Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġakobb
Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġakobb
Ġakobb u ħuh Għesaw kienu ilhom ma jitkellmu għal bosta snin. Fil-fatt, Għesaw kien jobogħdu lil Ġakobb. Għalkemm Ġakobb m’għamel xejn ħażin, hu kien il-wieħed li ħa l-inizjattiva biex isolvi l-problema taʼ bejniethom. Hu kien lest li jċedi. L-għan tiegħu ma kienx li jirbaħ l-argument, iżda li jirbaħ lura lil ħuh. Ġakobb m’għamilx kompromess mill-prinċipji tiegħu, iżda lanqas ma insista li jintalab skuża qabel ma jagħmel paċi maʼ ħuh.—Ġenesi 25:27-34; 27:30-41; 32:3-22; 33:1-9.
Int kif tirreaġixxi meta targumenta maʼ xi membru tal-familja tiegħek? Forsi kultant tħoss li jkollok raġun u li ħuk/oħtok jew xi ġenitur ikollu t-tort. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, tistenna int li l-persuna l-oħra tagħmel l-ewwel pass? Jew tistaʼ tkun bħal Ġakobb? Meta ma jkun se jinkiser ebda prinċipju bibliku, se tkun int lest li ċċedi biex iżżomm il-paċi? (1 Pietru 3:8, 9) Ġakobb ma ħalliex il-kburija tkun il-kaġun taʼ firda fil-familja tiegħu. Hu umilja ruħu u rebaħ lura lil ħuh. Se tagħmel int l-istess ħaġa mal-membri tal-familja tiegħek?