IT-TIENI PARTI
Mid-Dilluvju sal-Ħelsien mill-Eġittu
Tmien persuni biss salvaw mid-Dilluvju, imma maż-żmien żdiedu biex bdew jgħoddu mal-eluf. Imbagħad, 352 sena wara d-Dilluvju, twieled Abraham. Aħna nitgħallmu dwar kif Alla żamm il-wegħda tiegħu billi ta lil Abraham iben jismu Iżakk. Imbagħad, miż-żewġ ulied subien t’Iżakk, Alla għażel lil Ġakobb.
Ġakobb kellu familja kbira bi 12-il tifel u xi bniet. Għaxra mis-subien taʼĠakobb kienu jobogħdu lil ħuhom iż-żgħir Ġużeppi u bigħuh fil-jasar fl-Eġittu. Maż-żmien, Ġużeppi sar ħakkiem importanti fl-Eġittu. Meta kien hemm ġuħ kbir, Ġużeppi għadda lil ħutu minn prova ħalli jara jekk kinux inbidlu. Fl-aħħar, il-familja kollha taʼ Ġakobb, l-Iżraelin, marru jgħixu l-Eġittu. Dan ġara 290 sena wara li twieled Abraham.
Għall-215-il sena li jmiss l-Iżraelin għexu fl-Eġittu. Wara li miet Ġużeppi, huma saru lsiera f’dan il-post. Maż-żmien, twieled Mosè, u Alla użah biex jeħles lill-Iżraelin mill-Eġittu. B’kollox, IT-TIENI Parti tkopri 857 sena taʼ storja.