Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet għall-Istudju għall-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja

Mistoqsijiet għall-Istudju għall-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja

Storja 1

Alla Jibda Jagħmel l-​Affarijiet

1. Minn fejn ġew l-​affarijiet tajbin kollha, u tistaʼ tagħti eżempju taʼ xi ħaġa minnhom?

2. Alla x’ħalaq l-​ewwel?

3. Għala kien speċjali l-​ewwel anġlu?

4. Iddeskrivi kif kienet id-​dinja fil-​bidu. (Ara l-​istampa.)

5. Alla kif beda jlesti d-​dinja għall-​annimali u għan-​nies?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġeremija 10:12.

Liema kwalitajiet t’Alla jidhru fil-​ħolqien tiegħu? (Is. 40:26; Rum. 11:33)

2. Aqra Kolossin 1:15-17.

Ġesù liema xogħol għamel fil-​ħolqien, u dan kif għandu jeffettwa l-​ħarsa tagħna lejh? (Kol. 1:15-17)

3. Aqra Ġenesi 1:1-10.

(a) Minn fejn ġiet id-​dinja? (Ġen. 1:1)

(b) X’seħħ fl-​ewwel jum tal-​ħolqien? (Ġen. 1:3-5)

(ċ) Iddeskrivi x’ġara fit-​tieni jum tal-​ħolqien. (Ġen. 1:7, 8)

Storja 2

Ġnien mill-​Isbaħ

1. Alla kif ipprepara l-​art biex tkun dar għalina?

2. Iddeskrivi l-​varjetà kbira t’annimali li għamel Alla. (Ara l-​istampa.)

3. Il-​ġnien tal-​Għeden għala kien speċjali?

4. Alla x’riedha ssir l-​art kollha?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 1:11-25.

(a) Alla x’ħalaq fit-​tielet jum tal-ħolqien? (Ġen. 1:12)

(b) X’seħħ fir-​rabaʼ jum tal-​ħolqien? (Ġen. 1:16)

(ċ) Liema tip t’annimali għamel Alla fil-​ħames u s-​sitt jum? (Ġen. 1:20, 21, 25)

2. Aqra Ġenesi 2:8, 9.

Liema żewġ siġriet speċjali poġġa Alla fil-​ġnien, u x’kienu jfissru?

Storja 3

L-​Ewwel Raġel u Mara

1. L-​istampa fi Storja 3 kif inhi differenti mill-​istampa fi Storja 2?

2. Min għamel lill-​ewwel raġel, u x’kien jismu dan ir-​raġel?

3. Alla liema xogħol tah lil Adam?

4. Alla għala raqqad lil Adam fil-​fond?

5. Adam u Eva kemm setgħu jdumu ħajjin, u Ġeħova liema xogħol riedhom jagħmlu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Salm 83:18.

X’inhu l-​isem t’Alla, u x’pożizzjoni unika għandu fuqna? (Ġer. 16:21; Dan. 4:17)

2. Aqra Ġenesi 1:26-​31.

(a) X’kienet l-​aħħar ħaġa li ħalaq Alla fis-​sitt jum, u dan il-​ħolqien kif kien differenti mill-​annimali? (Ġen. 1:26)

(b) Ġeħova xi pprovda kemm għall-​bnedmin u kemm għall-​annimali? (Ġen. 1:30)

3. Aqra Ġenesi 2:7-25.

(a) X’kien involut fix-​xogħol t’Adam biex isemmi l-​annimali? (Ġen. 2:19)

(b) Ġenesi 2:24 kif jgħinna nifhmu kif Ġeħova jħares lejn iż-​żwieġ, is-​separazzjoni, u d-​divorzju? (Mt. 19:4-6, 9)

Storja 4

Għala Tilfu d-​Dar Tagħhom

1. Fl-​istampa, x’inhu jiġrilhom Adam u Eva?

2. Ġeħova għala tahom kastig?

3. Serp x’qalilha lil Eva?

4. Min għamel is-​serp ikellem lil Eva?

5. Adam u Eva għala tilfu d-​dar tagħhom li kienet Ġenna?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 2:16, 17 u 3:1-13, 24.

(a) Il-​mistoqsija li s-​serp għamel lil Eva kif għamlet lil Ġeħova jidher ikrah? (Ġen. 3:1-​5; 1 Ġw. 5:3)

(b) Dak li għamlet Eva kif inhu taʼ twissija għalina? (Flp. 4:8; Ġak. 1:14, 15; 1 Ġw. 2:16)

(ċ) Adam u Eva b’liema mod m’aċċettawx li jerfgħu r-​responsabbiltà għal dak li għamlu? (Ġen. 3:12, 13)

(d) Il-​kerubini li tqiegħdu fil-​Lvant tal-​ġnien tal-​Għeden kif appoġġaw id-​dritt taʼ Ġeħova li jaħkem? (Ġen. 3:24)

2. Aqra Rivelazzjoni 12:9.

Satana sa fejn irnexxielu jdawwar lill-​bnedmin kontra t-​tmexxija t’Alla? (1 Ġw. 5:19)

Storja 5

Tibda Ħajja Iebsa

1. Il-​ħajja kif kienet għal Adam u Eva barra l-​ġnien tal-​Għeden?

2. X’beda jiġrilhom lil Adam u Eva, u għala?

3. It-​tfal t’Adam u Eva għala kienu se jixjieħu u jmutu?

4. Kieku Adam u Eva kienu obdew lil Ġeħova, il-​ħajja kif kienet se tkun għalihom u għat-​tfal tagħhom?

5. Id-​diżubbidjenza t’Eva kif ġabitilha l-​uġigħ?

6. X’kien jisimhom l-​ewwel żewġt itfal subien t’Adam u Eva?

7. Min huma t-​tfal l-​oħrajn fl-​istampa?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 3:16-​23 u 4:1, 2.

(a) Il-​ħajja t’Adam kif ġiet effettwata meta l-​art ġiet misħuta? (Ġen. 3:17-19; Rum. 8:20, 22)

(b) Għala kien xieraq l-​isem Eva, li jfisser “Waħda Ħajja”? (Ġen. 3:20)

(ċ) Ġeħova kif wera li jimpurtah minn Adam u Eva, anki wara li dinbu? (Ġen. 3:7, 21)

2. Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4.

Liema “affarijiet taʼ qabel” tħares ’il quddiem biex tarahom jispiċċaw?

Storja 6

Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin

1. Kajjin u Abel liema xogħol jibdew jagħmlu?

2. Kajjin u Abel liema rigali jġibu lil Ġeħova?

3. Ġeħova għala jieħu pjaċir bir-​rigal t’Abel, u għala ma jiħux pjaċir b’taʼ Kajjin?

4. X’tip taʼ persuna hu Kajjin, u Ġeħova kif jipprova jikkoreġih?

5. Kajjin x’jagħmel meta jkun waħdu fl-​għalqa maʼ ħuh?

6. Spjega x’ġara lil Kajjin wara li qatel lil ħuh.

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 4:2-26.

(a) Ġeħova kif iddeskriva s-​sitwazzjoni perikoluża li kien fiha Kajjin? (Ġen. 4:7)

(b) Kajjin kif wera l-​attitudni taʼ qalbu? (Ġen. 4:9)

(ċ) Ġeħova kif iħares lejn it-​tixrid tad-​demm innoċenti? (Ġen. 4:10; Is. 26:21)

2. Aqra l-1 Ġwanni 3:11, 12.

(a) Kajjin għala mtela b’rabja kbira, u dan kif inhu taʼ twissija għalina llum? (Ġen. 4:4, 5; Prov. 14:30; 28:22)

(b) Il-​Bibbja kif turi li anki meta l-​membri kollha tal-​familja tagħna jopponu lil Ġeħova, xorta waħda nistgħu nżommu l-​integrità tagħna? (Salm 27:10; Mt. 10:21, 22)

3. Aqra Ġwanni 11:25.

Ġeħova x’jiżgurana dwar dawk kollha li jmutu minħabba s-​sewwa? (Ġw. 5:24)

Storja 7

Raġel Kuraġġuż

1. Enok b’liema mod kien differenti?

2. In-​nies fi żmien Enok għala għamlu ħafna affarijiet ħżiena?

3. Liema affarijiet ħżiena kienu qed jagħmlu n-​nies? (Ara l-​istampa.)

4. Enok għala kellu jkun kuraġġuż?

5. Dak iż-​żmien, in-​nies kemm kienu jdumu ħajjin, imma Enok kemm dam ħaj?

6. X’ġara wara li miet Enok?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 5:21-24, 27.

(a) Enok x’tip taʼ relazzjoni kellu maʼ Ġeħova? (Ġen. 5:24)

(b) Skont il-​Bibbja, min hu l-​ixjeħ raġel li qatt għex, u kemm kellu żmien meta miet? (Ġen. 5:27)

2. Aqra Ġenesi 6:5.

Kemm saru ħżiena l-​affarijiet fuq l-​art wara li miet Enok, u dan kif jixbah lil żmienna? (2 Tim. 3:13)

3. Aqra Ebrej 11:5.

Liema kwalità kellu Enok li ‘għoġbot sew lil Alla,’ u b’liema riżultat? (Ġen. 5:22)

4. Aqra Ġuda 14, 15.

Illum il-​Kristjani kif jistgħu jimitaw il-​kuraġġ t’Enok meta jwissu lin-​nies dwar il-​gwerra li riesqa t’Armageddon? (2 Tim. 4:2; Ebr. 13:6)

Storja 8

Ġganti fuq l-​Art

1. X’ġara meta xi wħud mill-​anġli t’Alla semgħu minn Satana?

2. Xi anġli għala ma baqgħux jagħmlu x-​xogħol tagħhom fis-​sema u niżlu fuq l-​art?

3. Għala kien ħażin li l-​anġli niżlu fuq l-​art u għamlu ġisem taʼ bniedem għalihom infushom?

4. X’kien hemm differenti fit-​tfal tal-​anġli?

5. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, it-​tfal tal-​anġli x’għamlu meta saru ġganti?

6. Wara Enok, min kien raġel tajjeb ieħor li għex fuq l-​art, u Alla għala kien ferħan bih?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 6:1-8.

Ġenesi 6:6 x’jurina dwar kif l-​imġiba tagħna tistaʼ teffettwa kif iħossu Ġeħova? (Salm 78:40, 41; Prov. 27:11)

2. Aqra Ġuda 6.

L-​anġli li “ma żammewx il-​pożizzjoni oriġinali tagħhom” fi żmien Noè, kif inhuma taʼ tfakkira għalina llum? (1 Kor. 3:5-​9; 2 Pt. 2:4, 9, 10)

Storja 9

Noè Jibni Arka

1. Kemm kien hemm nies fil-​familja taʼ Noè, u x’kien jisimhom it-​tlett itfal subien tiegħu?

2. Alla liema ħaġa stramba qal lil Noè biex jagħmel, u għala?

3. Il-​ġirien taʼ Noè kif irreaġixxew meta qalilhom dwar l-​arka?

4. Alla x’qallu jagħmel bl-​annimali lil Noè?

5. Wara li Alla għalaq il-​bieb tal-​arka, Noè u l-​familja tiegħu x’kellhom jagħmlu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 6:9-22.

(a) Lil Noè x’għamlu jispikka bħala wieħed li jqim lill-​Alla l-​veru? (Ġen. 6:9, 22)

(b) Ġeħova kif iħossu dwar il-​vjolenza, u dan kif għandu jeffettwa d-​divertiment li nagħżlu għalina nfusna? (Ġen. 6:11, 12; Salm 11:5)

(ċ) Kif nistgħu nimitaw lil Noè meta nirċievu direzzjoni permezz tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova? (Ġen. 6:22; 1 Ġw. 5:3)

2. Aqra Ġenesi 7:1-​9.

Il-​fatt li Ġeħova ħares lejn ir-​raġel imperfett Noè bħala raġel sewwa, kif jinkuraġġina llum? (Ġen. 7:1; Prov. 10:16; Is. 26:7)

Storja 10

Id-​Dilluvju l-​Kbir

1. Għala ħadd ma setaʼ jidħol fl-​arka ladarba bdiet nieżla x-​xita?

2. Ġeħova kemm-​il jum u lejl ħallieha nieżla x-​xita, u kemm sar fond l-​ilma?

3. Xi ġralha l-​arka hekk kif l-​ilmijiet bdew jiksu l-​art?

4. Irnexxielhom il-​ġganti jibqgħu ħajjin fid-​Dilluvju, u x’sar minnhom il-​missirijiet tal-​ġganti?

5. Xi ġralha l-​arka wara ħames xhur?

6. Noè għala tajjar ċawlun ’il barra mill-​arka?

7. Noè kif sar jaf li l-​ilma beda jonqos fuq l-​art?

8. Alla x’qallu lil Noè wara li hu u l-​familja tiegħu kienu ilhom iktar minn sena fl-​arka?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 7:10-24.

(a) Kemm kienet sħiħa l-​qerda tal-​ħajja fuq l-​art? (Ġen. 7:23)

(b) Kemm damu biex nixfu l-​ilmijiet tad-​Dilluvju? (Ġen. 7:24)

2. Aqra Ġenesi 8:1-17.

Ġenesi 8:17 kif juri li l-​iskop li Ġeħova kellu fil-​bidu għall-​art ma nbidilx? (Ġen. 1:22)

3. Aqra l-​1 Pietru 3:19, 20.

(a) Meta l-​anġli ribellużi marru lura s-​sema, liema ġudizzju ngħataw? (Ġuda 6)

(b) Ir-​rakkont taʼ Noè u l-​familja tiegħu kif isaħħaħ il-​fiduċja tagħna fil-​fatt li Ġeħova għandu l-​abbiltà biex jeħles lill-​poplu tiegħu? (2 Pt. 2:9)

Storja 11

L-​Ewwel Qawsalla

1. Bħalma jidher fl-​istampa, x’għamel Noè malli ħareġ mill-​arka?

2. Alla liema kmand ta lil Noè u l-​familja tiegħu wara d-​Dilluvju?

3. Alla x’wegħda għamel?

4. Fiex għandna niftakru meta naraw qawsalla?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 8:18-22.

(a) Illum kif nistgħu noffru “riħa pjaċevoli” lil Ġeħova? (Ġen. 8:21; Ebr. 13:15, 16)

(b) Ġeħova x’qal dwar il-​kundizzjoni taʼ qalb il-​bniedem, u għalhekk għal xiex irridu noqogħdu attenti? (Ġen. 8:21; Mt. 15:18, 19)

2. Aqra Ġenesi 9:9-17.

(a) Liema patt għamel Ġeħova mal-​ħlejjaq kollha tal-​art? (Ġen. 9:10, 11)

(b) Kemm se jdum il-​patt tal-​qawsalla? (Ġen. 9:16)

Storja 12

In-​Nies Jibnu Torri Kbir

1. Nimrod min kien, u Alla kif kien iħossu dwaru?

2. Fl-​istampa, in-​nies għala kienu qed jagħmlu l-​briks?

3. Ġeħova għala ma ħax gost bil-​bini?

4. Alla kif waqqaf il-​bini tat-​torri?

5. Il-​belt x’kienet tissejjaħ, u l-​isem xi jfisser?

6. X’għamlu n-​nies wara li Alla ħawdilhom il-​lingwi?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 10:1, 8-10.

Liema kwalitajiet kien juri Nimrod, u dan xi twissija jagħtina? (Prov. 3:31)

2. Aqra Ġenesi 11:1-9.

Għala nbena t-​torri, u għala żgur kien se jfalli? (Ġen. 11:4; Prov. 16:18; Ġw. 5:44)

Storja 13

Abraham—Ħabib t’Alla

1. Liema xorta taʼ nies kienu jgħixu fil-​belt t’Ur?

2. Min hu r-​raġel fl-​istampa, meta twieled, u fejn kien jgħix?

3. Alla x’qallu biex jagħmel lil Abraham?

4. Abraham għala ssejjaħ il-​ħabib t’Alla?

5. Min mar m’Abraham meta telaq minn Ur?

6. Alla x’qal lil Abraham meta wasal fl-​art taʼ Kangħan?

7. Meta Abraham kellu 99 sena, Alla x’wiegħdu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 11:27-32.

(a) Kif kienu jiġu minn xulxin Abraham u Lot? (Ġen. 11:27)

(b) Għalkemm il-​ktieb tal-​Ġenesi jgħid li Teraħ ħa lill-​familja tiegħu Kangħan, kif nafu li fil-​fatt kien Abraham li ħadhom, u għala għamel dan? (Ġen. 11:31; Atti 7:2-4)

2. Aqra Ġenesi 12:1-7.

Ġeħova x’informazzjoni iktar ta dwar il-​patt t’Abraham wara li Abraham wasal fl-​art taʼ Kangħan? (Ġen. 12:7)

3. Aqra Ġenesi 17:1-8, 15-17.

(a) Meta Abram kellu 99 sena, Alla x’isem ġdid tah, u għala? (Ġen. 17:5)

(b) Ġeħova liema barkiet futuri wiegħed lil Sara? (Ġen. 17:15, 16)

4. Aqra Ġenesi 18:9-19.

(a) Ġenesi 18:19 liema responsabbiltajiet juri li għandhom il-​missirijiet? (Dt. 6:6, 7; Efes. 6:4)

(b) Liema esperjenza taʼ Sara turi li ma nistgħu naħbu xejn minn Ġeħova? (Ġen. 18:12, 15; Salm 44:21)

Storja 14

Alla Jgħaddi l-​Fidi t’Abraham Minn Prova

1. Alla x’wiegħed lil Abraham, u kif żamm il-​wegħda tiegħu?

2. Bħalma jidher fl-​istampa, Alla kif għadda minn prova l-​fidi t’Abraham?

3. Abraham x’għamel għalkemm ma fehemx għala Alla kkmandah biex jagħmel hekk?

4. X’ġara meta Abraham ħareġ is-​sikkina biex joqtol lil ibnu?

5. Kemm kienet b’saħħitha l-​fidi t’Abraham f’Alla?

6. Alla xi pprovda għal Abraham biex joffri sagrifiċċju, u kif?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 21:1-7.

Abraham għala għamel iċ-​ċirkonċiżjoni lil ibnu fit-​tmien jum? (Ġen. 17:10-​12; 21:4)

2. Aqra Ġenesi 22:1-18.

Iżakk kif wera li kien sottomess lejn missieru, Abraham, u dan kif ta stampa bil-​quddiem taʼ ġrajja ħafna iktar importanti li kienet għadha trid isseħħ? (Ġen. 22:7-9; 1 Kor. 5:7; Flp. 2:8, 9)

Storja 15

Il-​Mara taʼ Lot Ħarset Lura

1. Għala nfirdu Abraham u Lot?

2. Lot għala għażel li jgħix f’Sodoma?

3. Kif kienu n-​nies taʼ Sodoma?

4. Żewġ anġli liema twissija taw lil Lot?

5. Il-​mara taʼ Lot għala saret kolonna tal-​melħ?

6. X’nistgħu nitgħallmu minn dak li ġara lill-​mara taʼ Lot?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 13:5-13.

