Qima Approvata minn Alla
Kapitlu Ħmistax
Qima Approvata minn Alla
Ir-reliġjonijiet kollha jogħġbuh lil Alla?
Kif nistgħu nagħrfu r-reliġjon vera?
Min huma l-aduraturi veri t’Alla llum fuq l-art?
1. Kif se nibbenefikaw jekk inqimu lil Alla b’mod xieraq?
ALLA ĠEĦOVA jimpurtah ħafna minna u jrid li aħna nibbenefikaw mill-gwida li hu jagħtina b’tant imħabba. Jekk aħna nqimuh kif jixraq, se nkunu ferħanin u se nevitaw ħafna problemi fil-ħajja. Se jkollna wkoll il-barka u l-għajnuna tiegħu. (Isaija 48:17) Madankollu, hemm mijiet taʼ reliġjonijiet li jsostnu li jgħallmu l-verità dwar Alla. Iżda, hemm differenza enormi fit-tagħlim tagħhom dwar min hu Alla u x’jistenna minna.
2. Kif nistgħu nagħrfu liema hu l-mod xieraq kif inqimu lil Ġeħova, u liema eżempju jgħinna nifhmu dan?
2 Kif tistaʼ tkun taf il-mod xieraq kif tqim lil Ġeħova? M’għandikx għalfejn tistudja u tqabbel it-tagħlim tar-reliġjonijiet kollha. Għandek bżonn biss titgħallem dak li l-Bibbja tgħallem verament dwar il-qima vera. Biex nagħtu eżempju: F’ħafna pajjiżi teżisti l-problema tal-flus foloz. Jekk jitolbuk biex issib dawn il-flus foloz, kif tagħmel? Toqgħod tistudja l-flus foloz kollha? Dażgur li le. Ikun iktar għaqli jekk tistudja bir-reqqa l-flus tajbin. Wara li tkun taf sew kif tagħraf il-flus tajbin, int tkun tistaʼ tinduna liema huma l-flus foloz. Bl-istess mod, meta nitgħallmu kif nagħrfu r-reliġjon vera, nistgħu nindunaw liema huma r-reliġjonijiet foloz.
3. Skond Ġesù, x’għandna nagħmlu jekk irridu li jkollna l-approvazzjoni t’Alla?
Mattew 7:21-23) Bħall-flus foloz, ir-reliġjon falza m’għandha ebda valur veru. Agħar minn hekk, reliġjon bħal din fil-fatt tagħmel il-ħsara.
3 Huwa importanti li nqimu lil Ġeħova bil-mod li hu japprova. Ħafna nies jemmnu li r-reliġjonijiet kollha jogħġbu lil Alla, imma l-Bibbja ma tgħallimx hekk. M’huwiex biżżejjed li wieħed sempliċement jgħid li hu Kristjan. Ġesù qal: “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel ir-rieda taʼ Missieri li hu fis-smewwiet.” Għalhekk, biex ikollna l-approvazzjoni t’Alla, aħna rridu nitgħallmu dak li Alla jitlob minna u nagħmluh. Ġesù sejjaħ lil dawk li ma jagħmlux ir-rieda t’Alla “intom li tiksru l-liġi.” (4. Xi jfisser il-kliem taʼ Ġesù dwar iż-żewġ toroq, u kull waħda minnhom fejn twassal?
4 Ġeħova jagħti lil kulħadd fuq l-art l-opportunità biex jikseb il-ħajja taʼ dejjem. Iżda, biex ikollna ħajja taʼ dejjem f’Ġenna taʼ l-art, irridu nqimu lil Alla kif jixraq u ngħixu issa b’mod li hu jaċċetta. Diżgrazzjatament, ħafna jirrifjutaw li jagħmlu dan. Ġesù għalhekk qal: “Idħlu mill-bieb id-dejjaq; għax wiesgħa u spazjuża hi t-triq li tieħu għall-qerda, u ħafna jgħaddu minnha; filwaqt li dejjaq hu l-bieb u mħarbta hi t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.” (Mattew 7:13, 14) Ir-reliġjon vera twassal għall-ħajja taʼ dejjem. Ir-reliġjon falza twassal għall-qerda. Ġeħova ma jridx li xi ħadd jinqered, u għalhekk qed jagħti l-opportunità lin-nies kullimkien biex jitgħallmu dwaru. (2 Pietru 3:9) Tabilħaqq, mela, il-mod kif inqimu lil Alla jfisser jew ħajja jew mewt għalina.
