Eżempju taʼ Min Jimitah—Mosè
Eżempju taʼ Min Jimitah—Mosè
Mosè kellu bosta vantaġġi fil-ħajja. Hu ġie mrobbi fil-familja rjali tal-Fargħun u ġie istruwit fl-għerf kollu tal-Eġittu. (Atti 7:22) X’kien se jagħmel bit-taħriġ tiegħu? Hu setaʼ jikseb il-fama, l-għana, u s-setgħa. Madankollu, hu ma ġiex influwenzat mill-pressjoni li għamlulu n-nies taʼ madwaru, u lanqas ma ġie mħajjar minn xi ambizzjoni egoistika. Minflok, hu għażel karriera li bla dubju ssorprendiet lil ħafna wħud. Hu għażel li “jkun trattat ħażin mal-poplu t’Alla.” (Ebrej 11:25) Mosè x’tilef għax għamel din l-għażla? Xejn. Minħabba li għażel li jaqdi lil Alla u li jgħin lin-nies, hu gawda ħajja eċċitanti u premjanti.
Jekk għandek l-opportunità li jkollok edukazzjoni bażika tajba, x’se tagħmel b’dan il-vantaġġ? Int tistaʼ jew tagħmel il-flus u s-setgħa l-mira prinċipali f’ħajtek jew inkella, bħal Mosè, int tistaʼ tagħmel xi ħaġa tassew taʼ siwi b’ħajtek. Tistaʼ tuża l-abbiltajiet mentali u fiżiċi biex taqdi lil Alla u lill-proxxmu tiegħek. (Mattew 22:35-40) L-ebda mod ieħor taʼ ħajja mhu daqstant premjanti!