X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju t’Abraham meta niġu biex nirranġaw xi problema li tinqalaʼ maʼ ħaddieħor? (Ġen. 13:8, 9; Rum. 12:10; Flp. 2:3, 4)

2. Aqra Ġenesi 18:20-33.

Il-​mod kif Ġeħova ttratta m’Abraham kif jagħtina l-​fiduċja li Ġeħova u Ġesù se jiġġudikaw bis-​sewwa? (Ġen. 18:25, 26; Mt. 25:31-​33)

3. Aqra Ġenesi 19:1-29.

(a) Dan ir-​rakkont Bibliku x’juri dwar kif Alla jqis l-​omosesswalità? (Ġen. 19:5, 13; Lev. 20:13)

(b) X’differenza naraw bejn il-​mod kif Abraham wieġeb għad-​direzzjoni t’Alla u l-​mod kif wieġeb Lot, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġen. 19:15, 16, 19, 20; 22:3)

4. Aqra Luqa 17:28-32.

Il-​mara taʼ Lot x’attitudni kellha f’qalbha lejn l-​affarijiet materjali, u dan kif iservi taʼ twissija għalina? (Lq. 12:15; 17:31, 32; Mt. 6:19-​21, 25)

5. Aqra t-​2 Pietru 2:6-8.

Bħal Lot, x’attitudni għandu jkollna lejn id-​dinja bla devozzjoni taʼ madwarna? (Eżek. 9:4; 1 Ġw. 2:15-17)

Storja 16

Mara Tajba Għal Iżakk

1. Min huma r-​raġel u l-​mara fl-​istampa?

2. Abraham x’għamel biex isib mara għal ibnu, u għala?

3. Kif twieġbet it-​talba tal-​qaddej t’Abraham?

4. Kif wieġbet Rebekka meta staqsewha jekk riditx tiżżewweġ lil Iżakk?

5. X’reġaʼ ferraħ lil Iżakk?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 24:1-67.

(a) Liema kwalitajiet mill-​aħjar uriet Rebekka meta ltaqgħet mal-​qaddej t’Abraham ħdejn il-​bir? (Ġen. 24:17-​20; Prov. 31:17, 31)

(b) L-​arranġament li għamel Abraham għal Iżakk jipprovdi liema eżempju mill-​aħjar għall-​Kristjani llum? (Ġen. 24:37, 38; 1 Kor. 7:39; 2 Kor. 6:14)

(ċ) Għala għandna nsibu l-​ħin għall-​meditazzjoni, l-​istess bħalma għamel Iżakk? (Ġen. 24:63; Salm 77:12; Flp. 4:8)

Storja 17

Tewmin li Kienu Differenti

1. Min kienu Għesaw u Ġakobb, u kif kienu differenti?

2. Kemm kellhom żmien Għesaw u Ġakobb meta miet in-​nannu tagħhom, Abraham?

3. X’għamel Għesaw li nikket ħafna lil ommu u missieru?

4. Għesaw għala rrabja ħafna għal ħuh Ġakobb?

5. Iżakk x’qal lil ibnu Ġakobb biex jagħmel?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 25:5-11, 20-34.

(a) Ġeħova xi pprofetizza dwar iż-​żewġ ulied taʼ Rebekka? (Ġen. 25:23)

(b) Liema kuntrast kien hemm bejn l-​attitudni taʼ Ġakobb lejn id-​dritt tal-​ewwel imwieled u dik t’Għesaw? (Ġen. 25:31-34)

2. Aqra Ġenesi 26:34, 35; 27:1-46; u 28:1-5.

(a) Kif deher biċ-​ċar in-​nuqqas t’apprezzament t’Għesaw għall-​affarijiet spiritwali? (Ġen. 26:34, 35; 27:46)

(b) Iżakk x’qal lil Ġakobb biex jagħmel ħalli jirċievi l-​barka t’Alla? (Ġen. 28:1-4)

3. Aqra Ebrej 12:16, 17.

L-​eżempju t’Għesaw x’juri dwar dak li jiġri lil dawk li jistmerru affarijiet sagri?

Storja 18

Ġakobb Imur Ħaran

1. Min hi l-​mara żagħżugħa fl-​istampa, u Ġakobb x’għamel għaliha?

2. X’kien lest li jagħmel Ġakobb biex jiżżewweġ lil Rakele?

3. Laban x’għamel meta wasal iż-​żmien biex Ġakobb u Rakele jiżżewġu?

4. Ġakobb x’aċċetta li jagħmel biex jieħu lil Rakele bħala martu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 29:1-30.

(a) Ġakobb kif wera li kien onorabbli saħansitra meta Laban daħaq bih, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġen. 25:27; 29:26-​28; Mt. 5:37)

(b) L-​eżempju taʼ Ġakobb kif juri d-​differenza bejn l-​imħabba u l-​infatwazzjoni? (Ġen. 29:18, 20, 30; Għan. 8:6)

(ċ) Liema erbaʼ nisa saru parti mill-​familja taʼ Ġakobb u iktar tard kellhom ulied minn tiegħu? (Ġen. 29:23, 24, 28, 29)

Storja 19

Ġakobb Għandu Familja Kbira

1. X’kien jisimhom is-​sitt subien li kellu Ġakobb mill-​ewwel mara tiegħu, Lea?

2. Liema żewġ subien kellha l-​qaddejja taʼ Lea, Żilfa, minn Ġakobb?

3. X’kien jisimhom iż-​żewġ subien li kellha l-​qaddejja taʼ Rakele, Bilħa, minn Ġakobb?

4. Liema żewġ subien kellha Rakele, imma x’ġara waqt li kienet qed tiled it-​tieni iben?

5. Skont l-​istampa, kemm kellu subien Ġakobb, u x’ġie minnhom?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 29:32-​35; 30:1-​26; u 35:16-​19.

Bħalma jidher fil-​każ tat-​12-​il tifel taʼ Ġakobb, spiss kif kienu jissemmew is-​subien Ebrej fiż-​żminijiet tal-​qedem?

2. Aqra Ġenesi 37:35.

Għalkemm Dina biss tissemma fil-​Bibbja, kif nafu li Ġakobb kellu iktar minn tifla waħda? (Ġen. 37:34, 35)

Storja 20

Dina Tidħol fl-​Inkwiet

1. Abraham u Iżakk għala ma ridux li wliedhom jiżżewġu nisa mill-​art taʼ Kangħan?

2. Ħa gost Ġakobb li bintu kienet qed tagħmel ħbieb maʼ tfajliet Kangħanin?

3. Min hu r-​raġel li qed iħares lejn Dina fl-​istampa, u liema ħaġa ħażina għamel?

4. Ħut Dina, Simegħon u Levi, x’għamlu meta semgħu b’dak li kien ġara?

5. Ħaseb Ġakobb li għamlu sew Simegħon u Levi?

6. Dan l-​inkwiet kollu fil-​familja kif beda?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 34:1-31.

(a) Kienet l-​assoċjazzjoni li kellha Dina mat-​tfajliet tal-​art taʼ Kangħan xi ħaġa taʼ darba biss? Spjega. (Ġen. 34:1)

(b) Dina għala kellha xi ftit tort talli tilfet il-​verġinità tagħha? (Gal. 6:7)

(ċ) Iż-​żgħażagħ illum kif jistgħu juru li ħadu bis-​serjetà l-​eżempju taʼ twissija fil-​każ taʼ Dina? (Prov. 13:20; 1 Kor. 15:33; 1 Ġw. 5:19)

Storja 21

Ħut Ġużeppi Jobogħduh

1. Ħut Ġużeppi għala kienu jgħiru għalih, u x’għamlu?

2. Ħut Ġużeppi x’riedu jagħmlulu, imma Ruben x’qal?

3. X’ġara meta għaddew minn ħdejhom xi negozjanti Ismagħelin?

4. X’għamlu ħut Ġużeppi biex iġiegħlu lil missierhom jaħseb li Ġużeppi miet?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 37:1-35.

(a) Il-​Kristjani kif jistgħu jimitaw l-​eżempju taʼ Ġużeppi billi jikxfu xi għemil ħażin li jkun qed iseħħ fil-​kongregazzjoni? (Ġen. 37:2; Lev. 5:1; 1 Kor. 1:11)

(b) X’wassal biex ħut Ġużeppi ttradewh? (Ġen. 37:11, 18; Prov. 27:4; Ġak. 3:14-16)

(ċ) Ġakobb x’għamel li hu parti normali min-​niket meta jmutlek xi ħadd? (Ġen. 37:35)

Storja 22

Ġużeppi Jiġi Mitfugħ il-​Ħabs

1. Kemm għandu żmien Ġużeppi meta jittieħed l-​Eġittu, u x’jiġri meta jasal hemm?

2. Ġużeppi kif jispiċċa l-​ħabs?

3. X’responsabbiltà jingħata fil-​ħabs Ġużeppi?

4. Ġużeppi x’jagħmel għall-​kuppier u l-​furnar tal-​Fargħun waqt li jkunu l-​ħabs?

5. X’jiġri wara li l-​kuppier jinħeles mill-​ħabs?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 39:1-23.

Ladarba ma kien hemm l-​ebda liġi miktuba mingħand Alla li kkundannat l-​adulterju fi żmien Ġużeppi, x’qanqlu jaħrab minn mart Potifar? (Ġen. 2:24; 20:3; 39:9)

2. Aqra Ġenesi 40:1-23.

(a) Spjega fil-​qosor il-​ħolma tal-​kuppier u l-​interpretazzjoni li Ġeħova ta lil Ġużeppi. (Ġen. 40:9-13)

(b) X’kienet il-​ħolma tal-​furnar, u x’kienet tfisser? (Ġen. 40:16-19)

(ċ) Il-​klassi tal-​ilsir leali u għaqli llum kif imitat l-​attitudni taʼ Ġużeppi? (Ġen. 40:8; Salm 36:9; Ġw. 17:17; Atti 17:2, 3)

(d) Ġenesi 40:20 kif jgħinna nifhmu iktar il-​ħarsa Kristjana lejn iċ-​ċelebrazzjonijiet t’għeluq is-​snin? (Ekk. 7:1; Mk. 6:21-28)

Storja 23

Il-​Ħolm tal-​Fargħun

1. X’jiġrilu l-​Fargħun lejla minnhom?

2. X’ġiegħel lill-​kuppier biex fl-​aħħar jiftakar f’Ġużeppi?

3. Bħalma jidher fl-​istampa, liema żewġ ħolmiet ikollu l-​Fargħun?

4. Ġużeppi x’jgħid li jfisser il-​ħolm?

5. Ġużeppi kif isir l-​iktar raġel importanti fl-​Eġittu wara l-​Fargħun?

6. Ħut Ġużeppi għala jiġu l-​Eġittu, u għala ma jagħrfuhx?

7. F’liema ħolma jiftakar Ġużeppi, u x’tgħinu jifhem?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 41:1-57.

(a) Ġużeppi kif ġibed l-​attenzjoni lejn Ġeħova, u l-​Kristjani llum b’liema mod jistgħu jimitaw l-​eżempju tiegħu? (Ġen. 41:16, 25, 28; Mt. 5:16; 1 Pt. 2:12)

(b) Is-​snin tal-​abbundanza fl-​Eġittu u s-​snin tal-​ġuħ taʼ wara kif jixbhu bl-​eżatt il-​kuntrast li hemm bejn il-​kundizzjoni spiritwali tan-​nies taʼ Ġeħova llum u dik tal-​Kristjaneżmu? (Ġen. 41:29, 30; Għam. 8:11, 12)

2. Aqra Ġenesi 42:1-8 u 50:20.

Huwa ħażin li aduraturi taʼ Ġeħova jbaxxu rashom quddiem raġel biex jagħtuh unur u juruh rispett għall-​pożizzjoni tiegħu jekk din tkun id-​drawwa tal-​pajjiż? (Ġen. 42:6)

Storja 24

Ġużeppi Jgħaddi lil Ħutu Minn Prova

1. Ġużeppi għala jakkuża ’l ħutu li huma spiji?

2. Ġakobb għala jħalli lil ibnu ż-​żgħir Benjamin imur l-​Eġittu?

3. It-​tazza tal-​fidda taʼ Ġużeppi kif tispiċċa fil-​basket taʼ Benjamin?

4. Ġuda x’joffri li jagħmel biex jinħeles Benjamin?

5. Kif inbidlu ħut Ġużeppi?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 42:9-38.

Dak li jgħid Ġużeppi f’​Ġenesi 42:18, kif inhu tfakkira mill-​aħjar għal dawk li għandhom responsabbiltà fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova llum? (Neħ. 5:15; 2 Kor. 7:1, 2)

2. Aqra Ġenesi 43:1-34.

(a) Għalkemm Ruben kien l-​ewwel imwieled, kif jidher ċar li Ġuda sar il-​kelliemi għal ħutu? (Ġen. 43:3, 8, 9; 44:14, 18; 1 Kron. 5:2)

(b) Minn dak li hemm imniżżel fil-​Bibbja, Ġużeppi kif għadda lil ħutu minn prova, u għala? (Ġen. 43:33, 34)

3. Aqra Ġenesi 44:1-34.

(a) Bħala parti min-​nasba biex jaħbi l-​identità tiegħu minn ħutu, Ġużeppi x’impressjoni ta tiegħu nnifsu? (Ġen. 44:5, 15; Lev. 19:26)

(b) Ħut Ġużeppi kif urew li ma kienx għad għandhom l-​ispirtu t’għira li kellhom qabel għal ħuhom? (Ġen. 44:13, 33, 34)

Storja 25

Il-​Familja Tmur Tgħix l-​Eġittu

1. X’jiġri meta Ġużeppi jgħid lil ħutu min hu?

2. Ġużeppi x’jispjega b’qalb tajba lil ħutu?

3. Il-​Fargħun x’jgħid meta jismaʼ dwar ħut Ġużeppi?

4. Kemm kienet kbira l-​familja taʼ Ġakobb meta marru jgħixu l-​Eġittu?

5. Il-​familja taʼ Ġakobb xi bdiet tissejjaħ, u għala?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġenesi 45:1-28.

Ir-​rakkont Bibliku taʼ Ġużeppi kif juri li Ġeħova jistaʼ jibdel dak li hu intenzjonat biex iweġġaʼ lill-​qaddejja tiegħu f’xi ħaġa tajba? (Ġen. 45:5-8; Is. 8:10; Flp. 1:12-14)

2. Aqra Ġenesi 46:1-27.

Ġeħova x’aċċerta lil Ġakobb meta dan kien fi triqtu lejn l-​Eġittu? (Ġen. 46:1-4)

Storja 26

Ġob Hu Leali Lejn Alla

1. Min kien Ġob?

2. Satana xi pprova jagħmel? Irnexxielu?

3. Ġeħova x’ħalla lil Satana jagħmel, u għala?

4. Mart Ġob għala qaltlu biex ‘jisħet ’l Alla u jmut’? (Ara l-​istampa.)

5. Bħalma tistaʼ tara fit-​tieni stampa, Ġeħova kif bierek lil Ġob, u għala?

6. Jekk bħal Ġob inkunu leali lejn Ġeħova, liema barkiet se nirċievu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġob 1:1-22.

Il-​Kristjani llum kif jistgħu jimitaw lil Ġob? (Ġob 1:1; Flp. 2:15; 2 Pt. 3:14)

2. Aqra Ġob 2:1-13.

Ġob u martu b’liema żewġ modi differenti wieġbu għall-​persekuzzjoni taʼ Satana? (Ġob 2:9, 10; Prov. 19:3; Mik. 7:7; Mal. 3:14)

3. Aqra Ġob 42:10-17.

(a) Liema xebh hemm bejn il-​premju li rċieva Ġob u dak li rċieva Ġesù talli għexu ħajja taʼ lealtà? (Ġob 42:12; Flp. 2:9-​11)

(b) Kif niġu inkuraġġiti mill-​barkiet li rċieva Ġob talli żamm l-​integrità tiegħu lejn Alla? (Ġob 42:10, 12; Ebr. 6:10; Ġak. 1:2-​4, 12; 5:11)

Storja 27

Sultan Ħażin Jaħkem l-​Eġittu

1. Fl-​istampa, min hu r-​raġel bil-​frosta, u lil min qed isawwat?

2. Wara li miet Ġużeppi, xi ġralhom l-​Iżraelin?

3. L-​Eġizzjani għala bdew jibżgħu mill-​Iżraelin?

4. Xi kmand ta l-​Fargħun lin-​nisa li kienu jgħinu lill-​ommijiet Iżraelin biex ikollhom it-​trabi?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 1:6-22.

(a) Ġeħova b’liema mod beda jwettaq il-​wegħda li kien għamel lil Abraham? (Eżo. 1:7; Ġen. 12:2; Atti 7:17)

(b) Il-​qwiebel Ebrej kif urew rispett għall-​qdusija tal-​ħajja? (Eżo. 1:17; Ġen. 9:6)

(ċ) Kif ġew premjati l-​qwiebel għall-​fedeltà li wrew lejn Ġeħova? (Eżo. 1:20, 21; Prov. 19:17)

(d) Satana kif ipprova jfixkel l-​iskop taʼ Ġeħova dwar in-​Nisel imwiegħed t’Abraham? (Eżo. 1:22; Mt. 2:16)

Storja 28

Kif Ġie Salvat it-​Tarbija Mosè

1. Min hu t-​tarbija tifel fl-​istampa, u s-​sabaʼ taʼ min qed iżomm?

2. X’għamlet omm Mosè biex issalvah milli jiġi maqtul?

3. Min hi t-​tifla żgħira fl-​istampa, u x’għamlet?

4. Meta bint il-​Fargħun sabet lit-​tarbija, Mirjam x’offritilha biex tagħmel?

5. X’qalet il-​prinċipessa lil omm Mosè?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 2:1-10.

X’opportunità kellha omm Mosè biex tħarrġu u tgħallmu minn meta kien żgħir, u dan x’eżempju jagħti lill-​ġenituri llum? (Eżo. 2:9, 10; Dt. 6:6-​9; Prov. 22:6; Efes. 6:4; 2 Tim. 3:15)

Storja 29

Għala Mosè Ħarab

1. Fejn trabba Mosè, imma x’kien jaf dwar il-​ġenituri tiegħu?

2. Mosè x’għamel meta kellu 40 sena?

3. X’qal Mosè lil raġel Iżraeli li kien qed jiġġieled, u r-​raġel kif wieġbu?

4. Mosè għala ħarab mill-​Eġittu?

5. Fejn ħarab Mosè, u maʼ min iltaqaʼ hemmhekk?

6. X’għamel Mosè matul l-​40 sena wara li ħarab mill-​Eġittu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 2:11-25.

Minkejja s-​snin t’edukazzjoni fl-​għerf tal-​Eġizzjani, Mosè kif wera li kien leali lejn Ġeħova u l-​poplu tiegħu? (Eżo. 2:11, 12; Ebr. 11:24)

2. Aqra Atti 7:22-29.

X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-​fatt li Mosè pprova jeħles lil Iżrael mill-​jasar Eġizzjan waħdu? (Atti 7:23-​25; 1 Pt. 5:6, 10)

Storja 30

L-​Għollieqa Taqbad

1. X’jisimha l-​muntanja fl-​istampa?

2. Iddeskrivi l-​ħaġa mhix tas-​soltu li ra Mosè meta mar sal-​muntanja bin-​nagħaġ tiegħu.

3. X’qal leħen mill-​għollieqa taqbad, u leħen min kien?

4. Mosè kif wieġeb meta Alla qallu li hu kien se joħroġ il-​poplu t’Alla mill-​Eġittu?

5. Alla x’qal lil Mosè biex jgħid jekk in-​nies jistaqsu min bagħtu?

6. Mosè kif setaʼ juri li Alla kien bagħtu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 3:1-22.

L-​esperjenza taʼ Mosè kif tagħtina l-​fiduċja li Ġeħova se jappoġġana anki jekk inħossu li m’aħniex kwalifikati biex inwettqu inkarigu teokratiku? (Eżo. 3:11, 13; 2 Kor. 3:5, 6)

2. Aqra Eżodu 4:1-20.

(a) Kif inbidlet l-​attitudni taʼ Mosè matul l-​40 sena li qattaʼ f’Midjan, u dawk li qed jirsistu għal privileġġi fil-​kongregazzjoni x’lezzjoni jistgħu jitgħallmu minn dan? (Eżo. 2:11, 12; 4:10, 13; Mik. 6:8; 1 Tim. 3:1, 6, 10)

(b) Anki jekk niġu dixxiplinati minn Ġeħova permezz tal-​organizzazzjoni tiegħu, x’fiduċja jistaʼ jnissel fina l-​eżempju taʼ Mosè? (Eżo. 4:12-14; Salm 103:14; Ebr. 12:4-11)

Storja 31

Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-​Fargħun

1. Il-​mirakli li għamlu Mosè u Aron, x’effett kellhom fuq l-​Iżraelin?

2. Mosè u Aron x’qalu lill-​Fargħun, u l-​Fargħun kif wiġibhom?

3. Bħalma jidher fl-​istampa, x’ġara meta Aron xeħet il-​bastun tiegħu fl-​art?

4. Ġeħova kif ta lezzjoni lill-​Fargħun, u l-​Fargħun x’għamel?

