Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IR-RABAʼ PARTI

Mill-Ewwel Sultan t’Iżrael sal-Jasar f’Babilonja

Mill-Ewwel Sultan t’Iżrael sal-Jasar f’Babilonja

Sawl sar l-​ewwel sultan t’Iżrael. Imma Ġeħova ċaħdu, u David ġie magħżul biex ikun is-​sultan minfloku. Se nitgħallmu ħafna affarijiet dwar David. Bħala żagħżugħ, hu ġġieled kontra l-​ġgant Gulija. Iktar tard, ħarab mis-​Sultan Sawl li kien jgħir għalih. Imbagħad il-​mara għaqlija Abigajl waqqfitu milli jagħmel ħaġa banali.

Imbagħad, nitgħallmu ħafna affarijiet dwar it-​tifel taʼ David li kien jismu Salamun u li sar is-​sultan t’Iżrael minflok David. L-​ewwel tliet slaten t’Iżrael ħakmu għal 40 sena kull wieħed. Wara li miet Salamun, l-​art t’Iżrael ġiet maqsuma f’żewġ saltniet, is-​saltna tat-​Tramuntana u s-​saltna tan-​Nofsinhar.

Is-​saltna tal-​10 tribujiet tat-​Tramuntana damet teżisti għal 257 sena qabel ma ġiet meqruda mill-​Assirjani. Imbagħad 133 sena wara, is-​saltna taż-​żewġ tribujiet tan-​Nofsinhar ġiet meqruda wkoll. F’dan iż-​żmien l-​Iżraelin ittieħdu fil-​jasar f’Babilonja. Għalhekk, IR-​RABAʼ Parti tkopri 510 snin taʼ storja li matulhom seħħew ħafna ġrajjiet eċċitanti li ħa naqraw dwarhom.