza wkoll. Huwa minnu dan? Sa ftit ilu, ix-xjenzati, b’kontradizzjoni mal-Bibbja, sostnew li l-univers ma kellux bidu. Madankollu, l-astronomu Robert Jastrow reċentement irrefera għal informazzjoni Ġenesi 1:1.
iżjed ġdida li tagħti prova li dan m’huwiex minnu billi spjega: “Issa naraw kif l-evidenza astronomika tappoġġa l-ħarsa biblika dwar l-oriġini tad-dinja. Id-dettalji huma differenti, iżda l-elementi essenzjali fir-rakkonti astronomiċi u bibliċi tal-Ġenesi huma l-istess.”—Il-bnedmin biddlu wkoll il-ħarsa tagħhom dwar il-forma tad-dinja. The World Book Encyclopedia tispjega li “vjaġġi li fihom saru xi sejbiet urew li d-dinja hija tonda, mhux ċatta, bħalma kienu jemmnu ħafna min-nies.” Iżda l-Bibbja kienet korretta minn dejjem! Iktar minn 2,000 sena qabel ma saru dawn il-vjaġġi, f’Isaija 40:22 (Saydon) il-Bibbja qalet: “Hu li jgħammar fuq id-dawra taʼ l-art,” jew bħalma jpoġġuha xi traduzzjonijiet oħra, “il-globu taʼ l-art” (Douay), “l-art tonda.” (Moffatt)
Għalhekk, iżjed ma l-bnedmin jitgħallmu, iżjed ikun hemm evidenza li l-Bibbja tistaʼ tafdaha. Sir Frederic Kenyon, li kien direttur tal-British Museum, kiteb: “Ir-riżultati li diġà nkisbu jikkonfermaw dak li juri t-twemmin dwar il-fatt li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar niskopru kemm il-Bibbja fiha għarfien.”
Tbassar il-Futur
Iżda nistgħu aħna verament nafdaw it-tbassir tal-Bibbja dwar il-futur, inkluż il-wegħdi taʼ ‘smewwiet 2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:3, 4) Mela, il-Bibbja kif uriet li hi taʼ min joqgħod fuqha fil-passat? Għal darba wara l-oħra, profeziji li tbassru saħansitra mijiet taʼ snin bil-quddiem twettqu sa l-iċken dettall!
ġodda u art ġdida li fihom tgħammar il-ġustizzja’? (Per eżempju, il-Bibbja bassret il-waqgħa tal-belt setgħana taʼ Babilonja kważi 200 sena qabel ma dan seħħ. Fil-fatt, il-Medi, li saru alleati mal-Persjani, ġew imsemmijin bħala l-konkwistaturi. U għalkemm Ċiru, is-Sultan Persjan, kien għadu lanqas biss twieled, il-Bibbja bassret li hu kien se jkun prominenti fir-rebħa. Il-Bibbja qalet li l-ilmijiet, ix-xmara Ewfrat, li kienu jipproteġu lil Babilonja ‘jridu jiġu mnixxfin,’ u li “ebda bieb [taʼ Babilonja] ma jibqaʼ magħluq.”—Ġeremija 50:38; Isaija 13:17-19; 44:27–45:1.
Dawn id-dettalji speċifiċi twettqu, bħalma qal l-istorjografu Erodotu. Iżjed minn hekk, il-Bibbja bassret li maż-żmien Babilonja kellha ssir ħerba u post diżabitat. U proprju hekk ġara. Illum Babilonja hija borġ ġebel. (Isaija 13:20-22; Ġeremija 51:37, 41-43) Il-Bibbja hija mimlija profeziji oħrajn li kellhom twettiq drammatiku.
Mela, il-Bibbja xi tbassar dwar is-sistema dinjija preżenti? Din tgħid: “L-era finali taʼ din id-dinja għandha tkun żmien taʼ ħafna inkwiet. In-nies ma jkunu jħobbu xejn iktar ħlief il-flus u lilhom infushom; se jkunu arroganti, kburin, u ġellidin; mingħajr ebda rispett lejn il-ġenituri, bla gratitudni, bla ħniena, bla affezzjoni naturali . . . Huma se jkunu nies li jpoġġu l-pjaċiri qabel Alla, nies li minn barra jidhru reliġjużi, imma ma jurux bil-fatti r-realtà tagħha.”—2 Timotju 3:1-5, The New English Bible.
Ċertament li aħna qed naraw it-twettiq taʼ dan issa! Iżda l-Bibbja tbassar ukoll li fl-“era finali taʼ din id-dinja” kellu jkun hawn dawn l-affarijiet: “Ġens iqum kontra Mattew 24:7; Luqa 21:11.
ġens saltna kontra saltna, u jkun hemm nuqqas taʼ ikel.” Iktar minn hekk, “ikun hemm terremoti kbar, u f’post wara l-ieħor ikun hemm mard li jittieħed.”—Tabilħaqq, il-profeziji tal-Bibbja qegħdin jitwettqu llum! Mela, xi ngħidu għall-wegħdi li għad iridu jitwettqu bħalma huma: “Il-ġusti jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem,” u, “Jibdlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet . . . , u s-sengħa tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed”?—Salm 37:29; Isaija 2:4.
Xi wħud jistgħu jgħidu: ‘Dawn il-wegħdi lanqas jitwemmnu tant kemm huma sbieħ.’ Iżda, fil-fatt m’hemm ebda raġuni biex aħna niddubitaw xi ħaġa li jwiegħed il-Ħallieq tagħna. Il-Kelma tiegħu tistaʼ tafdaha! (Titu 1:2) Billi tkompli teżamina l-evidenza, int se tkun konvint dwar dan iktar minn qatt qabel.
Sakemm m’huwiex indikat mod ieħor, il-kwotazzjonijiet mill-Iskrittura Ebrajka huma meħudin mill-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni (1996) u dawk mill-Iskrittura Griega huma meħudin mit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida li għandha lingwa moderna. L-abbrevjazzjoni NW tindika n-New World Translation of the Holy Scriptures—With References.
[Kumment f’paġna 4]
“Ir-riżultati li diġà nkisbu jikkonfermaw dak li juri t-twemmin dwar il-fatt li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar niskopru kemm fiha għarfien il-Bibbja”