5. X’ġara wara l-​għaxar kastig?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 4:27-31 u 5:1-23.

X’ried ifisser il-​Fargħun meta qal: “Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova”? (Eżo. 5:2; 1 Sam. 2:12; Rum. 1:21)

2. Aqra Eżodu 6:1-​13, 26-​30.

(a) Ġeħova f’liema sens m’għarrafx min kien lil Abraham, Iżakk, u Ġakobb? (Eżo. 3:13, 14; 6:3; Ġen. 12:8)

(b) Kif inħossuna meta naħsbu dwar il-​fatt li Ġeħova xorta uża lil Mosè għalkemm Mosè ma ħassx li kien kwalifikat għall-​inkarigu li ġie mogħti? (Eżo. 6:12, 30; Lq. 21:13-15)

3. Aqra Eżodu 7:1-​13.

(a) Meta Mosè u Aron bil-​kuraġġ wasslu l-​ġudizzji taʼ Ġeħova lill-​Fargħun, x’mudell ħallew għall-​qaddejja t’Alla llum? (Eżo. 7:2, 3, 6; Atti 4:29-31)

(b) Ġeħova kif wera li kien is-​Suprem fuq l-​allat tal-​Eġittu? (Eżo. 7:12; 1 Kron. 29:⁠12)

Storja 32

L-​10 Kastigi

1. Uża l-​istampi li hawn u ddeskrivi l-​ewwel tliet kastigi li Ġeħova ġab fuq l-​Eġittu.

2. X’kienet id-​differenza bejn l-​ewwel tliet kastigi u l-​kumplament tal-​kastigi?

3. X’kienu r-​rabaʼ, il-​ħames, u s-​sitt kastig?

4. Iddeskrivi s-​sebaʼ, it-​tmien, u d-​disaʼ kastig.

5. Ġeħova x’qal lill-​Iżraelin biex jagħmlu qabel l-​għaxar kastig?

6. X’kien l-​għaxar kastig, u x’ġara warajh?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 7:19–8:23.

(a) Avolja l-​qassisin tal-​Eġittu li kienu jipprattikaw il-​maġija setgħu jimitaw l-​ewwel żewġ kastigi taʼ Ġeħova, x’kellhom bilfors jammettu wara t-​tielet kastig? (Eżo. 8:18, 19; Mt. 12:24-​28)

(b) Ir-​rabaʼ kastig kif wera biċ-​ċar l-​abbiltà taʼ Ġeħova biex jipproteġi n-​nies tiegħu, u l-​fatt li l-​poplu t’Alla jafu dan kif iġegħelhom iħossuhom hekk kif jiffaċċjaw it-​“tribulazzjoni l-​kbira” mbassra? (Eżo. 8:22, 23; Riv. 7:13, 14; 2 Kron. 16:9)

2. Aqra Eżodu 8:24; 9:3, 6, 10, 11, 14, 16, 23-​25; u 10:13-​15, 21-​23.

(a) Liema żewġ gruppi ġew mikxufin bl-​10 Kastigi, u dan kif jeffettwa l-​ħarsa tagħna lejn dawn il-​gruppi llum? (Eżo. 8:10, 18, 19; 9:14)

(b) Eżodu 9:16 kif jgħinna nifhmu għala Ġeħova ppermetta li Satana jibqaʼ jeżisti s’issa? (Rum. 9:21, 22)

3. Aqra Eżodu 12:21-​32.

Il-​Qbiż kif għamel is-​salvazzjoni possibbli għal ħafna wħud, u l-​Qbiż lejn xiex kien jipponta bil-​quddiem? (Eżo. 12:21-​23; Ġw. 1:29; Rum. 5:18, 19, 21; 1 Kor. 5:7)

Storja 33

Jaqsmu l-​Baħar l-​Aħmar

1. Kemm-​il raġel Iżraeli telaq mill-​Eġittu, flimkien man-​nisa u t-​tfal, u min telaq magħhom?

2. Il-​Fargħun kif ħassu wara li ħalla lill-​Iżraelin jitilqu, u x’għamel?

3. X’għamel Ġeħova biex iwaqqaf lill-​Eġizzjani milli jattakkaw il-​poplu tiegħu?

4. X’ġara meta Mosè ħareġ il-​bastun ’il barra fuq il-​Baħar l-​Aħmar, u l-​Iżraelin x’għamlu?

5. X’ġara meta l-​Eġizzjani ġrew għal ġol-​baħar wara l-​Iżraelin?

6. L-​Iżraelin kif urew li kienu ferħanin u grati lejn Ġeħova talli kienu ġew salvati?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 12:33-36.

Ġeħova kif ħa ħsieb li l-​poplu tiegħu jitħallas għas-​snin kollha li qeda fil-​jasar taħt l-​Eġizzjani? (Eżo. 3:21, 22; 12:35, 36)

2. Aqra Eżodu 14:1-31.

Il-​kliem taʼ Mosè mniżżel f’​Eżodu 14:13, 14, kif jeffettwa l-​qaddejja taʼ Ġeħova llum hekk kif jiffaċċjaw il-​gwerra li ġejja t’Armageddon? (2 Kron. 20:17; Salm 91:8)

3. Aqra Eżodu 15:1-8, 20, 21.

(a) Il-​qaddejja taʼ Ġeħova għala għandhom ikantawlu għanjiet taʼ tifħir? (Eżo. 15:1, 2; Salm 105:2, 3; Riv. 15:3, 4)

(b) Mirjam u n-​nisa ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar x’eżempju taw lin-​nisa Kristjani llum f’li jfaħħru lil Ġeħova? (Eżo. 15:20, 21; Salm 68:11)

Storja 34

Tip t’Ikel Ġdid

1. Fl-​istampa, in-​nies x’qed jiġbru mill-​art, u x’tissejjaħ?

2. Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lin-​nies dwar il-​ġbir tal-​manna?

3. Ġeħova x’jgħidilhom jagħmlu lin-​nies fis-​sitt jum, u għala?

4. Liema miraklu jagħmel Ġeħova meta l-​manna tinżamm għas-​sebaʼ jum?

5. Ġeħova kemm idum jitmaʼ l-​manna lill-​poplu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 16:1-36 u Numri 11:7-9.

(a) X’jurina Eżodu 16:8 dwar il-​ħtieġa li nirrispettaw il-​ħatriet teokratiċi fil-​kongregazzjoni Kristjana? (Ebr. 13:17)

(b) Fid-​deżert, l-​Iżraelin kif ġew imfakkrin kuljum dwar il-​fatt li jiddependu minn Ġeħova? (Eżo. 16:14-​16, 35; Dt. 8:2, 3)

(ċ) Liema tifsir simboliku ta Ġesù lill-​manna, u kif nibbenefikaw minn dan il-​“ħobż mis-​sema”? (Ġw. 6:31-​35, 40)

2. Aqra Ġożwè 5:10-12.

L-​Iżraelin kemm-​il sena damu jieklu l-​manna, dan kif kien taʼ prova għalihom, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan ir-​rakkont? (Eżo. 16:35; Num. 11:4-6; 1 Kor. 10:10, 11)

Storja 35

Ġeħova Jagħti l-​Liġijiet Tiegħu

1. Xi xahrejn wara li ħarġu mill-​Eġittu, l-​Iżraelin fejn firxu t-​tined?

2. Ġeħova x’jgħid li jridhom jagħmlu lin-​nies, u huma kif iwieġbu?

3. Ġeħova għala jagħti lil Mosè żewġ ġebliet ċatti?

4. Minbarra l-​Għaxar Kmandamenti, liema liġijiet oħrajn tahom Ġeħova lill-​Iżraelin?

5. Ġesù Kristu liema żewġ liġijiet qal li huma l-​akbar?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 19:1-25; 20:1-21; 24:12-18; u 31:18.

Il-​kliem imniżżel f’Eżodu 19:8 kif jgħinna nifhmu x’inhu involut biex nagħmlu d-​dedikazzjoni Kristjana? (Mt. 16:24; 1 Pt. 4:1-​3)

2. Aqra Dewteronomju 6:4-​6; Levitiku 19:18; u Mattew 22:36-​40.

Il-​Kristjani kif juru l-​imħabba tagħhom għal Alla u għall-​proxxmu? (Mk. 6:34; Atti 4:20; Rum. 15:2; 1 Ġw. 5:3)

Storja 36

L-​Għoġol tad-​Deheb

1. Fl-​istampa, x’inhuma jagħmlu n-​nies, u għala?

2. Ġeħova għala jirrabja, u Mosè x’jagħmel meta jara dak li qed jagħmlu n-​nies?

3. Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lil xi rġiel?

4. Liema lezzjoni għandha tgħallimna din l-​istorja?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 32:1-​35.

(a) Dan ir-​rakkont kif jurina l-​attitudni taʼ Ġeħova lejn li r-​reliġjon falza tiġi mħallta mal-​qima vera? (Eżo. 32:4-​10; 1 Kor. 10:7, 11)

(b) Għal xiex għandhom joqogħdu attenti l-​Kristjani fl-​għażla tad-​divertiment tagħhom bħall-​kant u ż-​żfin? (Eżo. 32:18, 19; Efes. 5:15, 16; 1 Ġw. 2:15-​17)

(ċ) It-​tribù taʼ Levi kif ħalla eżempju mill-​aqwa fil-​mod kif ħa waqfa għal dak li hu sewwa? (Eżo. 32:25-​28; Salm 18:25)

Storja 37

Tinda għall-​Qima

1. X’jissejjaħ il-​bini fl-​istampa, u għal xiex jintuża?

2. Ġeħova għala qal lil Mosè biex jagħmel it-​tinda b’mod li tkun tistaʼ tiġi żarmata faċilment?

3. X’inhi l-​kaxxa fil-​kamra ż-​żgħira fuq ġewwanett fit-​tinda, u x’fiha l-​kaxxa?

4. Ġeħova lil min jagħżel biex ikun qassis il-​kbir, u l-​qassis il-​kbir x’jagħmel?

5. Semmi t-​tliet affarijiet li hemm fil-​kamra akbar tat-​tinda.

6. X’inhuma ż-​żewġ affarijiet li hemm fil-​bitħa tat-​tempju, u għal xiex jintużaw?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Eżodu 25:8-​40; 26:1-​37; 27:1-​8; u 28:1.

Il-​kerubini fuq “l-​arka tat-​testimonjanza” x’kienu jirrappreżentaw? (Eżo. 25:20, 22; Num. 7:89; 2 Slat. 19:15)

2. Aqra Eżodu 30:1-​10, 17-​21; 34:1, 2; u Ebrej 9:1-​5.

(a) Ġeħova għala enfasizza li kien importanti li l-​qassisin li jaqdu fit-​tabernaklu jżommu ruħhom nodfa fiżikament, u dan kif għandu jeffettwana llum? (Eżo. 30:18-​21; 40:30, 31; Ebr. 10:22)

(b) L-​appostlu Pawlu kif juri li t-​tabernaklu u l-​patt tal-​Liġi ma kinux għadhom japplikaw meta kiteb l-​ittra tiegħu lill-​Kristjani Ebrej? (Ebr. 9:1, 9; 10:1)

Storja 38

It-​12-​il Spija

1. X’tinnota dwar l-​għanqud għeneb fl-​istampa, u minn fejn ġie?

2. Mosè għala jibgħat 12-​il spija fl-​art taʼ Kangħan?

3. X’jgħidu 10 mill-​ispiji meta jirrapportaw dak li raw lil Mosè?

4. Tnejn mill-​ispiji kif juru li jafdaw f’Ġeħova, u x’jisimhom?

5. Ġeħova għala jirrabja, u x’jgħid lil Mosè?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 13:1-​33.

(a) Min ġie magħżul biex jitkixxef l-​art, u x’opportunità mill-​aqwa kellhom? (Num. 13:2, 3, 18-​20)

(b) Il-​ħarsa taʼ Ġożwè u Kaleb għala kienet differenti minn dik tal-​ispiji l-​oħrajn, u dan x’jgħallimna? (Num. 13:28-​30; Mt. 17:20; 2 Kor. 5:7)

2. Aqra Numri 14:1-​38.

(a) Liema twissija dwar li ngergru kontra r-​rappreżentanti taʼ Ġeħova fuq l-​art għandna nagħtu kas? (Num. 14:2, 3, 27; Mt. 25:40, 45; 1 Kor. 10:10)

(b) Numri 14:24 kif juri li Ġeħova jieħu interess persunali f’kull wieħed mill-​qaddejja tiegħu? (1 Slat. 19:18; Prov. 15:3)

Storja 39

Joħorġu l-​Fjuri mill-​Bastun t’Aron

1. Min jirribella kontra l-​awtorità taʼ Mosè u Aron, u x’jgħidu lil Mosè?

2. Mosè x’jgħid lil Koraħ u lill-​250 segwaċi tiegħu biex jagħmlu?

3. Mosè x’jgħid lin-​nies, u x’jiġri malli jieqaf jitkellem?

4. X’jiġri lil Koraħ u lill-​250 segwaċi tiegħu?

5. Elegħażar, it-​tifel t’Aron, x’jagħmel bir-​reċipjenti tal-​inċens tal-​irġiel mejtin, u għala?

6. Ġeħova għala jġiegħel li joħorġu l-​fjuri mill-​bastun t’Aron? (Ara l-​istampa.)

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 16:1-​49.

(a) Koraħ u s-​segwaċi tiegħu x’għamlu, u dan għala kien att taʼ ribelljoni kontra Ġeħova? (Num. 16:9, 10, 18; Lev. 10:1, 2; Prov. 11:2)

(b) Liema ħarsa żbaljata żviluppaw Koraħ u l-​250 ‘kap ewlieni tal-​ġemgħa’? (Num. 16:1-​3; Prov. 15:33; Is. 49:7)

2. Aqra Numri 17:1-​11 u 26:10.

(a) X’indika l-​fatt li l-​bastun t’Aron ħareġ il-​fjuri minnu, u Ġeħova għala ordna li kellu jinżamm fl-​arka? (Num. 17:5, 8, 10)

(b) X’lezzjoni vitali nistgħu nitgħallmu mis-​sinjal tal-​bastun t’Aron? (Num. 17:10; Atti 20:28; Flp. 2:14; Ebr. 13:17)

Storja 40

Mosè Jħabbat fuq il-​Blata

1. Ġeħova kif jieħu ħsieb lill-​Iżraelin waqt li jkunu fid-​deżert?

2. L-​Iżraelin dwar xiex igergru meta jkunu qed jikkampjaw f’Kades?

3. Ġeħova kif jipprovdi ilma għan-​nies u l-​annimali tagħhom?

4. Fl-​istampa, min hu r-​raġel li qed jipponta lejh innifsu, u għala qed jagħmel hekk?

5. Ġeħova għala jirrabja maʼ Mosè u Aron, u kif jiġu kastigati?

6. X’jiġri fuq il-​Muntanja Ħor, u min isir il-​qassis il-​kbir t’Iżrael?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 20:1-​13, 22-​29 u Dewteronomju 29:5.

(a) X’nitgħallmu mill-​mod kif Ġeħova ħa ħsieb lill-​Iżraelin fid-​deżert? (Dt. 29:5; Mt. 6:31; Ebr. 13:5; Ġak. 1:17)

(b) Ġeħova kif qies il-​fatt li Mosè u Aron naqsu li jqaddsuh quddiem Iżrael? (Num. 20:12; 1 Kor. 10:12; Riv. 4:11)

(ċ) X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif Mosè rreaġixxa għad-​dixxiplina li rċieva mingħand Ġeħova? (Num. 12:3; 20:12, 27, 28; Dt. 32:4; Ebr. 12:7-​11)

Storja 41

Is-​Serp tar-​Ram Aħmar

1. Fl-​istampa x’hemm imdawwar mal-​arblu, u Ġeħova għala qal lil Mosè biex ipoġġi s-​serp hemm?

2. In-​nies kif juru li mhumiex grati għal dak kollu li Alla għamel għalihom?

3. In-​nies x’jistaqsu lil Mosè biex jagħmel wara li Ġeħova jibgħat is-​sriep velenużi biex jikkastigahom?

4. Ġeħova għala jgħid lil Mosè biex jagħmel serp tar-​ram aħmar?

5. X’tagħlima nistgħu nitgħallmu minn din l-​istorja?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 21:4-​9.

(a) Liema twissija nieħdu mill-​fatt li n-​nies t’Iżrael gergru dwar il-​provvedimenti mingħand Ġeħova? (Num. 21:5, 6; Rum. 2:4)

(b) Fis-​sekli taʼ wara, l-​Iżraelin kif użaw is-​serp tar-​ram aħmar, u x’azzjoni ħa s-​Sultan Ħeżekija? (Num. 21:9; 2 Slat. 18:1-​4)

2. Aqra Ġwanni 3:14, 15.

Il-​fatt li s-​serp tpoġġa fuq arblu kif ta stampa xierqa bil-​quddiem tal-​fatt li Ġesù miet fuq zokk? (Gal. 3:13; 1 Pt. 2:24)

Storja 42

Ħmara Titkellem

1. Min hu Balak, u għala jibgħat għal Balgħam?

2. Il-​ħmara taʼ Balgħam għala tinxteħet mal-​art fit-​triq?

3. Balgħam x’jismaʼ lill-​ħmara tgħid?

4. L-​anġlu x’jgħid lil Balgħam?

5. X’jiġri meta Balgħam jipprova jisħet lil Iżrael?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 21:21-​35.

Iżrael għala għeleb lis-​Sultan Siħon tal-​Amurrin u s-​Sultan Għog taʼ Basan? (Num. 21:21, 23, 33, 34)

2. Aqra Numri 22:1-​40.

X’kien il-​motiv għala Balgħam ried jisħet lil Iżrael, u x’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu minn dan? (Num. 22:16, 17; Prov. 6:16, 18; 2 Pt. 2:15; Ġuda 11)

3. Aqra Numri 23:1-​30.

Għalkemm Balgħam tkellem bħallikieku kien aduratur taʼ Ġeħova, l-​azzjonijiet tiegħu kif urew li dan ma kienx minnu? (Num. 23:3, 11-​14; 1 Sam. 15:22)

4. Aqra Numri 24:1-​25.

Dan ir-​rakkont Bibliku kif isaħħaħ il-​fidi tagħna fit-​twettiq tal-​iskop taʼ Ġeħova? (Num. 24:10; Is. 54:17)

Storja 43

Ġożwè Jsir Mexxej

1. Fl-​istampa, min huma ż-​żewġt irġiel bilwieqfa maʼ Mosè?

2. Ġeħova x’jgħid lil Ġożwè?

3. Mosè għala jitlaʼ sal-​iktar parti għolja tal-​Muntanja Nebo, u Ġeħova x’jgħidlu?

4. Kemm ikollu żmien Mosè meta jmut?

5. In-​nies għala huma mnikktin, imma x’raġuni għandhom biex jifirħu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Numri 27:12-​23.

Liema inkarigu serju rċieva Ġożwè mingħand Ġeħova, u Ġeħova kif juri li jimpurtah min-​nies Tiegħu llum? (Num. 27:15-​19; Atti 20:28; Ebr. 13:7)

2. Aqra Dewteronomju 3:23-​29.

Ġeħova għala ma ħalliex lil Mosè u Aron jgħaddu għall-​art imwiegħda, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn dan? (Dt. 3:25-​27; Num. 20:12, 13)

3. Aqra Dewteronomju 31:1-​8, 14-​23.

L-​aħħar kliem li qal Mosè lil Iżrael kif juri li aċċetta b’umiltà d-​dixxiplina mingħand Ġeħova? (Dt. 31:6-​8, 23)

4. Aqra Dewteronomju 32:45-​52.

Il-​Kelma t’Alla kif għandha teffettwa ’l ħajjitna? (Dt. 32:47; Lev. 18:5; Ebr. 4:12)

5. Aqra Dewteronomju 34:1-​12.

Għalkemm Mosè qatt ma ra lil Ġeħova letteralment, Dewteronomju 34:10 x’jindika dwar ir-​relazzjoni li kellu maʼ Ġeħova? (Eżo. 33:11, 20; Num. 12:8)

Storja 44

Raħab Taħbi lill-​Ispiji

1. Raħab fejn tgħix?

2. Min huma ż-​żewġt irġiel fl-​istampa, u għala qegħdin f’Ġeriko?

3. Is-​sultan taʼ Ġeriko x’jikkmanda lil Raħab biex tagħmel, u xi tweġiba tagħti?

4. Raħab kif tgħin liż-​żewġt irġiel, u għal liema pjaċir titlob?

5. Iż-​żewġ spiji xi jwiegħdu lil Raħab?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 2:1-​24.

Il-​wegħda taʼ Ġeħova mniżżla f’​Eżodu 23:28 kif twettqet meta l-​Iżraelin ġew kontra Ġeriko? (Ġoż. 2:9-​11)

2. Aqra Ebrej 11:31.

L-​eżempju taʼ Raħab kif jenfasizza l-​importanza tal-​fidi? (Rum. 1:17; Ebr. 10:39; Ġak. 2:25)

Storja 45

Jaqsmu x-​Xmara Ġordan

1. Ġeħova x’miraklu jwettaq biex l-​Iżraelin ikunu jistgħu jaqsmu x-​Xmara Ġordan?

