Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tweġibiet Prattiċi!

Tweġibiet Prattiċi!

INTRODUZZJONI

Tweġibiet Prattiċi!

‘Kif nistaʼ nikkomunika mal-​ġenituri tiegħi?’ ‘Kif nistaʼ nagħmel ħbieb?’ ‘X’fih ħażin is-​sess każwali?’ ‘Għala jaqbduni daqshekk dwejjaq?’

Jekk staqsejt lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn, m’intix waħdek. Għandek mnejn ngħatajt tweġibiet differenti għalkollox—jiddependi mis-​sors fejn dort għall-​gwida. Sabiex tgħin liż-​żgħażagħ jirċievu pariri taʼ min joqgħod fuqhom, f’Jannar tal-​1982 ir-​rivista Stenbaħ! bl-​Ingliż ħarġet serje t’artikli bbażati fuq il-​Bibbja bl-​isem taʼ “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . .” Issa li għaddew għaxriet taʼ snin, ħafna nies għadhom jibbenefikaw minn dawn l-​artikli u jieħdu pjaċir jaqrawhom. Kull artiklu huwa r-​riżultat taʼ riċerka estensiva. Fil-​fatt, sabiex jifhmu l-​ħsibijiet u s-​sentimenti taż-​żgħażagħ, il-​kittieba taʼ Stenbaħ! tkellmu maʼ mijiet taʼ żgħażagħ minn mad-​dinja kollha! Però, iktar importanti minn hekk, il-​pariri mogħtijin fil-​ktieb “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . ” huma bbażati fuq il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.

Dan il-​ktieb li għandek f’idejk ġie ppubblikat għall-​ewwel darba fl-​1999. Madankollu, il-​kapitli ġew riveduti kompletament sabiex jindirizzaw il-​problemi tal-​lum. Ġew meħudin iktar minn 30 kapitlu mill-​artikli “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu” li ġew ippubblikati bejn l-​2004 u l-​2011.

Il-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, l-​1 Volum, se jipprovdilek dak li għandek bżonn biex issir adult responsabbli. Nittamaw li hekk kif tapplika l-​pariri li jinsabu f’dan il-​ktieb, int tingħaqad maʼ miljuni taʼ nies, kemm żgħażagħ u kemm adulti, li “bl-​użu għandhom is-​sensi tagħhom imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”​—Ebrej 5:14.

Il-​Pubblikaturi