KIF NAGĦRFU R-RELIĠJON VERA
5. Kif nistgħu nagħrfu lil dawk li jipprattikaw ir-reliġjon vera?
5 ‘It-triq tal-ħajja’ kif nistgħu nsibuha? Ġesù qal li r-reliġjon vera kienet se tidher fil-ħajja tan-nies li jipprattikawha. Mattew 7:16, 17) Fi kliem ieħor, dawk li jipprattikaw ir-reliġjon vera kienu se jintgħarfu mit-twemmin u mill-kondotta tagħhom. Għalkemm m’humiex perfetti u jiżbaljaw, l-aduraturi veri bħala grupp ifittxu li jagħmlu r-rieda t’Alla. Ejja nikkunsidraw sitt fatturi li jgħinuk tagħraf lil dawk li jipprattikaw ir-reliġjon vera.
“Mill-frott tagħhom tagħrfuhom,” hu qal. “Kull siġra tajba tagħmel frott tajjeb.” (6, 7. Il-qaddejja t’Alla kif iqisuha l-Bibbja, u Ġesù kif tana eżempju f’dan ir-rigward?
6 Il-qaddejja t’Alla jibbażaw it-tagħlim tagħhom fuq il-Bibbja. Il-Bibbja nfisha tgħid: “L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-sewwa, sabiex il-bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.” (2 Timotju 3:16, 17) Lill-Kristjani sħabu, l-appostlu Pawlu kitbilhom: “Meta rċivejtu l-kelma t’Alla, li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-kelma tal-bnedmin, imma bħalma hi tassew, bħala l-kelma t’Alla.” (1 Tessalonikin 2:13) Għalhekk, it-twemmin u l-prattiċi tar-reliġjon vera m’humiex ibbażati fuq l-opinjonijiet jew it-tradizzjonijiet tal-bnedmin, imma huma bbażati fuq il-Kelma mnebbħa t’Alla, il-Bibbja.
7 Ġesù Kristu tana l-eżempju xieraq billi bbaża t-tagħlim tiegħu fuq il-Kelma t’Alla. F’talba lil Missieru tas-sema, hu qal: “Kelmtek hi l-verità.” (Ġwanni 17:17) Ġesù kien jemmen il-Kelma t’Alla, u kulma kien jgħallem kien fi qbil maʼ l-Iskrittura. Ġesù spiss kien jgħid: “Hu miktub.” (Mattew 4:4, 7, 10) Imbagħad kien jikkwota skrittura. Bl-istess mod, in-nies t’Alla llum ma jgħallmux l-ideat tagħhom stess. Huma jemmnu li l-Bibbja hi l-Kelma t’Alla, u jibbażaw it-tagħlim tagħhom b’mod sod fuq dak li tgħid.
8. Il-qima lil Ġeħova x’tinvolvi?
8 Dawk li jipprattikaw ir-reliġjon vera jqimu biss lil Ġeħova u jxandru ismu. Ġesù ddikjara: “Qim lil Ġeħova Alla Mattew 4:10) B’hekk, il-qaddejja t’Alla ma jqimu lil ħadd ħlief lil Ġeħova. Din il-qima tinkludi li jmorru jgħidu lin-nies l-isem taʼ l-Alla veru u x’tip taʼ Alla hu. Salm 83:19 (83:18, NW) jistqarr: “Biex jagħrfu li Jaħweh [jew Ġeħova] hu ismek, li int waħdek l-Għoli fuq l-art kollha.” Ġesù tana l-eżempju kif nistgħu ngħinu lil oħrajn isiru jafu lil Alla, bħalma qal f’talba: “Urejt ismek lill-bnedmin li tajtni mid-dinja.” (Ġwanni 17:6) Bl-istess mod, l-aduraturi veri llum jgħallmu lil oħrajn dwar l-isem t’Alla, l-iskopijiet, u l-kwalitajiet tiegħu.
tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.” (9, 10. Il-Kristjani veri b’liema modi juru mħabba lejn xulxin?