2. X’att taʼ fidi bilfors kellhom jagħmlu l-​Iżraelin biex jaqsmu x-​Xmara Ġordan?

3. Ġeħova għala jgħid lil Ġożwè biex jiġbor 12-​il ġebla mill-​qiegħ tax-​xmara?

4. X’jiġri malli l-​qassisin joħorġu mill-​Ġordan?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 3:1-​17.

(a) Bħalma juri dan ir-​rakkont, x’hemm bżonn nagħmlu biex nirċievu l-​għajnuna u l-​barka taʼ Ġeħova? (Ġoż. 3:13, 15; Prov. 3:5; Ġak. 2:22, 26)

(b) Kif kienet ix-​Xmara Ġordan meta l-​Iżraelin ġew biex jaqsmu għall-​Art Imwiegħda, u dan kif ġab tifħir kbir għall-​isem taʼ Ġeħova? (Ġoż. 3:15; 4:18; Salm 66:5-​7)

2. Aqra Ġożwè 4:1-​18.

Għal liema skop ittieħdu 12-​il ġebla mill-​Ġordan u twaqqfu f’Gilgal? (Ġoż. 4:4-​7)

Storja 46

Is-​Swar taʼ Ġeriko

1. Ġeħova x’jgħid li għandhom jagħmlu s-​suldati u l-​qassisin għal sitt ijiem?

2. L-​irġiel x’għandhom jagħmlu fis-​sebaʼ jum?

3. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, x’qed jiġri lis-​swar taʼ Ġeriko?

4. Għala hemm ħabel aħmar imdendel mit-​tieqa?

5. Ġożwè x’jgħid li s-​suldati għandhom jagħmlu bin-​nies u l-​belt, imma x’qal dwar id-​deheb, il-​fidda, ir-​ram aħmar, u l-​ħadid?

6. Iż-​żewġ spiji x’jintqalilhom biex jagħmlu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 6:1-​25.

(a) Il-​mod kif l-​Iżraelin immarċjaw fis-​sebaʼ jum kif inhu simili għall-​attivitajiet tal-​ippritkar tax-​Xhieda taʼ Ġeħova f’dawn l-​aħħar jiem? (Ġoż. 6:15, 16; Is. 60:22; Mt. 24:14; 1 Kor. 9:16)

(b) Il-​profezija mniżżla f’Ġożwè 6:26 kif twettqet xi 500 sena wara, u dan x’jgħallimna dwar il-​kelma taʼ Ġeħova? (1 Slat. 16:34; Is. 55:11)

Storja 47

Ħalliel f’Iżrael

1. Fl-​istampa, min hu r-​raġel li qed jaħbi t-​teżori li ħa minn Ġeriko, u min huma n-​nies li qed jgħinuh?

2. Għala hu daqshekk serju dak li għamlu Għakan u l-​familja tiegħu?

3. Ġeħova x’jgħid meta Ġożwè jistaqsi għala l-​Iżraelin tilfu l-​battalja f’Għaj?

4. X’jiġri lil Għakan u l-​familja tiegħu wara li jinġiebu quddiem Ġożwè?

5. X’lezzjoni importanti nitgħallmu mill-​ġudizzju li ġie fuq Għakan?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 7:1-​26.

(a) It-​talb taʼ Ġożwè x’jikxef dwar ir-​relazzjoni tiegħu mal-​Ħallieq? (Ġoż. 7:7-​9; Salm 119:145; 1 Ġw. 5:14)

(b) L-​eżempju t’Għakan x’juri, u dan kif inhu taʼ twissija għalina? (Ġoż. 7:11, 14, 15; Prov. 15:3; 1 Tim. 5:24; Ebr. 4:13)

2. Aqra Ġożwè 8:1-​29.

X’responsabbiltà persunali għandna lejn il-​kongregazzjoni Kristjana llum? (Ġoż. 7:13; Lev. 5:1; Prov. 28:13)

Storja 48

Il-​Gibegħonin Għaqlin

1. In-​nies taʼ Gibegħon kif inhuma differenti mill-​Kangħanin fil-​bliet fil-​qrib?

2. Bħalma turi l-​istampa, x’jagħmlu l-​Gibegħonin, u għala?

3. Ġożwè u l-​mexxejja Iżraelin xi jwiegħdu lill-​Gibegħonin, imma xi jsiru jafu tlett ijiem wara?

4. X’jiġri meta slaten fi bliet oħrajn isiru jafu li l-​Gibegħonin għamlu l-​paċi m’Iżrael?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 9:1-​27.

(a) Ladarba Ġeħova kien ta l-​istruzzjoni lill-​ġens t’Iżrael biex ‘jeqirdu għalkollox l-​abitanti kollha taʼ l-​art,’ liema kwalitajiet tiegħu jispikkaw mill-​fatt li ħeles lill-​Gibegħonin? (Ġoż. 9:22, 24; Mt. 9:13; Atti 10:34, 35; 2 Pt. 3:9)

(b) Ġożwè kif kien t’eżempju mill-​aħjar għall-​Kristjani llum minħabba l-​fatt li żamm mal-​patt li kien għamel mal-​Gibegħonin? (Ġoż. 9:18, 19; Mt. 5:37; Efes. 4:25)

2. Aqra Ġożwè 10:1-​5.

Il-​folla l-​kbira llum kif jimitaw lill-​Gibegħonin, u b’hekk min ħadha kontrihom? (Ġoż. 10:4; Żak. 8:23; Mt. 25:35-​40; Riv. 12:17)

Storja 49

Ix-​Xemx Ma Tiċċaqlaqx

1. Fl-​istampa, x’qed jgħid Ġożwè, u għala?

2. Ġeħova kif għen lil Ġożwè u s-​suldati tiegħu?

3. Ġożwè kemm jegħleb slaten għedewwa, u kemm idum biex jagħmel dan?

4. Ġożwè għala jqassam l-​art taʼ Kangħan?

5. Kemm ikollu żmien Ġożwè meta jmut, u x’jiġri lin-​nies wara li jmut?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġożwè 10:6-​15.

Il-​fatt li nafu li Ġeħova waqqaf ix-​xemx u l-​qamar milli jiċċaqalqu għal Iżrael jagħtina liema fiduċja llum? (Ġoż. 10:8, 10, 12, 13; Salm 18:3; Prov. 18:10)

2. Aqra Ġożwè 12:7-​24.

Min tassew kien responsabbli għall-​fatt li ntgħelbu 31 sultan f’Kangħan, u dan għala hu importanti għalina llum? (Ġoż. 12:7; 24:11-​13; Dt. 31:8; Lq. 21:9, 25-​28)

3. Aqra Ġożwè 14:1-​5.

L-​art kif tqassmet fost it-​tribujiet t’Iżrael, u dan x’jindika dwar il-​wirt fil-​Ġenna tal-​art? (Ġoż. 14:2; Is. 65:21; Eżek. 47:21-​23; 1 Kor. 14:33)

4. Aqra Mħallfin 2:8-​13.

Bħal Ġożwè f’Iżrael, min illum jipprova jikkontrolla l-​apostasija? (Mħ. 2:8, 10, 11; Mt. 24:45-​47; 2 Tess. 2:3-​6; Titu 1:7-​9; Riv. 1:1; 2:1, 2)

Storja 50

Żewġ Nisa Kuraġġużi

1. Min huma l-​imħallfin, u x’jisimhom uħud minnhom?

2. Xi privileġġ speċjali għandha Debora, u dan x’jinvolvi?

3. Meta Iżrael jiġi mhedded mis-​Sultan Ġabin u l-​kap tal-​armata, Sisera, x’messaġġ mingħand Ġeħova tagħti Debora lill-​Imħallef Barak, u hi min tgħid li se jieħu l-​krettu?

4. Ġagħel kif turi li hi mara kuraġġuża?

5. X’jiġri wara l-​mewt tas-​Sultan Ġabin?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mħallfin 2:14-​22.

L-​Iżraelin kif ġabu l-​korla taʼ Ġeħova fuqhom, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn dan? (Mħ. 2:20; Prov. 3:1, 2; Eżek. 18:21-​23)

2. Aqra Mħallfin 4:1-​24.

X’lezzjonijiet dwar il-​fidi u l-​kuraġġ jistgħu n-​nisa llum jitgħallmu mill-​eżempji taʼ Debora u Ġagħel? (Mħ. 4:4, 8, 9, 14, 21, 22; Prov. 31:30; 1 Kor. 16:13)

3. Aqra Mħallfin 5:1-​31.

L-​għanja tar-​rebħa taʼ Barak u Debora kif tistaʼ tiġi applikata bħala talba dwar il-​gwerra li ġejja taʼ Ħar–Magedon? (Mħ. 5:3, 31; 1 Kron. 16:8-​10; Riv. 7:9, 10; 16:16; 19:19-​21)

Storja 51

Rut u Nagħomi

1. Nagħomi kif sabet ruħha fl-​art taʼ Mowab?

2. Min huma Rut u Għorfa?

3. Rut u Għorfa kif iwieġbu meta Nagħomi tgħidilhom biex imorru lura għand nieshom?

4. Min hu Bogħaż, u kif jgħin lil Rut u Nagħomi?

5. X’jismu t-​tifel taʼ Rut u Bogħaż, u għala għandna niftakruh?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Rut 1:1-​17.

(a) Rut b’liema mod mill-​isbaħ tesprimi l-​imħabba leali tagħha? (Rut 1:16, 17)

(b) L-​attitudni taʼ Rut kif tagħti stampa tajba tal-​attitudni li għandhom in-​“nagħaġ oħrajn” lejn il-​midlukin fuq l-​art illum? (Ġw. 10:16; Żak. 8:23)

2. Aqra Rut 2:1-​23.

Rut kif tipprovdi eżempju mill-​aħjar għan-​nisa żgħażagħ illum? (Rut 2:17, 18; Prov. 23:22; 31:15)

3. Aqra Rut 3:5-​13.

(a) Bogħaż kif qies il-​fatt li Rut kienet lesta tiżżewweġ lilu minflok raġel iżgħar?

(b) L-​attitudni taʼ Rut x’tgħallimna dwar l-​imħabba leali? (Rut 3:10; 1 Kor. 13:4, 5)

4. Aqra Rut 4:7-​17.

L-​irġiel Kristjani llum kif jistgħu jkunu bħal Bogħaż? (Rut 4:9, 10; 1 Tim. 3:1, 12, 13; 5:8)

Storja 52

Gidegħon u t-​300 Raġel Tiegħu

1. L-​Iżraelin kif u għala jinsabu f’ħafna inkwiet?

2. Ġeħova għala jgħid lil Gidegħon li għandu wisq irġiel fl-​armata tiegħu?

3. Kemm jibqgħu rġiel wara li Gidegħon jgħid lill-​irġiel beżgħanin biex imorru lura d-​dar?

4. Mill-​istampa, spjega kif Ġeħova jnaqqas l-​ammont tal-​armata taʼ Gidegħon għal 300 raġel biss.

5. Gidegħon kif iqassam it-​300 raġel tiegħu, u Iżrael kif jirbaħ il-​battalja?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mħallfin 6:36-​40.

(a) Gidegħon kif aċċerta ruħu x’kienet ir-​rieda taʼ Ġeħova?

(b) Illum kif insiru nafu x’inhi r-​rieda taʼ Ġeħova? (Prov. 2:3-​6; Mt. 7:7-​11; 2 Tim. 3:16, 17)

2. Aqra Mħallfin 7:1-​25.

(a) X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mit-​300 raġel li baqgħu għassa b’kuntrast maʼ dawk li wrew nuqqas taʼ ħsieb? (Mħ. 7:3, 6; Rum. 13:11, 12; Efes. 5:15-​17)

(b) L-​istess bħalma t-​300 raġel tgħallmu milli josservaw lil Gidegħon, aħna kif nistgħu nitgħallmu milli nosservaw lil Gidegħon Akbar, Ġesù Kristu? (Mħ. 7:17; Mt. 11:29, 30; 28:19, 20; 1 Pt. 2:21)

(ċ) Imħallfin 7:21 kif jgħinna nkunu kuntenti naqdu kull fejn niġu inkarigati fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova? (1 Kor. 4:2; 12:14-​18; Ġak. 4:10)

3. Aqra Mħallfin 8:1-​3.

Meta niġu biex nirranġaw differenzi persunali li jkollna maʼ ħu jew oħt, x’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif Gidegħon irranġa t-​tilwima li kellu mal-​Efrajmin? (Prov. 15:1; Mt. 5:23, 24; Lq. 9:48)

Storja 53

Il-​Wegħda taʼ Ġefta

1. Min hu Ġefta, u f’liema żmien kien jgħix?

2. Ġefta xi jwiegħed lil Ġeħova?

3. Ġefta għala jitnikket meta jmur lura d-​dar wara li rebaħ lill-​Għammonin?

4. Bint Ġefta x’tgħid meta ssir taf bil-​wegħda taʼ missierha?

5. In-​nies għala jħobbu lit-​tifla taʼ Ġefta?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mħallfin 10:6-​18.

Xi twissija għandna nieħdu min-​nuqqas taʼ lealtà t’Iżrael lejn Ġeħova? (Mħ. 10:6, 15, 16; Rum. 15:4; Riv. 2:10)

2. Aqra Mħallfin 11:1-​11, 29-​40.

(a) Kif nafu li l-​fatt li Ġefta ta lil bintu bħala “offerta tal-​ħruq” ma jfissirx li offrieha billi għaddieha min-​nar bħala sagrifiċċju uman? (Mħ. 11:31; Lev. 16:24; Dt. 18:10, 12)

(b) Ġefta f’liema sens offra ’l bintu bħala sagrifiċċju?

(ċ) X’nistgħu nitgħallmu mill-​attitudni li wera Ġefta lejn il-​wegħda li għamel lil Ġeħova? (Mħ. 11:35, 39; Ekk. 5:4, 5; Mt. 16:24)

(d) It-​tifla taʼ Ġefta kif inhi t’eżempju mill-​aħjar għaż-​żgħażagħ Kristjani dwar li jistinkaw għal karriera fis-​servizz full-​time? (Mħ. 11:36; Mt. 6:33; Flp. 3:8)

Storja 54

L-​Iktar Raġel b’Saħħtu

1. X’jismu l-​iktar raġel b’saħħtu li qatt għex, u min tah is-​saħħa li kellu?

2. Darba minnhom Sansun x’jagħmillu lil iljun kbir, bħalma tistaʼ tara fl-​istampa?

3. Liema sigriet qed jgħid Sansun lil Dalila fl-​istampa, u dan kif iwassal biex jinqabad mill-​Filistin?

4. Sansun kif joqtol 3,000 għadu Filisti fil-​jum li jmut?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mħallfin 13:1-​14.

Manogħa u martu kif jagħtu eżempju tajjeb lill-​ġenituri fit-​trobbija taʼ wliedhom? (Mħ. 13:8; Salm 127:3; Efes. 6:4)

2. Aqra Mħallfin 14:5-​9 u 15:9-​16.

(a) Ir-​rakkonti dwar li Sansun qatel l-​iljun, qattaʼ l-​ħbula ġodda li kien marbut bihom, u uża x-​xedaq taʼ ħmar biex joqtol 1,000 raġel x’juruna dwar kif jaħdem l-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova?

(b) L-​ispirtu qaddis kif jgħinna llum? (Mħ. 14:6; 15:14; Żak. 4:6; Atti 4:31)

3. Aqra Mħallfin 16:18-​31.

Sansun kif ġie effettwat minn sħubija ħażina, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Mħ. 16:18, 19; 1 Kor. 15:33)

Storja 55

Tifel Żgħir Jaqdi lil Alla

1. X’jismu t-​tfajjel fl-​istampa, u min huma l-​oħrajn?

2. Liema talba tgħid Ħanna darba minnhom meta tkun qed iżżur it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, u Ġeħova kif iwiġibha?

3. Kemm għandu żmien Samwel meta jittieħed biex jaqdi fit-​tinda taʼ Ġeħova u ommu x’tagħmillu kull sena?

4. X’jisimhom ulied Eli, u x’tip taʼ rġiel huma?

5. Ġeħova kif isejjaħlu lil Samwel, u x’messaġġ jagħtih?

6. Samwel xi jsir meta jikber, u x’jiġri meta jixjieħ?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 1:1-​28.

(a) Elkana jagħti liema eżempju mill-​aqwa għall-​kapijiet tal-​familja f’li jieħdu t-​tmexxija fil-​qima vera? (1 Sam. 1:3, 21; Mt. 6:33; Flp. 1:10)

(b) Liema tagħlima nistgħu nieħdu mill-​eżempju taʼ Ħanna mill-​mod kif ittrattat problema diffiċli? (1 Sam. 1:10, 11; Salm 55:22; Rum. 12:12)

2. Aqra l-​1 Samwel 2:11-​36.

Eli kif ta ġieħ lil uliedu iktar milli lil Ġeħova, u dan kif jistaʼ jkun taʼ twissija għalina? (1 Sam. 2:22-​24, 27, 29; Dt. 21:18-​21; Mt. 10:36, 37)

3. Aqra l-​1 Samwel 4:16-​18.

Liema messaġġ b’erbaʼ aħbarijiet t’għawġ jiġi mill-​battalja, u x’effett ikollu fuq Eli?

4. Aqra l-​1 Samwel 8:4-​9.

Iżrael kif offenda lil Ġeħova bil-​kbir, u kif nistgħu nappoġġaw lealment is-​Saltna tiegħu llum? (1 Sam. 8:5, 7; Ġw. 17:16; Ġak. 4:4)

Storja 56

Sawl—L-​Ewwel Sultan t’Iżrael

1. Fl-​istampa x’qed jagħmel Samwel, u għala?

2. Ġeħova għala jħobb lil Sawl, u x’tip taʼ persuna hu?

3. X’jismu t-​tifel taʼ Sawl, u x’jagħmel?

4. Sawl għala joffri s-​sagrifiċċju minflok ma jistenna lil Samwel biex joffrih hu?

5. X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mir-​rakkont dwar Sawl?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 9:15-​21 u 10:17-​27.

L-​attitudni modesta taʼ Sawl kif għenitu biex ma jaġixxix bla ħsieb meta xi rġiel tkellmu b’nuqqas taʼ rispett dwaru? (1 Sam. 9:21; 10:21, 22, 27; Prov. 17:27)

2. Aqra l-​1 Samwel 13:5-​14.

X’kien id-​dnub li għamel Sawl f’Gilgal? (1 Sam. 10:8; 13:8, 9, 13)

3. Aqra l-​1 Samwel 15:1-​35.

(a) Liema dnub serju wettaq Sawl b’konnessjoni m’Agag, is-​sultan t’Għamalek? (1 Sam. 15:2, 3, 8, 9, 22)

(b) Sawl kif ipprova jiskuża l-​mod kif aġixxa u anki jitfaʼ l-​ħtija fuq ħaddieħor? (1 Sam. 15:24)

(ċ) Illum, liema twissija għandna nagħtu kas meta ningħataw xi parir? (1 Sam. 15:19-​21; Salm 141:5; Prov. 9:8, 9; 11:2)

Storja 57

Alla Jagħżel lil David

1. X’jismu t-​tifel fl-​istampa, u kif nafu li hu kuraġġuż?

2. Fejn jgħix David, u x’jisimhom missieru u nannuh?

3. Ġeħova għala jgħid lil Samwel biex imur id-​dar taʼ Ġesse f’Betlehem?

