Kif il-Profezija taʼ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija
APPENDIĊI
Kif il-Profezija taʼ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija
IL-PROFETA Danjel għex iktar minn 500 sena qabel it-twelid taʼ Ġesù. Minkejja dan, Ġeħova rrivela informazzjoni lil Danjel li kienet se tagħmilha possibbli biex il-Kristjani jindunaw eżatt liema kien iż-żmien li fih Ġesù kellu jiġi midluk, jew maħtur, bħala l-Messija, jew Kristu. Lil Danjel intqallu: “Għandek tkun taf u jkollok id-dehen li mill-ħruġ tal-kelma biex Ġerusalemm tiġi Danjel 9:25, NW.
restawrata u mibnija mill-ġdid sal-Messija l-Mexxej, se jkun hemm sebaʼ ġimgħat, ukoll tnejn u sittin ġimgħa.”—Biex niddeterminaw iż-żmien tal-wasla tal-Messija, l-ewwel jeħtieġ insiru nafu minfejn jibda l-perijodu li jwassal għall-Messija. Skond il-profezija, dan hu “mill-ħruġ tal-kelma biex Ġerusalemm tiġi restawrata u mibnija mill-ġdid.” Dan il-“ħruġ tal-kelma” meta seħħ? Skond il-kittieb tal-Bibbja Neħemija, il-kelma biex jerġgħu jinbnew is-swar madwar Ġerusalemm ħarġet fis-“sena għoxrin tas-saltna taʼ Artasersi.” (Neħemija 2:1, 5-8) Il-kittieba taʼ l-istorja jikkonfermaw li s-sena 474 Q.E.K. kienet l-ewwel sena sħiħa taʼ Artasersi bħala ħakkiem. Għalhekk, is-sena 20 tal-ħakma tiegħu kienet is-sena 455 Q.E.K. Issa nafu minfejn nibdew ngħoddu fil-profezija taʼ Danjel dwar il-Messija, jiġifieri, is-sena 455 Q.E.K.
Danjel jindika kemm kien se jkun twil il-perijodu taʼ żmien li jiħodna sal-wasla tal-“Messija l-Mexxej.” Il-profezija ssemmi “sebaʼ ġimgħat, ukoll tnejn u sittin ġimgħa”—total taʼ 69 ġimgħa. Kemm hu twil dan il-perijodu taʼ żmien? Diversi traduzzjonijiet tal-Bibbja jinnotaw li dawn m’humiex ġimgħat taʼ sebat ijiem, imma ġimgħat taʼ snin. Jiġifieri, kull ġimgħa tirrappreżenta sebaʼ snin. Dan il-konċett taʼ ġimgħat taʼ snin, jew taqsim taʼ sebaʼ snin, kien familjari għal-Lhud taʼ żmien il-qedem. Per eżempju, huma kienu josservaw is-sena tas-Sabat kull sebaʼ snin. (Eżodu 23:10, 11) Għalhekk, id-69 ġimgħa profetika kienu jammontaw għal 69 taqsima taʼ 7 snin kull waħda, jew total taʼ 483 sena.
Issa kulma rridu nagħmlu hu li ngħoddu. Jekk ngħoddu 483 sena mis-sena 455 Q.E.K. naslu għas-sena 29 E.K. Din kienet eżatt is-sena meta Ġesù tgħammed u sar il-Messija! * (Luqa 3:1, 2, 21, 22) M’huwiex dan twettiq taʼ l-għaġeb tal-profezija Biblika?
[Nota taʼ taħt]
^ par. 6 Mis-sena 455 Q.E.K. sas-sena 1 Q.E.K. hemm 454 sena. Mis-sena 1 Q.E.K. sas-sena 1 E.K. hemm sena (ma kien hemm ebda sena żero). U mis-sena 1 E.K. sas-sena 29 E.K. hemm 28 sena. Billi ngħoddu dawn it-tliet numri naslu għat-total taʼ 483 sena. Ġesù ‘nqatel’ fis-sena 33 E.K., matul il-ġimgħa taʼ snin li kienet is-70 waħda. (Danjel 9:24, 26) Ara Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel! kapitlu 11, u l-Insight on the Scriptures, it-2 Volum, paġni 899-901. It-tnejn huma pubblikati mix-Xhieda taʼ Ġeħova.
[Dijagramma/Stampi f’paġna 198]
(Ghall-formazzjoni shiha tat-test, ara pubblikazzjoni)
“SEBGĦIN ĠIMGĦA”
490 sena
7 ġimgħat 62 ġimgħa ġimgħa
(49 sena) (434 sena) (7 snin)
455 406 ← Q.E.K. E.K. → 29 33 36
“Il-kelma biex Ġerusalemm Jasal Il-Messija Jintemmu
jerġgħu. . . mibnija il-Messija “jinqatel” ”s-sebgħin
jibnu lil mill-ġdid ġimgħa“
Ġerusalemm”