9 In-nies t’Alla juru mħabba ġenwina u mingħajr egoiżmu għal xulxin. Ġesù qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) L-ewwel Kristjani kienu juru mħabba bħal din lejn xulxin. L-imħabba li Alla jridna nuru tegħleb l-ostakli razzjali, soċjali, u nazzjonali u tgħaqqad lin-nies flimkien f’rabta li ma tinħallx taʼ fratellanza vera. (Kolossin 3:14) Il-membri tar-reliġjonijiet foloz m’għandhomx din il-fratellanza mibnija fuq l-imħabba. Dan kif nafuh? Huma joqtlu lil xulxin minħabba differenzi nazzjonalistiċi jew etniċi. Il-Kristjani veri ma jaqbdux l-armi biex joqtlu lil ħuthom Kristjani jew lil xi ħaddieħor. Il-Bibbja tistqarr: “Ulied Alla u wlied ix-Xitan jidhru ċar minn dan il-fatt: Kulmin ma jipprattikax il-ġustizzja ma joriġinax minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh. . . . Għandna nħobbu lil xulxin; mhux bħal Kajjin, li oriġina mill-Ħażin u qatel lil ħuh.”—1 Ġwanni 3:10-12; 4:20, 21.
10 M’għandniex xi ngħidu, l-imħabba ġenwina ma tfissirx biss li ma noqtlux lil oħrajn. Il-Kristjani veri jużaw bla egoiżmu l-ħin, l-enerġija, u r-riżorsi tagħhom biex jgħinu u jinkuraġġixxu lil xulxin. (Ebrej 10:24, 25) Huma jgħinu lil xulxin fi żmien taʼ niket, u jġibu ruħhom bl-onestà m’oħrajn. Fil-fatt, huma japplikaw f’ħajjithom il-parir tal-Bibbja biex ‘jagħmlu t-tajjeb maʼ kulħadd.’—Galatin 6:10.
11. Għala hu importanti li naċċettaw lil Ġesù Kristu bħala l-mezz tas-salvazzjoni li pprovda Alla?
11 Il-Kristjani veri jaċċettaw lil Ġesù Kristu bħala l-mezz tas-salvazzjoni li pprovda Alla. Il-Bibbja tgħid: “F’ħadd iżjed m’hemm salvazzjoni, għax m’hemmx isem ieħor taħt is-sema li ngħata lill-bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.” (Atti 4:12) Bħalma rajna f’Kapitlu 5, Ġesù ta ħajtu bħala fidwa għall-bnedmin ubbidjenti. (Mattew 20:28) Barra minn hekk, Ġesù hu s-Sultan maħtur t’Alla fis-Saltna tas-sema li se taħkem fuq l-art kollha kemm hi. U Alla jitlob minna li nobdu lil Ġesù u napplikaw it-tagħlim tiegħu jekk irridu li jkollna l-ħajja taʼ dejjem. Għalhekk il-Bibbja tgħid: “Min jeżerċita l-fidi fl-Iben għandu l-ħajja taʼ dejjem; min ma jobdix lill-Iben ma jarax il-ħajja.”—Ġwanni 3:36.
12. X’jinvolvi li ma nkunu ebda parti mid-dinja?
12 L-aduraturi veri m’huma ebda parti mid-dinja. Meta kien għaddej ġuri quddiem il-ħakkiem Ruman Pilatu, Ġesù qal: “Is-saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja.” (Ġwanni 18:36) Jgħixu f’liema pajjiż jgħixu, is-segwaċi veri taʼ Ġesù huma sudditi tas-Saltna tas-sema tiegħu, u b’hekk huma jżommu newtralità stretta fil-kwistjonijiet politiċi taʼ din id-dinja. Huma ma jxaqilbu lejn ebda naħa fil-konflitti tagħha. Madankollu, l-aduraturi taʼ Ġeħova ma jindaħlux jekk xi ħadd jagħżel li jingħaqad maʼ xi partit politiku, joħroġ għall-elezzjoni, jew jivvota. U filwaqt li l-aduraturi veri t’Alla huma newtrali rigward il-politika, huma jobdu l-liġijiet. Għala? Għaliex il-Kelma t’Alla tikkmandahom biex ‘ikunu sottomessi lejn l-awtoritajiet superjuri’ governattivi. (Rumani 13:1) Meta jkun hemm konflitt bejn dak li Alla jitlob minnhom u dak li titlob minnhom is-sistema politika, l-aduraturi veri jsegwu l-eżempju taʼ l-appostli li qalu: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem iktar milli lill-bnedmin.”—Atti 5:29; Marku 12:17.