4. X’jiġri meta Ġesse jġib is-​sebaʼ wlied subien tiegħu quddiem Samwel?

5. Ġeħova x’jgħid lil Samwel meta jidħol David?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 17:34, 35.

Dawn il-​ġrajjiet kif jenfasizzaw il-​kuraġġ taʼ David u l-​fatt li kien jistrieħ fuq Ġeħova? (1 Sam. 17:37)

2. Aqra l-​1 Samwel 16:1-​14.

(a) Il-​kliem taʼ Ġeħova fl-​1 Samwel 16:7 kif jgħinna nkunu imparzjali u nevitaw li nuru preġudizzju minħabba d-​dehra taʼ barra? (Atti 10:34, 35; 1 Tim. 2:4)

(b) L-​eżempju taʼ Sawl kif jurina li meta Ġeħova jneħħi l-​ispirtu qaddis tiegħu minn fuq persuna, il-​vojt li jħalli jistaʼ jimtela bi spirtu ħażin, jew b’inklinazzjoni ġewwinija biex tagħmel il-​ħażen? (1 Sam. 16:14; Mt. 12:43-​45; Gal. 5:16)

Storja 58

David u Gulija

1. Gulija liema sfida jagħmel lill-​armata Iżraelija?

2. Kemm hu twil Gulija, u s-​Sultan Sawl xi jwiegħed lill-​wieħed li joqtol lil Gulija?

3. David x’jgħid lil Sawl meta jgħidlu li ma jistax jiġġieled kontra Gulija għax għadu daqsxejn taʼ tifel?

4. Meta David iwieġeb lil Gulija kif juri li jafda f’Ġeħova?

5. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, David x’juża biex joqtol lil Gulija, u x’jiġri lill-​Filistin wara li jiġri dan?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 17:1-​54.

(a) David għala kien daqshekk kuraġġuż, u aħna kif nistgħu nimitawh? (1 Sam. 17:37, 45; Efes. 6:10, 11)

(b) Il-​Kristjani għala għandhom jevitaw spirtu kompetittiv bħalma kellu Gulija meta jieħdu sehem f’logħob jew matul ir-​rikreazzjoni? (1 Sam. 17:8; Gal. 5:26; 1 Tim. 4:8)

(ċ) Il-​kliem taʼ David kif wera li kellu fidi fl-​appoġġ t’Alla? (1 Sam. 17:45-​47; 2 Kron. 20:15)

(d) Dan ir-​rakkont kif juri li l-​battalja kienet bejn l-​allat foloz u l-​Alla l-​veru Ġeħova, u mhux sempliċement ġlieda bejn żewġ armati? (1 Sam. 17:43, 46, 47)

(e) Il-​fdal midluk kif jimitaw l-​eżempju taʼ David f’li jafdaw f’Ġeħova? (1 Sam. 17:37; Ġer. 1:17-​19; Riv. 12:17)

Storja 59

Għala David Ikollu Jaħrab

1. Sawl għala jgħir għal David, imma t-​tifel taʼ Sawl, Ġonatan, kif inhu differenti?

2. X’jiġri ġurnata minnhom meta David ikun idoqq l-​arpa għal Sawl?

3. Sawl x’jgħid li jrid jagħmel David biex ikun jistaʼ jieħu lil bint Sawl, Mikal, bħala martu, u Sawl għala jgħid dan?

4. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, meta David idoqq l-​arpa għal Sawl, x’jiġri għat-​tielet darba?

5. Mikal kif issalva l-​ħajja taʼ David, u mbagħad xi jkollu jagħmel David għal sebaʼ snin?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 18:1-​30.

(a) L-​imħabba li ma titkissirx taʼ Ġonatan għal David kif uriet bil-​quddiem l-​imħabba li hemm bejn in-​“nagħaġ oħrajn” u l-​“merħla żgħira”? (1 Sam. 18:1; Ġw. 10:16; Lq. 12:32; Żak. 8:23)

(b) Meta tqis il-​fatt li Ġonatan kieku kien se jsir sultan wara Sawl, il-​kliem fl-​1 Samwel 18:4 kif juri sottomissjoni li tispikka min-​naħa taʼ Ġonatan lejn dak li kien magħżul biex ikun is-​sultan?

(ċ) L-​eżempju taʼ Sawl kif juri li l-​għira tistaʼ twassal għal dnub serju, u dan xi twissija jagħtina? (1 Sam. 18:7-​9, 25; Ġak. 3:14-​16)

2. Aqra l-​1 Samwel 19:1-​17.

Ġonatan kif issogra ħajtu meta ffaċċja lil Sawl? (1 Sam. 19:1, 4-​6; Prov. 16:14)

Storja 60

Abigajl u David

1. X’jisimha l-​mara fl-​istampa li ġejja tiltaqaʼ maʼ David, u x’tip taʼ persuna hi?

2. Min hu Nabal?

3. David għala jibgħat xi ftit mill-​irġiel tiegħu biex jitolbu pjaċir mingħand Nabal?

4. Nabal x’jgħid lill-​irġiel taʼ David, u David x’jagħmel?

5. Abigajl kif turi li hi mara għaqlija?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 22:1-​4.

Il-​familja taʼ David kif taw eżempju tajjeb taʼ kif għandna nappoġġaw lil xulxin fil-​fratellanza Kristjana? (Prov. 17:17; 1 Tess. 5:14)

2. Aqra l-​1 Samwel 25:1-​43.

(a) Nabal għala jiġi deskritt bi tmaqdir? (1 Sam. 25:2-​5, 10, 14, 21, 25)

(b) In-​nisa Kristjani tal-​lum x’jistgħu jitgħallmu mill-​eżempju t’Abigajl? (1 Sam. 25:32, 33; Prov. 31:26; Efes. 5:24)

(ċ) Abigajl żammet lil David milli jagħmel liema żewġ affarijiet ħżiena? (1 Sam. 25:31, 33; Rum. 12:19; Efes. 4:26)

(d) Il-​mod kif David irreaġixxa għall-​kliem t’Abigajl kif jgħin lill-​irġiel illum biex ikollhom l-​istess ħarsa taʼ Ġeħova lejn in-​nisa? (Atti 21:8, 9; Rum. 2:11; 1 Pt. 3:7)

Storja 61

David Isir Sultan

1. David u Abisaj x’jagħmlu waqt li Sawl ikun rieqed fil-​kamp tiegħu?

2. David x’mistoqsijiet isaqsi lil Sawl?

3. Wara li jitlaq minn ħdejn Sawl, David fejn imur?

4. Xi jnikket ħafna lil David, tant li jikteb għanja sabiħa?

5. David kemm ikollu żmien meta jsir sultan f’Ħebron, u x’jisimhom xi wħud minn uliedu s-​subien?

6. Iktar tard, David minn fejn jaħkem bħala sultan?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Samwel 26:1-​25.

(a) Il-​kliem taʼ David imniżżel fl-​1 Samwel 26:11 juri liema attitudni lejn l-​ordni teokratiku? (Salm 37:7; Rum. 13:2)

(b) Il-​kliem taʼ David li nsibu fl-​1 Samwel 26:23 kif jgħinna nżommu attitudni xierqa meta nagħmlu sforz ħabrieki biex nuru l-​qalb tajba bl-​imħabba imma ma jintweriex apprezzament? (1 Slat. 8:32; Salm 18:20)

2. Aqra t-​2 Samwel 1:26.

Il-​Kristjani llum kif jistgħu jikkultivaw l-​istess kwalità taʼ “mħabba profonda lejn xulxin” li kellhom David u Ġonatan? (1 Pt. 4:8; Kol. 3:14; 1 Ġw. 4:12)

3. Aqra t-​2 Samwel 5:1-​10.

(a) David kemm dam isaltan bħala sultan, u dan it-​tul taʼ żmien kif kien maqsum? (2 Sam. 5:4, 5)

(b) Min jieħu l-​krettu għall-​kobor taʼ David, u dan kif iservi taʼ tfakkira għalina llum? (2 Sam. 5:10; 1 Sam. 16:13; 1 Kor. 1:31; Flp. 4:13)

Storja 62

Inkwiet fid-​Dar taʼ David

1. Fl-​aħħar x’jiġri mill-​art taʼ Kangħan, bl-​għajnuna taʼ Ġeħova?

2. X’jiġri lejla waħda meta David ikun fuq il-​bejt tal-​palazz tiegħu?

3. Ġeħova għala hu rrabjat ħafna maʼ David?

4. Fl-​istampa, Ġeħova lil min jibgħat biex jgħid lil David bi dnubietu, u r-​raġel x’jgħid li se jiġrilu David?

5. X’inkwiet ikollu David?

6. Min isir is-​sultan t’Iżrael wara David?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Samwel 11:1-​27.

(a) Il-​fatt li nżommu ruħna beżlin fis-​servizz taʼ Ġeħova, kif inhu taʼ protezzjoni għalina?

(b) David kif wasal biex jidneb, u dan xi twissija jagħti lill-​qaddejja taʼ Ġeħova llum? (2 Sam. 11:2; Mt. 5:27-​29; 1 Kor. 10:12; Ġak. 1:14, 15)

2. Aqra t-​2 Samwel 12:1-​18.

(a) X’lezzjoni jistgħu jitgħallmu l-​anzjani u l-​ġenituri mill-​mod kif Natan offra l-​parir lil David? (2 Sam. 12:1-​4; Prov. 12:18; Mt. 13:34)

(b) Ġeħova għala aġixxa bi ħniena maʼ David? (2 Sam. 12:13; Salm 32:5; 2 Kor. 7:9, 10)

Storja 63

Is-​Sultan Għaref Salamun

1. Ġeħova x’jistaqsi lil Salamun, u dan kif iwieġeb?

2. Peress li Ġeħova togħġbu t-​talba taʼ Salamun, xi jwiegħed li jagħtih?

3. Liema problema diffiċli jġibu żewġ nisa quddiem Salamun?

4. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, Salamun kif isolvi l-​problema?

5. X’tip taʼ ħakma jkollu Salamun, u għala?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Slaten 3:3-​28.

(a) Irġiel li jingħataw responsabbiltajiet fil-​kongregazzjoni llum x’jistgħu jitgħallmu mill-​kliem mill-​qalb li Salamun jgħid fl-​1 Slaten 3:7? (Salm 119:105; Prov. 3:5, 6)

(b) It-​talba taʼ Salamun kif inhi eżempju mill-​aħjar tal-​affarijiet xierqa li għandna nitolbu għalihom? (1 Slat. 3:9, 11; Prov. 30:8, 9; 1 Ġw. 5:14)

(ċ) Meta nqisu l-​mod kif Salamun ittratta mat-​tilwima bejn iż-​żewġ nisa, liema fiduċja jistaʼ jkollna dwar il-​ħakma futura taʼ Salamun Akbar, Ġesù Kristu? (1 Slat. 3:28; Is. 9:6, 7; 11:2-​4)

2. Aqra l-​1 Slaten 4:29-​34.

(a) Ġeħova kif wieġeb it-​talba taʼ Salamun għal qalb ubbidjenti? (1 Slat. 4:29)

(b) Meta nqisu kemm kien isir sforz min-​naħa tan-​nies biex jisimgħu l-​għerf taʼ Salamun, x’attitudni għandu jkollna lejn l-​istudju tal-​Kelma t’Alla? (1 Slat. 4:29, 34; Ġw. 17:3; 2 Tim. 3:16)

Storja 64

Salamun Jibni t-​Tempju

1. Kemm jiħodlu żmien lil Salamun biex ilesti l-​bini tat-​tempju taʼ Ġeħova, u għala jiswa daqshekk flus?

2. Kemm hemm kmamar prinċipali fit-​tempju, u x’jitpoġġa fil-​kamra taʼ ġewwa?

3. Salamun x’jgħid fit-​talba tiegħu meta jitlesta t-​tempju?

4. Ġeħova kif juri li jieħu pjaċir bit-​talba taʼ Salamun?

5. In-​nisa taʼ Salamun xi jġegħluh jagħmel, u x’jiġrilu Salamun?

6. Ġeħova għala hu rrabjat maʼ Salamun, u Ġeħova x’jgħidlu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Kronaki 28:9, 10.

Meta nqisu l-​kliem taʼ David imniżżel fl-​1 Kronaki 28:9, 10, x’għandna nħabirku biex nagħmlu fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum? (Salm 19:14; Flp. 4:8, 9)

2. Aqra t-​2 Kronaki 6:12-​21, 32-​42.

(a) Salamun kif wera li l-​ebda bini magħmul mill-​bniedem ma jistaʼ jesaʼ lil Alla l-​Iktar Għoli? (2 Kronaki 6:18; Atti 17:24, 25)

(b) Il-​kliem taʼ Salamun imniżżel fit-​2 Kronaki 6:32, 33 x’jgħallimna dwar Ġeħova? (Atti 10:34, 35; Gal. 2:6)

3. Aqra t-​2 Kronaki 7:1-​5.

L-​istess bħalma wlied Iżrael ġew imqanqlin biex ifaħħru lil Ġeħova meta raw il-​glorja tiegħu, illum aħna kif għandna niġu effettwati meta naħsbu dwar il-​barka taʼ Ġeħova fuq il-​poplu tiegħu? (2 Kron. 7:3; Salm 22:22; 34:1; 96:2)

4. Aqra l-​1 Slaten 11:9-​13.

Il-​ħajja taʼ Salamun kif turi l-​importanza taʼ li wieħed jibqaʼ leali sal-​aħħar? (1 Slat. 11:4, 9; Mt. 10:22; Riv. 2:10)

Storja 65

Is-​Saltna Tinqasam

1. X’jisimhom iż-​żewġt irġiel fl-​istampa, u min huma?

2. Aħija x’jagħmel bil-​libsa li jkun liebes, u dan xi jfisser?

3. Salamun x’jipprova jagħmillu lil Ġerobogħam?

4. In-​nies għala jagħmlu lil Ġerobogħam sultan fuq 10 tribujiet?

5. Ġerobogħam għala għamel żewġ għoġiela tad-​deheb, u x’jiġri f’dak il-​pajjiż ftit wara dan?

6. X’jiġri lis-​saltna taż-​żewġ tribujiet u lit-​tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Slaten 11:26-​43.

X’tip taʼ persuna kien Ġerobogħam, u Ġeħova x’wiegħdu jekk iżomm mal-​liġijiet t’Alla? (1 Slat. 11:28, 38)

2. Aqra l-​1 Slaten 12:1-​33.

(a) Il-​ġenituri u l-​anzjani x’jistgħu jitgħallmu dwar l-​abbuż mill-​awtorità mill-​eżempju ħażin taʼ Reħobogħam? (1 Slat. 12:13; Ekk. 7:7; 1 Pt. 5:2, 3)

(b) Iż-​żgħażagħ illum lejn min għandhom iduru għal gwida taʼ min joqgħod fuqha meta jieħdu deċiżjonijiet serji f’ħajjithom? (1 Slat. 12:6, 7; Prov. 1:8, 9; 2 Tim. 3:16, 17; Ebr. 13:7)

(ċ) X’qanqal lil Ġerobogħam biex jagħmel żewġ postijiet għall-​qima tal-​għoġol, u dan kif wera nuqqas kbir taʼ fiduċja f’Ġeħova? (1 Slat. 11:37; 12:26-​28)

(d) Min mexxa lin-​nies tas-​saltna b’10 tribujiet f’ribelljoni kontra l-​qima vera? (1 Slat. 12:32, 33)

Storja 66

Ġeżabel—Reġina mill-​Agħar

1. Min hi Ġeżabel?

2. Għala jkun imdejjaq is-​Sultan Aħab darba minnhom?

3. Ġeżabel x’tagħmel biex tieħu l-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot għar-​raġel tagħha, Aħab?

4. Ġeħova lil min jibgħat biex jikkastiga lil Ġeżabel?

5. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, x’jiġri meta Ġeħu jasal ħdejn il-​palazz taʼ Ġeżabel?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Slaten 16:29-​33 u 18:3, 4.

Kemm kienet ħażina l-​kundizzjoni t’Iżrael fi żmien is-​Sultan Aħab? (1 Slat. 14:9)

2. Aqra l-​1 Slaten 21:1-​16.

(a) Nabot kif wera kuraġġ u lealtà lejn Ġeħova? (1 Slat. 21:1-​3; Lev. 25:23-​28)

(b) X’nistgħu nitgħallmu dwar li nkampaw mad-​diżappunt mill-​eżempju t’Aħab? (1 Slat. 21:4; Rum. 5:3-​5)

3. Aqra t-​2 Slaten 9:30-​37.

X’nistgħu nitgħallmu miż-​żelu taʼ Ġeħu f’li jwettaq ir-​rieda t’Alla? (2 Slat. 9:4-​10; 2 Kor. 9:1, 2; 2 Tim. 4:2)

Storja 67

Ġeħosafat Jafda f’Ġeħova

1. Min hu Ġeħosafat, u f’liema perijodu jgħix?

2. L-​Iżraelin għala huma mbeżżgħin, u ħafna minnhom x’jagħmlu?

3. Ġeħova kif iwieġeb it-​talba taʼ Ġeħosafat?

4. Ġeħova xi jġiegħel li jiġri qabel il-​battalja?

5. X’nistgħu nitgħallmu minn Ġeħosafat?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Kronaki 20:1-​30.

(a) Ġeħosafat kif wera x’għandhom jagħmlu l-​qaddejja leali t’Alla meta jiffaċċjaw ċirkustanzi taʼ theddid? (2 Kron. 20:12; Salm 25:15; 62:1)

(b) Ladarba Ġeħova dejjem uża mezz taʼ komunikazzjoni meta ttratta mal-​poplu tiegħu, liema mezz juża llum? (2 Kron. 20:14, 15; Mt. 24:45-​47; Ġw. 15:15)

(ċ) Meta Alla jagħti bidu għall-​“jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” is-​sitwazzjoni tagħna kif se tkun simili għal dik taʼ Ġeħosafat? (2 Kron. 20:15, 17; 32:8; Riv. 16:14, 16)

(d) Illum, il-​pijunieri u l-​missjunarji li jimitaw lil-​Leviti jagħmlu liema tip taʼ kontribuzzjoni għax-​xogħol tal-​ippritkar li qed isir madwar id-​dinja? (2 Kron. 20:19, 21; Rum. 10:13-​15; 2 Tim. 4:2)

Storja 68

Żewġ Subien li Jgħixu mill-​Ġdid

1. Min huma n-​nies fl-​istampa, u x’jiġrilu t-​tifel żgħir?

2. Elija x’jitlob dwar it-​tifel, u mbagħad x’jiġri?

3. X’jismu dak li jgħin lil Elija?

4. Eliżew għala jiġi mitlub imur id-​dar taʼ mara f’Sunem?

5. Eliżew x’jagħmel, u x’jiġri lit-​tifel mejjet?

6. Ġeħova x’qawwa għandu bħalma ntwera minn Elija u Eliżew?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Slaten 17:8-​24.

