Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IS-SEBA’ PARTI

Mill-Irxoxt taʼ Ġesù sa Meta Pawlu Jintefaʼ l-Ħabs

Mill-Irxoxt taʼ Ġesù sa Meta Pawlu Jintefaʼ l-Ħabs

Fit-​tielet jum wara mewtu, Ġesù ġie rxoxtat. Dakinhar hu deher lis-​segwaċi tiegħu f’ħames darbiet differenti. Ġesù kompla jidhrilhom għal 40 jum. Imbagħad, waqt li xi wħud mid-​dixxipli tiegħu kienu qed jarawh, Ġesù telaʼ s-​sema. Għaxart ijiem wara, Alla ferraʼ l-​ispirtu qaddis fuq is-​segwaċi taʼ Ġesù li kienu qed jistennew f’Ġerusalemm.

Iktar tard, xi għedewwa t’Alla tefgħu lill-​appostli fil-​ħabs, imma anġlu ħelishom. Id-​dixxiplu Stiefnu ġie mħaġġar għall-​mewt minn dawk li kienu jopponu. Imma nitgħallmu kif Ġesù għażel wieħed minn dawn l-​opponenti biex ikun qaddej speċjali tiegħu, u dan sar magħruf bħala l-​appostlu Pawlu. Imbagħad tliet snin u nofs wara l-​mewt taʼ Ġesù, Alla bagħat lill-​appostlu Pietru jipprietka lil Kornelju, li ma kienx Lhudi, u lil dawk taʼ daru.

Xi 13⁠-​⁠il sena wara, Pawlu beda l-​ewwel vjaġġ tiegħu taʼ ppritkar. Fit-​tieni vjaġġ, Timotju ngħaqad maʼ Pawlu. Nitgħallmu kif Pawlu u sħabu li kienu jivvjaġġaw miegħu għaddew minn ġrajjiet eċċitanti huma u jaqdu lil Alla. Fl-​aħħar, Pawlu jintefaʼ l-​ħabs f’Ruma. Sentejn wara jiġi meħlus imma mbagħad jerġaʼ jintefaʼ l-​ħabs u jiġi maqtul. Il-​ġrajjiet tas-​SEBAʼ Parti seħħew f’perijodu taʼ xi 32 sena.