13. Is-segwaċi veri taʼ Ġesù kif iqisuha s-Saltna t’Alla, u għalhekk x’jagħmlu?
13 Is-segwaċi veri taʼ Ġesù jippridkaw li s-Saltna t’Alla hija Mattew 24:14) Minflok ma jinkuraġġixxu lin-nies biex jistrieħu fuq il-mexxejja umani għas-soluzzjoni tal-problemi tagħhom, is-segwaċi veri taʼ Ġesù Kristu jxandru li s-Saltna t’Alla tas-sema hi l-unika tama għall-bnedmin. (Salm 146:3) Ġesù għallimna nitolbu għal dak il-gvern perfett meta qal: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-sema, ukoll fuq l-art.” (Mattew 6:10) Il-Kelma t’Alla bassret li din s-Saltna tas-sema se “tfarrak u ttemm is-saltniet l-oħra kollha [li jeżistu issa], waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Danjel 2:44.
l-unika tama għall-bnedmin. Ġesù bassar: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-tmiem.” (14. Liema grupp reliġjuż taħseb li qed iwettaq il-ħtiġijiet kollha tal-qima vera?
14 Fuq il-bażi taʼ dak li għadna kif ikkunsidrajna, staqsi lilek innifsek: ‘Liema grupp reliġjuż jibbaża t-tagħlim kollu tiegħu fuq il-Bibbja u jxandar l-isem taʼ Ġeħova? Liema grupp juri l-imħabba bil-mod li jogħġob ’l Alla, jeżerċita l-fidi f’Ġesù, m’hu ebda parti mid-dinja, u jxandar li s-Saltna t’Alla hija l-unika tama vera għall-bnedmin? Mill-gruppi reliġjużi kollha fid-dinja, liema grupp iwettaq dawn il-ħtiġijiet kollha?’ Il-fatti juru ċar li huma x-Xhieda taʼ Ġeħova li qed iwettqu dan.—Isaija 43:10-12.
INT X’SE TAGĦMEL?
15. Alla x’jitlob iktar minna minbarra li nemmnu li hu jeżisti?
15 M’huwiex biżżejjed li sempliċement temmen f’Alla biex togħġbu. Wara kollox, il-Bibbja tgħid li anki d-demonji jemmnu li Alla jeżisti. (Ġakbu 2:19) Iżda, huwa ovvju li dawn mhux qed jagħmlu r-rieda t’Alla u m’għandhomx l-approvazzjoni tiegħu. Biex inkunu approvati minn Alla, ma rridux biss nemmnu li hu jeżisti imma rridu wkoll nagħmlu r-rieda tiegħu. Barra minn hekk, irridu ninqatgħu mir-reliġjon falza u nħaddnu l-qima vera.
16. X’għandna nagħmlu jekk qed nieħdu sehem fir-reliġjon falza?
16 L-appostlu Pawlu wera li m’għandniex nieħdu sehem fil-qima falza. Hu kiteb: “‘Oħorġu minn ġo nofshom, u infirdu minn magħhom,’ jgħid Ġeħova, ‘u tibqgħux tmissu dak li mhux nadif’; ‘u jien nilqagħkom.’” (2 Korintin 6:17; Isaija 52:11) Il-Kristjani veri għalhekk jevitaw kwalunkwe ħaġa li għandha x’taqsam mal-qima falza.
17, 18. X’inhi “Babilonja l-Kbira,” u għala huwa urġenti li ‘toħroġ minnha’?
17 Il-Bibbja turi li l-forom kollha tar-reliġjon falza huma parti minn “Babilonja l-Kbira.” * (Rivelazzjoni 17:5) Dan l-isem ifakkarna fil-belt antika taʼ Babilonja, minfejn bdiet ir-reliġjon falza wara d-Dilluvju taʼ żmien Noè. Ħafna mit-tagħlim u l-prattiċi li huma komuni llum fir-reliġjon falza oriġinaw żmien twil ilu f’Babilonja. Per eżempju, il-Babiloniżi kienu jqimu trinitajiet, jew gruppi taʼ tliet allat. Illum, id-duttrina ċentrali taʼ ħafna reliġjonijiet hija t-Trinità. Imma l-Bibbja tgħallem b’mod ċar li hemm biss Alla veru wieħed, Ġeħova, u li Ġesù Kristu hu Ibnu. (Ġwanni 17:3) Il-Babiloniżi kienu jemmnu wkoll li l-bnedmin għandhom ruħ immortali li tibqaʼ ħajja wara l-mewt u li tistaʼ tbati f’post taʼ turment. Illum, it-twemmin fir-ruħ jew spirtu immortali li jistaʼ jbati fin-nar taʼ l-infern jiġi mgħallem fil-biċċa l-kbira mir-reliġjonijiet.