(a) Kif ġew imġarrbin l-​ubbidjenza u l-​fidi t’Elija? (1 Slat. 17:9; 19:1-​4, 10)

(b) Il-​fidi tal-​armla taʼ Sarefat għala kienet tispikka? (1 Slat. 17:12-​16; Lq. 4:25, 26)

(ċ) L-​esperjenza tal-​armla taʼ Sarefat kif turi l-​verità tal-​kliem taʼ Ġesù mniżżel f’​Mattew 10:41, 42? (1 Slat. 17:10-​12, 17, 23, 24)

2. Aqra t-​2 Slaten 4:8-​37.

(a) Il-​mara taʼ Sunem x’tgħallimna dwar l-​ospitalità? (2 Slat. 4:8; Lq. 6:38; Rum. 12:13; 1 Ġw. 3:17)

(b) B’liema modi nistgħu nagħmlu atti taʼ qalb tajba lill-​qaddejja t’Alla llum? (Atti 20:35; 28:1, 2; Gal. 6:9, 10; Ebr. 6:10)

Storja 69

Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan

1. Fl-​istampa, it-​tifla żgħira x’qed tgħid lis-​sinjura?

2. Min hi s-​sinjura fl-​istampa, u t-​tifla żgħira x’qed tagħmel fid-​dar tas-​sinjura?

3. Eliżew x’jgħid lill-​qaddej tiegħu biex jgħid lil Nagħman, u Nagħman għala jirrabja?

4. X’jiġri meta Nagħman jismaʼ mill-​qaddejja tiegħu?

5. Eliżew għala ma jaċċettax ir-​rigal taʼ Nagħman, imma Geħażi x’jagħmel?

6. X’jiġrilu Geħażi, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Slaten 5:1-​27.

(a) L-​eżempju tat-​tifla żgħira Iżraelija kif jistaʼ jinkuraġġixxi liż-​żgħażagħ illum? (2 Slat. 5:3; Salm 8:2; 148:12, 13)

(b) Għala jkun tajjeb li nżommu l-​eżempju taʼ Nagħman f’moħħna meta ningħataw parir mill-​Iskrittura? (2 Slat. 5:15; Ebr. 12:5, 6; Ġak. 4:6)

(ċ) X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu meta nqabblu l-​eżempju t’Eliżew maʼ dak taʼ Geħażi? (2 Slat. 5:9, 10, 14-​16, 20; Mt. 10:8; Atti 5:1-​5; 2 Kor. 2:17)

Storja 70

Ġona u l-​Ħuta Kbira

1. Min hu Ġona, u Ġeħova x’jgħidlu jagħmel?

2. Peress li ma jridx imur fejn jgħidlu Ġeħova, Ġona x’jagħmel?

3. Ġona x’jgħid lill-​baħrin jagħmlu ħalli tieqaf il-​maltempata?

4. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, x’jiġri meta Ġona jinżel taħt l-​ilma?

5. Ġona kemm idum ġol-​ħuta kbira, u x’jagħmel waqt li jkun hemm?

6. Fejn imur Ġona wara li joħroġ mill-​ħuta kbira, u dan x’jgħallimna?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġona 1:1-​17.

Milli jidher, Ġona kif ħassu dwar l-​inkarigu li jipprietka lin-​Ninwin? (Ġona 1:2, 3; Prov. 3:7; Ekk. 8:12)

2. Aqra Ġona 2:1, 2, 10.

L-​esperjenza taʼ Ġona kif tagħtina l-​fiduċja li Ġeħova se jwieġeb it-​talb tagħna? (Salm 22:24; 34:6; 1 Ġw. 5:14)

3. Aqra Ġona 3:1-​10.

(a) X’inkuraġġiment nieħdu mill-​fatt li Ġeħova baqaʼ juża lil Ġona għalkemm għall-​ewwel naqas li jwettaq l-​inkarigu tiegħu? (Salm 103:14; 1 Pt. 5:10)

(b) L-​esperjenza taʼ Ġona man-​Ninwin x’tgħallimna dwar li niġġudikaw minn qabel lin-​nies fit-​territorju tagħna? (Ġona 3:6-​9; Ekk. 11:6; Atti 13:48)

Storja 71

Alla Jwiegħed Ġenna tal-​Art

1. Isaija min kien, fejn kien jgħix, u Ġeħova x’urieh?

2. Il-​kelma “ġenna” xi tfisser, u dwar xiex tfakkrek?

3. Ġeħova x’qal lil Isaija biex jikteb dwar il-​Ġenna tal-​art ġdida?

4. Adam u Eva għala tilfu d-​dar mill-​isbaħ tagħhom?

5. Ġeħova xi jwiegħed lil dawk li jħobbuh?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Isaija 11:6-​9.

(a) Il-​Kelma t’Alla kif tiddeskrivi l-​paċi li se jkun hemm bejn l-​annimali u l-​bnedmin fid-​dinja l-​ġdida? (Salm 148:10, 13; Is. 65:25; Eżek. 34:25)

(b) Illum, liema twettiq spiritwali qed ikollu kliem Isaija fost in-​nies taʼ Ġeħova? (Rum. 12:2; Efes. 4:23, 24)

(ċ) Min jistħoqqlu l-​krettu għall-​bidliet fil-​personalitajiet tal-​bnedmin kemm issa kif ukoll fid-​dinja l-​ġdida? (Is. 48:17, 18; Gal. 5:22, 23; Flp. 4:7)

2. Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4.

(a) L-​Iskrittura kif turi li l-​fatt li Alla jgħammar mal-​bnedmin ifisser li jkun preżenti fuq l-​art b’mod figurattiv u mhux b’mod fiżiku? (Lev. 26:11, 12; 2 Kron. 6:18; Is. 66:1; Riv. 21:2, 3, 22-​24)

(b) Liema tip taʼ biki u wġigħ se jkunu spiċċaw? (Lq. 8:49-​52; Rum. 8:21, 22; Riv. 21:4)

Storja 72

Alla Jgħin lis-​Sultan Ħeżekija

1. Min hu r-​raġel fl-​istampa, u għala jinsab f’ħafna inkwiet?

2. X’inhuma l-​ittri li Ħeżekija poġġa quddiem Alla, u Ħeżekija x’jitlob?

3. X’tip taʼ sultan hu Ħeżekija, u x’messaġġ jibgħatlu Ġeħova permezz tal-​profeta Isaija?

4. L-​anġlu taʼ Ġeħova x’jagħmel lill-​Assirjani, kif jidher fl-​istampa?

5. Għalkemm is-​saltna b’żewġ tribujiet ikollha l-​paċi għal xi żmien, x’jiġri wara li Ħeżekija jmut?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Slaten 18:1-​36.

(a) Il-​kelliemi Assirjan Rabsake kif ipprova jdgħajjef il-​fidi tal-​Iżraelin? (2 Slat. 18:19, 21; Eżo. 5:2; Salm 64:3)

(b) Meta x-​Xhieda taʼ Ġeħova jittrattaw maʼ dawk li jopponuhom kif jimitaw l-​eżempju taʼ Ħeżekija? (2 Slat. 18:36; Salm 39:1; Prov. 26:4; 2 Tim. 2:24)

2. Aqra t-​2 Slaten 19:1-​37.

(a) In-​nies taʼ Ġeħova llum kif jimitaw lil Ħeżekija fi żminijiet taʼ niket? (2 Slat. 19:1, 2; Prov. 3:5, 6; Ebr. 10:24, 25; Ġak. 5:14, 15)

(b) Is-​Sultan Sennakerib kif ġie megħlub bi tliet modi, u taʼ min jagħti stampa profetika? (2 Slat. 19:32, 35, 37; Riv. 20:2, 3)

3. Aqra t-​2 Slaten 21:1-​6, 16.

Għala jistaʼ jingħad li Manasse kien wieħed mill-​iktar slaten mill-​agħar li qatt ħakem f’Ġerusalemm? (2 Kron. 33:4-​6, 9)

Storja 73

L-​Aħħar Sultan Tajjeb t’Iżrael

1. Kemm ikollu żmien Ġosija meta jsir sultan, u x’jibda jagħmel meta jkun ilu sultan għal sebaʼ snin?

2. X’inhu jagħmel Ġosija fl-​ewwel stampa?

3. Xi jsib il-​qassis il-​kbir meta l-​irġiel ikunu qed isewwu t-​tempju?

4. Ġosija għala jċarrat ħwejġu?

5. Il-​profetessa Ħulda x’messaġġ tagħti lil Ġosija mingħand Ġeħova?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Kronaki 34:1-​28.

(a) Ġosija jipprovdi liema eżempju għal dawk li forsi kellhom ikampaw maʼ trobbija diffiċli? (2 Kron. 33:21-​25; 34:1, 2; Salm 27:10)

(b) Ġosija liema passi importanti ħa biex javanza l-​qima vera matul it-​8, it-​12, u t-​18-​il sena tal-​ħakma tiegħu? (2 Kron. 34:3, 8)

(ċ) Liema lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu dwar li nieħdu ħsieb il-​postijiet tal-​qima tagħna mill-​eżempji tas-​Sultan Ġosija u l-​Qassis il-​Kbir Ħilkija? (2 Kron. 34:9-​13; Prov. 11:14; 1 Kor. 10:31)

Storja 74

Raġel li Ma Jibżax

1. Min hu r-​raġel żagħżugħ fl-​istampa?

2. Ġeremija kif iħossu dwar li jsir profeta, imma Ġeħova x’jgħidlu?

3. X’messaġġ jibqaʼ jgħid Ġeremija lin-​nies?

4. Il-​qassisin kif jipprovaw iwaqqfu lil Ġeremija, imma kif juri li ma jibżax?

5. X’jiġri meta l-​Iżraelin jibqgħu jagħmlu l-​ħażen?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġeremija 1:1-​8.

(a) Bħalma juri l-​eżempju taʼ Ġeremija, x’jikkwalifika lil persuna għas-​servizz taʼ Ġeħova? (2 Kor. 3:5, 6)

(b) L-​eżempju taʼ Ġeremija x’inkuraġġiment jagħti liż-​żgħażagħ Kristjani llum? (Ekk. 12:1; 1 Tim. 4:12)

2. Aqra Ġeremija 10:1-​5.

Liema tixbiha b’saħħitha juża Ġeremija biex juri kemm tkun frugħa li tafda fl-​idoli? (Ġer. 10:5; Is. 46:7; Ħab. 2:19)

3. Aqra Ġeremija 26:1-​16.

(a) Meta jixxandar il-​messaġġ taʼ twissija llum, il-​fdal midluk kif jieħdu bis-​serjetà l-​kmand li Ġeħova ta lil Ġeremija biex ‘ma jħallix kelma waħda barra’? (Ġer. 26:2; Dt. 4:2; Atti 20:27)

(b) Ġeremija x’eżempju mill-​aħjar ipprovda għax-​Xhieda taʼ Ġeħova llum fejn tidħol id-​dikjarazzjoni tat-​twissija taʼ Ġeħova lill-​ġnus? (Ġer. 26:8, 12, 14, 15; 2 Tim. 4:1-​5)

4. Aqra t-​2 Slaten 24:1-​17.

In-​nuqqas taʼ lealtà li Ġuda wera lejn Ġeħova wassal għal liema konsegwenzi taʼ niket? (2 Slat. 24:2-​4, 14)

Storja 75

Erbaʼ Subien f’Babilonja

1. Min huma l-​erbaʼ subien fl-​istampa, u għala qegħdin Babilonja?

2. Nebukadnessar x’bi ħsiebu jagħmel bl-​erbaʼ subien, u x’ordni jagħti lill-​qaddejja tiegħu?

3. Danjel x’jitlob li jagħtu lilu u lit-​tlett iħbieb tiegħu bħala ikel u xorb?

4. Wara li jieklu l-​ħaxix għal 10 ijiem, Danjel u t-​tliet sħabu kif jidhru meta mqabblin mal-​irġiel żgħażagħ l-​oħrajn?

5. Danjel u t-​tlett iħbieb tiegħu kif jispiċċaw fil-​palazz tas-​sultan, u b’liema mod huma aħjar mill-​qassisin u l-​irġiel għorrief?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Danjel 1:1-​21.

(a) X’tip taʼ sforz hu meħtieġ jekk irridu nirreżistu t-​tentazzjonijiet u negħlbu d-​dgħufijiet? (Dan. 1:8; Ġen. 39:7, 10; Gal. 6:9)

(b) B’liema mod jistgħu ż-​żgħażagħ illum jiġu mħajrin jew issirilhom pressjoni biex igawdu dawk li jitqiesu bħala affarijiet “mill-​aqwa”? (Dan. 1:8; Prov. 20:1; 2 Kor. 6:17–7:1)

(ċ) Ir-​rakkont tal-​Bibbja dwar l-​erbaʼ żgħażagħ Ebrej x’jgħinna nifhmu dwar li nirċievu għarfien sekulari? (Dan. 1:20; Is. 54:13; 1 Kor. 3:18-​20)

Storja 76

Ġerusalemm Tinqered

1. X’qed jiġri lil Ġerusalemm u lill-​Iżraelin li jidhru fl-​istampa?

2. Min hu Eżekjel, u Ġeħova jurih liema affarijiet li jkexkxuh?

3. Peress li l-​Iżraelin m’għandhomx rispett għal Ġeħova, hu xi jwiegħed?

4. Is-​Sultan Nebukadnessar x’jagħmel wara li l-​Iżraelin jirribellaw kontrih?

5. Ġeħova għala jħalliha tiġri din il-​qerda terribbli lill-​Iżraelin?

6. L-​art t’Iżrael kif titħalla mingħajr nies, u għal kemm żmien?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra t-​2 Slaten 25:1-​26.

(a) Min kien Sedekija, xi ġralu, u dan kif wettaq profezija Biblika? (2 Slat. 25:5-​7; Eżek. 12:13-​15)

(b) Ġeħova mingħand min talab kont għaż-​żlealtà kollha li għamel il-​ġens t’Iżrael? (2 Slat. 25:9, 11, 12, 18, 19; 2 Kron. 36:14, 17)

2. Aqra Eżekjel 8:1-​18.

Il-​Kristjaneżmu kif imita lill-​Iżraelin apostati li qiemu x-​xemx? (Eżek. 8:16; Is. 5:20, 21; Ġw. 3:19-​21; 2 Tim. 4:3)

Storja 77

Ma Ridux Imilu

1. Nebukadnessar, is-​Sultan taʼ Babilonja, liema kmand ta lin-​nies?

2. It-​tlett iħbieb taʼ Danjel għala mhumiex imilu quddiem ix-​xbieha tad-​deheb?

3. Meta Nebukadnessar jagħti ċans ieħor lit-​tliet Ebrej biex imilu, dawn kif juru li jafdaw f’Ġeħova?

4. Nebukadnessar xi jġiegħel lill-​irġiel tiegħu jagħmlu lil Sidrak, Mesak, u Għabednego?

5. X’jara Nebukadnessar meta jittawwal ġol-​forn?

6. Is-​sultan għala jfaħħar lill-​Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednego, u dawn x’eżempju jagħtuna?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Danjel 3:1-​30.

(a) Liema attitudni li wrew it-​tliet Ebrej żgħażagħ għandha tiġi imitata mill-​qaddejja kollha t’Alla meta tiġi mġarrba l-​integrità tagħhom? (Dan. 3:17, 18; Mt. 10:28; Rum. 14:7, 8)

(b) Liema tagħlima importanti għallem Alla Ġeħova lil Nebukadnessar? (Dan. 3:28, 29; 4:34, 35)

Storja 78

Kitba fuq il-​Ħajt

1. X’jiġri meta s-​sultan taʼ Babilonja jagħmel festa kbira u juża t-​tazzi u r-​reċipjenti meħudin mit-​tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm?

2. Belsassar x’jgħid lill-​irġiel għorrief tiegħu, imma x’ma jistgħux jagħmlu?

3. Omm is-​sultan x’tgħidlu jagħmel?

4. Skont dak li Danjel jgħid lis-​sultan, Alla għala bagħat id biex tikteb fuq il-​ħajt?

5. Danjel kif jispjega t-​tifsir tal-​kliem fuq il-​ħajt?

6. X’jiġri waqt li Danjel ikun għadu qed jitkellem?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Danjel 5:1-​31.

(a) X’inhi d-​differenza bejn il-​biżaʼ minn Alla u l-​biżaʼ li ħass Belsassar meta ra l-​kitba fuq il-​ħajt? (Dan. 5:6, 7; Salm 19:9; Rum. 8:35-​39)

(b) Danjel kif wera kuraġġ kbir meta kellem lil Belsassar u l-​kbarat tiegħu? (Dan. 5:17, 18, 22, 26-​28; Atti 4:29)

(ċ) Danjel kapitlu ħamsa kif jenfasizza s-​sovranità universali taʼ Ġeħova? (Dan. 4:17, 25; 5:21)

Storja 79

Danjel fil-​Ħofra tal-​Iljuni

1. Min hu Darju, u kif iqisu lil Danjel?

2. Xi rġiel għajjurin xi jwassluh biex jagħmel lil Darju?

3. Danjel x’jagħmel meta jsir jaf bil-​liġi l-​ġdida?

4. Darju għala tant jitnikket li ma jkunx jistaʼ jorqod, u x’jagħmel l-​għada filgħodu?

5. Danjel kif iwieġeb lil Darju?

6. X’jiġrilhom l-​irġiel ħżiena li pprovaw joqtlu lil Danjel, u Darju x’jiktbilhom lin-​nies kollha fis-​saltna tiegħu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Danjel 6:1-​28.

(a) Il-​konfoffa kontra Danjel kif tfakkarna f’dak li għamlu l-​opponenti biex jipprovaw iwaqqfu x-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fi żmienna? (Dan. 6:7; Salm 94:20; Is. 10:1; Rum. 8:31)

(b) Kif jistgħu l-​qaddejja t’Alla llum jimitaw lil Danjel f’li jibqgħu sottomessi lejn “l-​awtoritajiet superjuri”? (Dan. 6:5, 10; Rum. 13:1; Atti 5:29)

(ċ) Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ Danjel f’li naqdu lil Ġeħova “kontinwament”? (Dan. 6:16, 20; Flp. 3:16; Riv. 7:15)

Storja 80

Il-​Poplu t’Alla Jitlaq Minn Babilonja

1. Bħalma qed tara fl-​istampa, x’inhuma jagħmlu l-​Iżraelin?

2. Ċiru kif wettaq il-​profezija li qal Ġeħova permezz t’Isaija?

3. Ċiru x’jgħidilhom lill-​Iżraelin li ma jistgħux imorru lura Ġerusalemm?

4. Ċiru x’jagħtihom lin-​nies biex jiħduhom magħhom Ġerusalemm?

5. Kemm idumu l-​Iżraelin biex jaslu lura Ġerusalemm?

6. Kemm-​il sena għaddiet minn meta l-​art tħalliet vojta għalkollox min-​nies?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Isaija 44:28 u 45:1-​4.

(a) Ġeħova kif enfasizza ċ-​ċertezza tat-​twettiq tal-​profezija dwar Ċiru? (Is. 55:10, 11; Rum. 4:17)

(b) Il-​profezija t’Isaija dwar Ċiru x’turi dwar l-​abbiltà t’Alla Ġeħova li jbassar il-​futur? (Is. 42:9; 45:21; 46:10, 11; 2 Pt. 1:20)

2. Aqra Esdra 1:1-​11.

Biex insegwu l-​eżempju taʼ dawk li ma setgħux imorru lura Ġerusalemm, kif nistgħu aħna llum ‘nappoġġaw’ lil dawk li jistgħu jaqdu fis-​servizz full-​time? (Esd. 1:4, 6; Rum. 12:13; Kol. 4:12)

Storja 81

Fiduċja fl-​Għajnuna t’Alla

1. Kemm hemm nies li jagħmlu l-​vjaġġ twil minn Babilonja sa Ġerusalemm, imma xi jsibu meta jaslu?

2. L-​Iżraelin x’jibdew jibnu wara li jaslu, imma l-​għedewwa tagħhom x’jagħmlu?

3. Min huma Ħaggaj u Żakkarija, u x’jgħidulhom lin-​nies?

4. Tattenaj għala jibgħat ittra Babilonja u liema tweġiba jirċievi?

5. Esdra x’jagħmel meta jsir jaf dwar il-​bżonn li t-​tempju t’Alla jsirulu t-​tiswijiet?

6. Esdra għal xiex qed jitlob fl-​istampa, kif tiġi mwieġba t-​talba tiegħu, u dan x’jgħallimna?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Esdra 3:1-​13.

Jekk qatt insibu ruħna f’post fejn m’hemmx kongregazzjoni tal-​poplu t’Alla, x’għandna nkomplu nagħmlu? (Esd. 3:3, 6; Atti 17:16, 17; Ebr. 13:15)

2. Aqra Esdra 4:1-​7.

Żerubbabel liema eżempju ħalla għan-​nies taʼ Ġeħova dwar taħlit taʼ twemmin differenti? (Eżo. 34:12; 1 Kor. 15:33; 2 Kor. 6:14-​17)

3. Aqra Esdra 5:1-​5, 17 u 6:1-​22.

(a) L-​opponenti għala ma rnexxilhomx iwaqqfu x-​xogħol tal-​bini tat-​tempju? (Esd. 5:5; Is. 54:17)

(b) Dak li għamlu l-​irġiel ixjeħ tal-​Lhud kif iħeġġeġ lill-​anzjani Kristjani jfittxu l-​gwida taʼ Ġeħova meta jiffaċċjaw l-​opponenti? (Esd. 6:14; Salm 32:8; Rum. 8:31; Ġak. 1:5)

4. Aqra Esdra 8:21-​23, 28-​36.

Qabel ma nieħdu xi azzjoni, liema eżempju t’Esdra jkun għaqli għalina li nimitaw? (Esd. 8:23; Salm 127:1; Prov. 10:22; Ġak. 4:13-​15)

Storja 82

Mordekaj u Ester

1. Min huma Mordekaj u Ester?

2. Is-​Sultan Aħasweru għala jrid mara oħra, u lil min jagħżel?

3. Min hu Ħaman, u x’jirrabjah ħafna?

4. Liema liġi ssir, u Ester x’tagħmel wara li tirċievi messaġġ mingħand Mordekaj?

5. X’jiġrilu Ħaman, u x’jiġrilu Mordekaj?

6. L-​Iżraelin kif jinħelsu minn taħt idejn l-​għedewwa tagħhom?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ester 2:12-​18.

Ester kif uriet kemm hu taʼ valur li nikkultivaw “spirtu kwiet u ġwejjed”? (Est. 2:15; 1 Pt. 3:1-​5)

2. Aqra Ester 4:1-​17.

Sewwasew bħalma Ester ngħatat opportunità biex taġixxi għall-​qima vera, liema opportunità ningħataw aħna llum biex nesprimu d-​devozzjoni u l-​lealtà tagħna lejn Ġeħova? (Est. 4:13, 14; Mt. 5:14-​16; 24:14)

3. Aqra Ester 7:1-​6.

Ħafna min-​nies t’Alla llum kif irriskjaw li jiġu persegwitati, bħalma għamlet Ester? (Est. 7:4; Mt. 10:16-​22; 1 Pt. 2:12)

Storja 83

Is-​Swar taʼ Ġerusalemm

1. L-​Iżraelin kif ħassewhom dwar li ma kellhomx swar madwar il-​belt tagħhom taʼ Ġerusalemm?

2. Min hu Neħemija?

3. X’inhu x-​xogħol taʼ Neħemija, u għala hu importanti?

4. Liema aħbar issewwed qalb Neħemija, u x’jagħmel?

5. Is-​Sultan Artaserse kif juri qalb tajba maʼ Neħemija?

6. Neħemija kif jirranġa x-​xogħol tal-​bini b’tali mod li l-​għedewwa tal-​Iżraelin ma jkunux jistgħu jwaqqfuh?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Neħemija 1:4-​6 u 2:1-​20.

Neħemija kif fittex il-​gwida taʼ Ġeħova? (Neħ. 2:4, 5; Rum. 12:12; 1 Pt. 4:7)

2. Aqra Neħemija 3:3-​5.

L-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali x’jistgħu jitgħallmu mill-​kuntrast li hemm bejn it-​Tekogħin u “l-​kbarat” tagħhom? (Neħ. 3:5, 27; 2 Tess. 3:7-​10; 1 Pt. 5:5)

3. Aqra Neħemija 4:1-​23.

(a) X’qanqal lill-​Iżraelin ikomplu jibnu minkejja l-​oppożizzjoni ħarxa? (Neħ. 4:6, 8, 9; Salm 50:15; Is. 65:13, 14)

(b) B’liema mod jinkuraġġina llum l-​eżempju tal-​Iżraelin?

4. Aqra Neħemija 6:15.

Il-​fatt li s-​swar taʼ Ġerusalemm tlestew f’xahrejn x’juri dwar il-​qawwa tal-​fidi? (Salm 56:3, 4; Mt. 17:20; 19:26)

Storja 84

Anġlu Jżur lil Marija

1. Min hi l-​mara fl-​istampa?

2. Gabrijel x’jgħidilha lil Marija?

3. Gabrijel kif jispjega lil Marija li se jkollha tarbija minkejja li qatt m’għexet maʼ raġel?

4. X’jiġri meta Marija żżur lill-​qariba tagħha Eliżabetta?

5. Ġużeppi x’jaħseb meta jsir jaf li Marija se jkollha tarbija, imma għala jibdel fehemtu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Luqa 1:26-​56.

(a) Luqa 1:35 x’jindika dwar kwalunkwe imperfezzjoni t’Adam fil-​bajda taʼ Marija meta l-​ħajja tal-​Iben t’Alla ġiet trasferita mill-​qasam tal-​ispirti? (Ħag. 2:11-​13; Ġw. 6:69; Ebr. 7:26; 10:5)

(b) Ġesù kif ġie onorat anki qabel twieled? (Lq. 1:41-​43)

(ċ) Marija liema eżempju mill-​aqwa pprovdiet għall-​Kristjani llum li jingħataw privileġġi speċjali taʼ servizz? (Lq. 1:38, 46-​49; 17:10; Prov. 11:2)

2. Aqra Mattew 1:18-​25.

Għalkemm Ġesù ma ngħatax l-​isem persunali Emmanuwel, l-​irwol tiegħu bħala bniedem kif wettaq it-​tifsir taʼ dan l-​isem? (Mt. 1:22, 23; Ġw. 14:8-​10; Ebr. 1:1-​3)

Storja 85

Ġesù Jitwieled fi Stalla

1. Min hu t-​tifel ċkejken fl-​istampa, u Marija fejn qed tpoġġih?

2. Ġesù għala twieled fi stalla tal-​annimali?

3. Fl-​istampa, min huma l-​irġiel deħlin fl-​istalla, u anġlu x’qalilhom?

4. Ġesù għala hu speċjali?

5. Ġesù għala jistaʼ jissejjaħ l-​Iben t’Alla?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Luqa 2:1-​20.

(a) Liema sehem kellu Ċesari Awgustu fit-​twettiq tal-​profezija dwar it-​twelid taʼ Ġesù? (Lq. 2:1-​4; Mik. 5:2)

(b) Individwu kif għandu mnejn jiġi inkluż fost dawk li jissejħu “bnedmin taʼ rieda tajba”? (Lq. 2:14; Mt. 16:24; Ġw. 17:3; Atti 3:19; Ebr. 11:6)

(ċ) Jekk dawn ir-​rgħajja minn Ġuda kellhom għal xiex jifirħu minħabba t-​twelid taʼ Salvatur, liema raġuni akbar għandhom il-​qaddejja t’Alla llum biex jifirħu? (Lq. 2:10, 11; Efes. 3:8, 9; Riv. 11:15; 14:6)

Storja 86

Irġiel Gwidati Minn Kewkba

1. Min huma l-​irġiel fl-​istampa, u wieħed minnhom għala qed jipponta lejn kewkba tiddi?

2. B’liema ħaġa ma jiħux pjaċir is-​Sultan Erodi, u x’jagħmel?

3. Il-​kewkba tiddi fejn tiggwida lill-​irġiel, imma għala jmorru lura lejn il-​pajjiż tagħhom minn triq oħra?

4. Erodi x’jikkmanda, u għala?

5. Ġeħova x’jgħid lil Ġużeppi biex jagħmel?

6. Min ġiegħel il-​kewkba ġdida tiddi, u għala?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 2:1-​23.

Kemm kellu żmien Ġesù u fejn kien qed jgħix meta l-​astroloġi żaruh? (Mt. 2:1, 11, 16)

Storja 87

Iż-​Żagħżugħ Ġesù fit-​Tempju

1. Kemm għandu żmien Ġesù fl-​istampa, u fejn qiegħed?

2. Ġużeppi x’jagħmel mal-​familja tiegħu kull sena?

3. Wara li kienu ilhom ġurnata jivvjaġġaw lura d-​dar, Ġużeppi u Marija għala jmorru lura Ġerusalemm?

4. Ġużeppi u Marija fejn isibu lil Ġesù u n-​nies hemmhekk għala jibqgħu skantati?

5. Ġesù x’jgħid lil ommu, Marija?

6. Kif nistgħu nkunu bħal Ġesù f’li nitgħallmu dwar Alla?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Luqa 2:41-​52.

(a) Għalkemm il-​liġi kienet tirrikjedi li l-​irġiel biss jattendu l-​festi taʼ kull sena, x’eżempju mill-​aħjar taw Ġużeppi u Marija għall-​ġenituri llum? (Lq. 2:41; Dt. 16:16; 31:12; Prov. 22:6)

(b) Ġesù kif ta eżempju tajjeb liż-​żgħażagħ illum biex ikunu sottomessi lejn il-​ġenituri tagħhom? (Lq. 2:51; Dt. 5:16; Prov. 23:22; Kol. 3:20)

2. Aqra Mattew 13:53-​56.

Liema erbaʼ aħwa taʼ Ġesù mill-​omm huma msemmijin fil-​Bibbja, u tnejn minnhom kif intużaw iktar ’il quddiem fil-​kongregazzjoni Kristjana? (Mt. 13:55; Atti 12:17; 15:6, 13; 21:18; Gal. 1:19; Ġak. 1:1; Ġuda 1)

Storja 88

Ġwanni Jgħammed lil Ġesù

1. Min huma ż-​żewġt irġiel fl-​istampa?

2. Persuna kif tiġi mgħammda?

3. Ġwanni lil min jgħammed is-​soltu?

4. Għal liema raġuni speċjali Ġesù jitlob lil Ġwanni biex jgħammdu?

5. Alla kif juri li jieħu gost bil-​magħmudija taʼ Ġesù?

6. X’jiġri meta Ġesù jitlaq lejn post għall-​kwiet għal 40 jum?

7. Min huma xi wħud mill-​ewwel segwaċi, jew dixxipli, taʼ Ġesù, u x’inhu l-​ewwel miraklu tiegħu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 3:13-​17.

Liema eżempju ħalla Ġesù għall-​magħmudija tad-​dixxipli tiegħu? (Salm 40:7, 8; Mt. 28:19, 20; Lq. 3:21, 22)

2. Aqra Mattew 4:1-​11.

Il-​mod tas-​sengħa kif Ġesù uża l-​Iskrittura kif jinkuraġġina biex nistudjaw il-​Bibbja regolarment? (Mt. 4:5-​7; 2 Pt. 3:17, 18; 1 Ġw. 4:1)

3. Aqra Ġwanni 1:29-​51.

Ġwanni l-​Għammied lejn min idderieġa d-​dixxipli tiegħu, u kif nistgħu nimitawh illum? (Ġw. 1:29, 35, 36; 3:30; Mt. 23:10)

4. Aqra Ġwanni 2:1-​12.

L-​ewwel miraklu taʼ Ġesù kif wera li Ġeħova ma jżommx lura kwalunkwe ħaġa tajba mill-​qaddejja Tiegħu? (Ġw. 2:9, 10; Salm 84:11; Ġak. 1:17)

Storja 89

Ġesù Jnaddaf it-​Tempju

1. Għala qed jinbiegħu l-​annimali fit-​tempju?

2. X’jirrabja lil Ġesù?

3. Bħalma tistaʼ tara fl-​istampa, x’jagħmel Ġesù, u liema ordni jagħti lill-​irġiel li qed ibigħu l-​ħamiem?

4. Meta s-​segwaċi taʼ Ġesù jaraw x’inhu jagħmel, fiex jiftakru?

5. Minn liema distrett jgħaddi Ġesù hu u sejjer lura lejn il-​Galilija?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġwanni 2:13-​25.

Meta nqisu li Ġesù rrabja minħabba s-​sarrafa tal-​flus fit-​tempju, liema hi l-​ħarsa xierqa lejn attivitajiet kummerċjali fis-​Sala tas-​Saltna? (Ġw. 2:15, 16; 1 Kor. 10:24, 31-​33)

Storja 90

Mal-​Mara Ħdejn il-​Bir

1. Ġesù għala waqaf ħdejn bir fis-​Samarija, u x’qed jgħidilha lill-​mara hawnhekk?

2. Il-​mara għala hi sorpriża, u Ġesù x’jgħidilha, u għala?

3. Liema tip t’ilma l-​mara taħseb li qed jitkellem dwaru Ġesù, imma hu għal liema ilma qed jirreferi fir-​realtà?

4. Il-​mara għala tibqaʼ skantata dwar dak li jaf fuqha Ġesù, u kif ġab din l-​informazzjoni?

5. Liema tagħlim nistgħu nitgħallmu mir-​rakkont tal-​mara ħdejn il-​bir?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġwanni 4:5-​43.

(a) Biex insegwu l-​eżempju taʼ Ġesù, liema attitudni għandu jkollna lejn nies taʼ razza jew soċjetà differenti? (Ġw. 4:9; 1 Kor. 9:22; 1 Tim. 2:3, 4; Titu 2:11)

(b) Liema benefiċċji spiritwali jkollu individwu li jsir dixxiplu taʼ Ġesù? (Ġw. 4:14; Is. 58:11; 2 Kor. 4:16)

(ċ) Kif nistgħu nuru apprezzament bħal tal-​mara Samaritana li kienet ħerqana taqsam m’oħrajn dak li tgħallmet? (Ġw. 4:7, 28; Mt. 6:33; Lq. 10:40-​42)

Storja 91

Ġesù Jgħallem fuq Muntanja

1. Fl-​istampa, fejn qed jgħallem Ġesù, u min huma dawk li qegħdin bilqiegħda l-​iktar viċin tiegħu?

2. X’inhuma l-​ismijiet tat-​12-​il appostlu?

3. X’inhi s-​Saltna li qed jipprietka dwarha Ġesù?

4. Ġesù għal xiex jgħallimhom jitolbu lin-​nies?

5. Ġesù x’jgħid dwar kif in-​nies għandhom jittrattaw lil xulxin?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 5:1-​12.

B’liema modi nistgħu nuru li aħna konxji tal-​bżonn spiritwali tagħna? (Mt. 5:3; Rum. 10:13-​15; 1 Tim. 4:13, 15, 16)

2. Aqra Mattew 5:21-​26.

Mattew 5:23, 24 kif jenfasizza li r-​relazzjoni tagħna maʼ ħutna spiritwali teffettwa r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova? (Mt. 6:14, 15; Salm 133:1; Kol. 3:13; 1 Ġw. 4:20)

3. Aqra Mattew 6:1-​8.

Liema huma xi modi, li l-​Kristjani għandhom jevitaw għalkollox, taʼ kif individwu juri li hu tajjeb f’għajnejh stess? (Lq. 18:11, 12; 1 Kor. 4:6, 7; 2 Kor. 9:7)

4. Aqra Mattew 6:25-​34.

Ġesù x’għallem dwar il-​bżonn li nafdaw f’Ġeħova għall-​provvedimenti materjali tagħna? (Eżo. 16:4; Salm 37:25; Flp. 4:6)

5. Aqra Mattew 7:1-​11.

X’tgħallimna t-​tixbiha ħajja li tinsab f’Mattew 7:5? (Prov. 26:12; Rum. 2:1; 14:10; Ġak. 4:11, 12)

Storja 92

Ġesù Jqajjem lill-​Mejtin

1. Min hu missier it-​tifla fl-​istampa, u hu u martu għala huma inkwetati ħafna?

2. Ġajru x’jagħmel meta jsib lil Ġesù?

3. X’jiġri meta Ġesù jkun sejjer f’dar Ġajru, u liema messaġġ jirċievi Ġajru hu u sejjer?

4. In-​nies f’dar Ġajru għala jidħqu b’Ġesù?

5. Wara li jieħu tlieta mill-​appostli u l-​ġenituri tat-​tifla fil-​kamra tat-​tifla, x’jagħmel Ġesù?

6. Ġesù lil min iktar qajjem mill-​mewt, u dan x’jurina?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Luqa 8:40-​56.

Ġesù kif wera mogħdrija u raġunevolezza lill-​mara bi tnixxija tad-​demm, u l-​anzjani Kristjani llum x’jistgħu jitgħallmu minn dan? (Lq. 8:43, 44, 47, 48; Lev. 15:25-​27; Mt. 9:12, 13; Kol. 3:12-​14)

2. Aqra Luqa 7:11-​17.

Dawk li tilfu lil xi ħadd maħbub fil-​mewt għala jistgħu jsibu ħafna faraġ fil-​mod kif Ġesù rreaġixxa mal-​armla minn Najn? (Lq. 7:13; 2 Kor. 1:3, 4; Ebr. 4:15)

3. Aqra Ġwanni 11:17-​44.

Ġesù kif wera li hu normali li tibki minħabba l-​mewt taʼ xi ħadd maħbub? (Ġw. 11:33-​36, 38; 2 Sam. 18:33; 19:1-​4)

Storja 93

Ġesù Jitmaʼ Ħafna Nies

1. Liema ħaġa terribbli tiġri lil Ġwanni l-​Għammied, u Ġesù kif iħossu dwar dan?

2. Ġesù kif jitmaʼ lill-​folol li ġew warajh, u kemm jifdal ikel?

3. Id-​dixxipli għala jibżgħu matul il-​lejl, u x’jiġri lil Pietru?

4. Ġesù kif jitmaʼ eluf taʼ nies għal darba oħra?

5. Għala se jkun tal-​għaġeb meta Ġesù jaħkem l-​art bħala s-​Sultan t’Alla?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 14:1-​32.

(a) Ir-​rakkont f’​Mattew 14:23-​32 x’jgħallimna dwar il-​personalità taʼ Pietru?

(b) Ir-​rakkont Skritturali kif jindika li Pietru mmatura u ma baqax jaġixxi bla ħsieb? (Mt. 14:27-​30; Ġw. 18:10; 21:7; Atti 2:14, 37-​40; 1 Pt. 5:6, 10)

2. Aqra Mattew 15:29-​38.

Ġesù kif wera rispett għall-​provvedimenti materjali mingħand Missieru? (Mt. 15:37; Ġw. 6:12; Kol. 3:15)

3. Aqra Ġwanni 6:1-​21.

Il-​Kristjani llum kif jistgħu jsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù fejn jidħol il-​gvern? (Ġw. 6:15; Mt. 22:21; Rum. 12:2; 13:1-​4)

Storja 94

Hu Jħobb lit-​Tfal Żgħar

1. L-​appostli dwar xiex qed jargumentaw fit-​triq lura minn vjaġġ twil?

2. Ġesù għala jsejjaħ lil tifel żgħir u jqiegħdu f’nofs l-​appostli?

3. L-​appostli b’liema mod għandhom jitgħallmu jkunu bħal tfal żgħar?

4. Ftit xhur wara, Ġesù kif juri li jħobb lit-​tfal?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 18:1-​4.

Ġesù għala uża t-​tixbihat biex jgħallem? (Mt. 13:34, 36; Mk. 4:33, 34)

2. Aqra Mattew 19:13-​15.

Liema kwalitajiet tat-​tfal żgħar għandna nimitaw jekk irridu jkollna l-​barkiet tas-​Saltna? (Salm 25:9; 138:6; 1 Kor. 14:20)

3. Aqra Marku 9:33-​37.

Ġesù x’għallem lid-​dixxipli tiegħu dwar li jkunu jridu pożizzjonijiet għoljin? (Mk. 9:35; Mt. 20:25, 26; Gal. 6:3; Flp. 2:5-​8)

4. Aqra Marku 10:13-​16.

Kemm kien avviċinabbli Ġesù, u l-​anzjani Kristjani x’jistgħu jitgħallmu mill-​eżempju tiegħu? (Mk. 6:30-​34; Flp. 2:1-​4; 1 Tim. 4:12)

Storja 95

Kif Jgħallem Ġesù

1. X’mistoqsija jistaqsi raġel lil Ġesù, u għala?

2. Ġesù x’juża xi kultant biex jgħallem, u x’diġà tgħallimna dwar il-​Lhud u s-​Samaritani?

3. Fl-​istorja li jgħid Ġesù, x’jiġri lir-​raġel Lhudi li jkun qed jivvjaġġa fit-​triq lejn Ġeriko?

4. X’jiġri meta jgħaddu mit-​triq qassis Lhudi u Levita?

5. Fl-​istampa, min qed jgħin lil-​Lhudi mweġġaʼ?

6. Wara li Ġesù jispiċċa l-​istorja, x’mistoqsija jistaqsi, u r-​raġel kif iwieġeb?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Luqa 10:25-​37.