18 Ladarba l-qima taʼ Babilonja tal-qedem infirxet maʼ l-art kollha, Babilonja l-Kbira taʼ żmienna tistaʼ bix-xieraq tiġi identifikata bħala l-imperu dinji taʼ reliġjon falza. U Alla bassar li l-qerda taʼ dan l-imperu taʼ reliġjon falza se tiġi ħabta u sabta. (Rivelazzjoni 18:8) Qed tinduna għala huwa vitali li int tinqataʼ minn kull parti taʼ Babilonja l-Kbira? Alla Ġeħova jridek ‘toħroġ minnha’ malajr waqt li għad baqaʼ ż-żmien.—Rivelazzjoni 18:4.
19. Int x’se tikseb jekk taqdi lil Ġeħova?
19 Minħabba d-deċiżjoni tiegħek biex ma tibqax tipprattika r-reliġjon falza, xi wħud għandhom mnejn iwarrbuk. Madankollu, billi taqdi lil Ġeħova mal-poplu tiegħu, int se tikseb ferm iktar milli qatt tistaʼ titlef. Bħall-ewwel dixxipli taʼ Ġesù li ħallew affarijiet oħra biex isegwuh, int maż-żmien se tikseb ħafna aħwa rġiel u nisa. Se ssir parti minn familja kbira taʼ Kristjani veri madwar id-dinja, li juruk imħabba ġenwina. U se jkollok it-tama taʼ l-għaġeb taʼ ħajja taʼ dejjem “fis-sistema li ġejja.” (Marku 10:28-30) Forsi maż-żmien, dawk li jkunu warrbuk minħabba t-twemmin tiegħek jaraw x’tgħallem il-Bibbja u jsiru aduraturi taʼ Ġeħova.
20. X’hemm jistenniehom fil-futur lil dawk li jipprattikaw ir-reliġjon vera?
20 Il-Bibbja tgħallem li Alla dalwaqt se jġib it-tmiem fuq din is-sistema mill-agħar u minflokha se jagħmel dinja ġdida mimlija ġustizzja taħt il-ħakma tas-Saltna tiegħu. (2 Pietru 3:9, 13) X’dinja meraviljuża se tkun din! U f’din is-sistema ġdida mimlija ġustizzja, se jkun hemm reliġjon waħda biss, u forma waħda vera taʼ qima. Ma jkunx għaqli li int tieħu l-passi meħtieġa biex tissieħeb maʼ l-aduraturi veri issa stess?
[Nota taʼ taħt]
^ par. 17 Għal iktar informazzjoni dwar għala Babilonja l-Kbira tirrappreżenta l-imperu dinji taʼ reliġjon falza, ara l-Appendiċi, paġni 219-20.
DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA
▪ Reliġjon vera waħda biss hemm.—Mattew 7:13, 14.
▪ Ir-reliġjon vera tintgħaraf mit-tagħlim u l-prattiċi tagħha.—Mattew 7:16, 17.
▪ Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jipprattikaw il-qima li hi approvata minn Alla.—Isaija 43:10.
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Kaxxa/Stampa f’paġna 147]
DAWK LI JQIMU LILL-ALLA VERU
▪ jibbażaw it-tagħlim tagħhom fuq il-Bibbja
▪ iqimu biss lil Ġeħova u jxandru ismu
▪ juru mħabba ġenwina lejn xulxin
▪ jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mezz tas-salvazzjoni li pprovda Alla
▪ m’huma ebda parti mid-dinja
▪ jippridkaw li s-Saltna t’Alla hi l-unika tama għall-bnedmin
[Stampa f’paġna 150]
Billi taqdi lil Ġeħova mal-poplu tiegħu, int se tikseb ferm iktar milli qatt tistaʼ titlef