(a) Minflok ma ta tweġiba diretta, Ġesù kif għen lil raġel midħla tal-​liġi biex jirraġuna fuq ċerta kwistjoni? (Lq. 10:26; Mt. 16:13-​16)

(b) Ġesù kif uża t-​tixbihat biex jegħleb il-​preġudizzju min-​naħa tas-​semmiegħa tiegħu? (Lq. 10:36, 37; 18:9-​14; Titu 1:9)

Storja 96

Ġesù Jfejjaq lill-​Morda

1. Ġesù x’jagħmel hekk kif jivvjaġġa tul il-​pajjiż?

2. Ġesù x’jgħid lill-​appostli tiegħu xi tliet snin wara li tgħammed?

3. Min huma n-​nies fl-​istampa, u Ġesù x’jagħmel għall-​mara?

4. It-​tweġiba taʼ Ġesù għal dak li jgħidu l-​mexxejja reliġjużi għala ġġegħelhom jistħu?

5. Ġesù x’jagħmel għal żewġ tallaba għomja meta hu u l-​appostli tiegħu jaslu ħdejn Ġeriko?

6. Ġesù għala jagħmel il-​mirakli?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 15:30, 31.

X’turija mill-​isbaħ tal-​qawwa taʼ Ġeħova tintwera permezz taʼ Ġesù, u kif għandha teffettwa l-​fehma tagħna dwar dak li wiegħed Ġeħova għad-​dinja l-​ġdida? (Salm 37:29; Is. 33:24)

2. Aqra Luqa 13:10-​17.

Il-​fatt li Ġesù wettaq xi ftit mill-​iktar mirakli li jispikkaw f’jum is-​Sabat kif juri t-​tip taʼ serħan li hu se jġib għall-​umanità matul il-​Ħakma Millenjali tiegħu? (Lq. 13:10-​13; Salm 46:9; Mt. 12:8; Kol. 2:16, 17; Riv. 21:1-​4)

3. Aqra Mattew 20:29-​34.

Dan ir-​rakkont kif juri li Ġesù qatt ma kellu wisq x’jagħmel biex jgħin lin-​nies, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Dt. 15:7; Ġak. 2:15, 16; 1 Ġw. 3:17)

Storja 97

Ġesù Jiġi Bħala s-​Sultan

1. Meta Ġesù jasal f’raħal żgħir ħdejn Ġerusalemm, x’jgħid lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu?

2. Fl-​istampa x’jiġri meta Ġesù jasal qrib il-​belt taʼ Ġerusalemm?

3. X’jagħmlu t-​tfal żgħar meta jaraw lil Ġesù jfejjaq lin-​nies għomja u zopop?

4. Ġesù x’jgħid lill-​qassisin irrabjati?

5. Kif nistgħu nkunu bħat-​tfal li jfaħħru lil Ġesù?

6. Xi jridu jkunu jafu d-​dixxipli?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 21:1-​17.

(a) Id-​dħul taʼ Ġesù f’Ġerusalemm bħala s-​Sultan kif kien differenti mid-​dħul tal-​ġenerali rebbiħin taż-​żminijiet Rumani? (Mt. 21:4, 5; Żak. 9:9; Flp. 2:5-​8; Kol. 2:15)

(b) X’lezzjoni jistgħu jitgħallmu t-​tfal mis-​subien Iżraelin li kkwotaw minn Salm 118 hekk kif Ġesù daħal fit-​tempju? (Mt. 21:9, 15; Salm 118:25, 26; 2 Tim. 3:15; 2 Pt. 3:18)

2. Aqra Ġwanni 12:12-​16.

Xi ssimbolizza l-​użu tal-​friegħi tal-​palm min-​nies li laqgħu lil Ġesù? (Ġw. 12:13; Flp. 2:10; Riv. 7:9, 10)

Storja 98

Fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ

1. Fl-​istampa, liema raġel hu Ġesù, u min hemm miegħu?

2. Il-​qassisin xi pprovaw jagħmlu lil Ġesù fit-​tempju, u Ġesù x’qalilhom?

3. L-​appostli x’jistaqsu lil Ġesù?

4. Ġesù għala jgħid lill-​appostli tiegħu ftit mill-​affarijiet li se jkunu qed jiġru fuq l-​art meta jkun qed jaħkem bħala s-​Sultan mis-​sema?

5. Ġesù x’jgħid li se jiġri qabel ma jġib fi tmiem il-​ħażen kollu fuq l-​art?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 23:1-​39.

(a) Għalkemm l-​Iskrittura turi li l-​użu taʼ titli sekulari jistaʼ jkun xieraq, il-​kliem taʼ Ġesù f’Mattew 23:8-​11 x’juri dwar l-​użu taʼ titli taʼ tifħir fil-​kongregazzjoni Kristjana? (Atti 26:25; Rum. 13:7; 1 Pt. 2:13, 14)

(b) Il-​Fariżej x’użaw biex jipprovaw iwaqqfu lin-​nies milli jsiru Kristjani, u l-​mexxejja reliġjużi kif użaw metodi simili fi żminijiet moderni? (Mt. 23:13; Lq. 11:52; Ġw. 9:22; 12:42; 1 Tess. 2:16)

2. Aqra Mattew 24:1-​14.

(a) Kif tiġi enfasizzata l-​importanza tas-​sabar f’Mattew 24:13?

(b) Xi tfisser l-​espressjoni “t-​tmiem” f’Mattew 24:13? (Mt. 16:27; Rum. 14:10-​12; 2 Kor. 5:10)

3. Aqra Marku 13:3-​10.

Liema espressjoni f’Marku 13:10 turi kemm hu urġenti li nippritkaw l-​aħbar tajba, u kliem Ġesù kif għandu jeffettwana? (Rum. 13:11, 12; 1 Kor. 7:29-​31; 2 Tim. 4:2)

Storja 99

F’Kamra taʼ Fuq

1. Bħalma jidher fl-​istampa, Ġesù u t-​12-​il appostlu tiegħu għala qegħdin f’kamra taʼ fuq kbira?

2. Min hu r-​raġel li ħiereġ, u x’sejjer jagħmel?

3. Liema ikla speċjali jibda Ġesù wara li tispiċċa l-​ikla tal-​Qbiż?

4. Il-​Qbiż dwar liema ġrajja kien ifakkar lill-​Iżraelin, u din l-​ikla speċjali dwar xiex tfakkar lis-​segwaċi taʼ Ġesù?

5. Wara l-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej, Ġesù x’jgħid lis-​segwaċi tiegħu, u x’jagħmlu?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 26:14-​30.

(a) Mattew 26:15 kif juri li Ġuda ttradixxa lil Ġesù għax ried hu?

(b) Id-​demm imxerred taʼ Ġesù liema skop doppju jwettaq? (Mt. 26:27, 28; Ġer. 31:31-​33; Efes. 1:7; Ebr. 9:19, 20)

2. Aqra Luqa 22:1-​39.

Satana f’liema sens daħal f’Ġuda? (Lq. 22:3; Ġw. 13:2; Atti 1:24, 25)

3. Aqra Ġwanni 13:1-​20.

(a) Meta nqisu r-​rakkont fi Ġwanni 13:2, jistaʼ jingħata t-​tort Ġuda għal dak li għamel, u x’lezzjoni jistgħu jitgħallmu l-​qaddejja t’Alla minn dan? (Ġen. 4:7; 2 Kor. 2:11; Gal. 6:1; Ġak. 1:13, 14)

(b) X’lezzjoni bi prinċipju ta Ġesù? (Ġw. 13:15; Mt. 23:11; 1 Pt. 2:21)

4. Aqra Ġwanni 17:1-​26.

Ġesù f’liema sens talab biex is-​segwaċi tiegħu jkunu “ħaġa waħda”? (Ġw. 17:11, 21-​23; Rum. 13:8; 14:19; Kol. 3:14)

Storja 100

Ġesù fil-​Ġnien

1. Ġesù u l-​appostli tiegħu fejn imorru wara li jitilqu mill-​kamra taʼ fuq, u x’jgħidilhom biex jagħmlu?

2. Xi jkunu qed jagħmlu l-​appostli meta Ġesù jiġi lura ħdejhom, u kemm-​il darba jiġri dan?

3. Min jidħol fil-​ġnien, u Ġuda l-​Iskarjota x’jagħmel, kif jidher fl-​istampa?

4. Ġuda għala jbus lil Ġesù, u Pietru x’jagħmel?

5. Ġesù x’jgħid lil Pietru, imma Ġesù għala ma jitlobx lil Alla biex jibgħatlu xi anġli?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 26:36-​56.

(a) Il-​mod kif Ġesù ta parir lid-​dixxipli tiegħu kif inhu t’eżempju mill-​aħjar għall-​anzjani Kristjani llum? (Mt. 20:25-​28; 26:40, 41; Gal. 5:17; Efes. 4:29, 31, 32)

(b) Ġesù kif qies l-​użu tal-​armi kontra l-​proxxmu? (Mt. 26:52; Lq. 6:27, 28; Ġw. 18:36)

2. Aqra Luqa 22:39-​53.

Indika l-​fatt li deher anġlu lil Ġesù fil-​ġnien tal-​Ġetsemani biex isaħħu li Ġesù kien qed jiddgħajjef fil-​fidi? Spjega. (Lq. 22:41-​43; Is. 49:8; Mt. 4:10, 11; Ebr. 5:7)

3. Aqra Ġwanni 18:1-​12.

Ġesù kif ipproteġa lid-​dixxipli tiegħu minn dawk li opponewh, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan l-​eżempju? (Ġw. 10:11, 12; 18:1, 6-​9; Ebr. 13:6; Ġak. 2:25)

Storja 101

Ġesù Jiġi Maqtul

1. Min hu responsabbli primarjament għall-​mewt taʼ Ġesù?

2. L-​appostli x’jagħmlu meta Ġesù jittieħed mill-​mexxejja reliġjużi?

3. X’jiġri fid-​dar taʼ Kajfa, il-​qassis il-​kbir?

4. Pietru għala joħroġ u jibki?

5. Wara li Ġesù reġaʼ ntbagħat għand Pilatu, il-​qassisin ewlenin x’jgħajtu?

6. X’jiġri lil Ġesù kmieni l-​Ġimgħa waranofsinhar, u xi jwiegħed lil raġel kriminali li jkun imdendel fuq zokk maġenbu?

7. Fejn se tkun il-​Ġenna li tkellem dwarha Ġesù?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 26:57-​75.

Il-​membri tal-​qorti superjuri Lhudija kif urew li qalbhom kienet mill-​agħar? (Mt. 26:59, 67, 68)

2. Aqra Mattew 27:1-​50.

Għala nistgħu ngħidu li r-​rimors li ħass Ġuda ma kienx ġenwin? (Mt. 27:3, 4; Mk. 3:29; 14:21; 2 Kor. 7:10, 11)

3. Aqra Luqa 22:54-​71.

X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-​fatt li Pietru ċaħad lil Ġesù fil-​lejla li ġie tradut u arrestat? (Lq. 22:60-​62; Mt. 26:31-​35; 1 Kor. 10:12)

4. Aqra Luqa 23:1-​49.

Ġesù kif irreaġixxa għall-​inġustizzja li saritlu, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Lq. 23:33, 34; Rum. 12:17-​19; 1 Pt. 2:23)

5. Aqra Ġwanni 18:12-​40.

X’nistgħu nitgħallmu mill-​fatt li għalkemm Pietru għal mument ġie megħlub mill-​biżaʼ tal-​bniedem iktar tard sar appostlu li jispikka? (Ġw. 18:25-​27; 1 Kor. 4:2; 1 Pt. 3:14, 15; 5:8, 9)

6. Aqra Ġwanni 19:1-​30.

(a) Liema ħarsa bilanċjata kellu Ġesù lejn l-​affarijiet materjali? (Ġw. 2:1, 2, 9, 10; 19:23, 24; Mt. 6:31, 32; 8:20)

(b) L-​aħħar kliem li lissen Ġesù qabel ma miet kif kien dikjarazzjoni trijonfanti li kien appoġġa s-​sovranità taʼ Ġeħova? (Ġw. 16:33; 19:30; 2 Pt. 3:14; 1 Ġw. 5:4)

Storja 102

Ġesù Hu Ħaj

1. Min hi l-​mara fl-​istampa, min huma ż-​żewġt irġiel, u fejn huma?

2. Pilatu għala jgħid lill-​qassisin biex jibagħtu xi suldati għassa mal-​qabar taʼ Ġesù?

3. X’jagħmel anġlu kmieni fit-​tielet jum wara l-​mewt taʼ Ġesù, imma l-​qassisin x’jagħmlu?

4. Xi nisa għala jibqgħu skantati meta jżuru l-​qabar taʼ Ġesù?

5. Pietru u Ġwanni għala jiġru lejn il-​qabar taʼ Ġesù, u xi jsibu?

6. X’ġara mill-​ġisem taʼ Ġesù, imma x’jagħmel biex juri lid-​dixxipli li hu ħaj?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Mattew 27:62-​66 u 28:1-​15.

Il-​qassisin ewlenin, il-​Fariżej, u l-​irġiel ixjeħ kif dinbu kontra l-​ispirtu qaddis fiż-​żmien tal-​irxoxt taʼ Ġesù? (Mt. 12:24, 31, 32; 28:11-​15)

2. Aqra Luqa 24:1-​12.

Ir-​rakkont tal-​irxoxt taʼ Ġesù kif juri li Ġeħova jqis lin-​nisa bħala xhieda taʼ min joqgħod fuqhom? (Lq. 24:4, 9, 10; Mt. 28:1-​7)

3. Aqra Ġwanni 20:1-​12.

Ġwanni 20: 8, 9 kif jgħinna naraw il-​bżonn taʼ li nkunu paċenzjużi jekk ma nifhmux bis-​sħiħ it-​twettiq taʼ profezija Biblika? (Prov. 4:18; Mt. 17:22, 23; Lq. 24:5-​8; Ġw. 16:12)

Storja 103

F’Kamra Msakkra

1. Marija x’tgħid lil wieħed raġel li taħsbu dak li jieħu ħsieb il-​ġnien, imma xi jġegħelha tinduna li hu fil-​fatt Ġesù?

2. X’jiġri lil żewġ dixxipli li huma mexjin lejn ir-​raħal t’Għemmaws?

3. Liema ħaġa tal-​għaġeb tiġri meta żewġ dixxipli jgħidu lill-​appostli li raw lil Ġesù?

4. Ġesù kemm-​il darba deher lis-​segwaċi tiegħu?

5. Tumas x’jgħid meta jsir jaf li d-​dixxipli raw il-​Mulej, imma x’jiġri tmint ijiem wara?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġwanni 20:11-​29.

Fi Ġwanni 20:23, kien Ġesù qed jgħid li l-​bnedmin għandhom l-​awtorità biex jaħfru d-​dnubiet? Spjega. (Salm 49:2, 7; Is. 55:7; 1 Tim. 2:5, 6; 1 Ġw. 2:1, 2)

2. Aqra Luqa 24:13-​43.

Kif nistgħu nħejju qalbna biex tkun lesta taċċetta l-​veritajiet tal-​Bibbja? (Lq. 24:32, 33; Esd. 7:10; Mt. 5:3; Atti 16:14; Ebr. 5:11-​14)

Storja 104

Ġesù Jmur Lura s-​Sema

1. Kemm-​il dixxiplu jara lil Ġesù darba minnhom, u dwar xiex ikellimhom?

2. X’inhi s-​Saltna t’Alla, u l-​ħajja fuq l-​art kif se tkun meta Ġesù jaħkem bħala Sultan għal elf sena?

3. Ġesù kemm ilu jidher lid-​dixxipli tiegħu, imma issa x’għandu jagħmel?

4. Eżatt qabel ma jitlaq lid-​dixxipli tiegħu, Ġesù x’jgħidilhom biex jagħmlu?

5. X’qed jiġri fl-​istampa, u x’jgħattih lil Ġesù?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra l-​1 Korintin 15:3-​8.

L-​appostlu Pawlu għala setaʼ jitkellem b’daqstant fiduċja dwar l-​irxoxt taʼ Ġesù, u llum il-​Kristjani dwar liema affarijiet jistgħu jitkellmu bil-​fiduċja? (1 Kor. 15:4, 7, 8; Is. 2:2, 3; Mt. 24:14; 2 Tim. 3:1-​5)

2. Aqra Atti 1:1-​11.

Ix-​xogħol tal-​ippritkar kemm infirex, bħalma kien imbassar f’Atti 1:8? (Atti 6:7; 9:31; 11:19-​21; Kol. 1:23)

Storja 105

Jistennew f’Ġerusalemm

1. Bħalma turi l-​istampa, x’jiġri lis-​segwaċi taʼ Ġesù li kienu qed jistennew f’Ġerusalemm?

2. Biex jibqgħu mbellhin il-​viżitaturi f’Ġerusalemm?

3. Pietru x’jispjega lin-​nies?

4. In-​nies kif iħossuhom wara li semgħu lil Pietru, u x’jgħidilhom jagħmlu?

5. Kemm jitgħammdu nies dakinhar taʼ Pentekoste tas-​sena 33 E.K.?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 2:1-​47.

(a) Kliem Pietru li nsibu f’Atti 2:23, 36 kif juri li l-​ġens Lhudi kollu kemm hu kien responsabbli għall-​mewt taʼ Ġesù? (1 Tess. 2:14, 15)

(b) Pietru kif kien t’eżempju tajjeb f’li jirraġuna mill-​Iskrittura? (Atti 2:16, 17, 29, 31, 36, 39; Kol. 4:6)

(ċ) Pietru kif uża l-​ewwel wieħed mill-​“imfietaħ tas-​saltna tas-​smewwiet” li Ġesù kien wiegħdu li jagħtih? (Atti 2:14, 22-​24, 37, 38; Mt. 16:19)

Storja 106

Jinħelsu mill-​Ħabs

1. X’jiġri lil Pietru u Ġwanni darba waranofsinhar waqt li jkunu deħlin fit-​tempju?

2. Pietru x’jgħid lil raġel zopp, u Pietru x’jagħtih li hu iktar taʼ valur mill-​flus?

3. Il-​mexxejja reliġjużi għala jirrabjaw, u x’jagħmlu lil Pietru u Ġwanni?

4. Pietru x’jgħid lill-​mexxejja reliġjużi, u xi twissija jingħataw l-​appostli?

5. Il-​mexxejja reliġjużi għala jgħiru, imma x’jiġri meta l-​appostli jiġu mitfugħin il-​ħabs it-​tieni darba?

6. L-​appostli kif iwieġbu meta jittieħdu fis-​sala tas-​Sinedriju?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 3:1-​10.

Għalkemm ma ngħatajniex il-​qawwa biex inwettqu l-​mirakli llum, il-​kliem taʼ Pietru mniżżel f’Atti 3:6 kif jgħinna napprezzaw il-​valur tal-​messaġġ tas-​Saltna? (Ġw. 17:3; 2 Kor. 5:18-​20; Flp. 3:8)

2. Aqra Atti 4:1-​31.

Meta niffaċċjaw l-​oppożizzjoni fil-​ministeru, b’liema mod għandna nimitaw lil ħutna Kristjani tal-​ewwel seklu? (Atti 4:29, 31; Efes. 6:18-​20; 1 Tess. 2:2)

3. Aqra Atti 5:17-​42.

Nies li mhumiex xhieda kif urew li huma raġunevoli fejn jidħol ix-​xogħol tal-​ippritkar, kemm fil-​passat kif ukoll fil-​preżent? (Atti 5:34-​39)

Storja 107

Stiefnu Jiġi Mħaġġar

1. Min hu Stiefnu, u Alla x’kien qed jgħinu jagħmel?

2. Stiefnu x’jgħid li jirrabja ħafna lill-​mexxejja reliġjużi?

3. Meta l-​irġiel ikaxkru lil Stiefnu ’l barra mill-​belt, x’jagħmlulu?

4. Fl-​istampa, min hu r-​raġel żagħżugħ li qiegħed bilwieqfa ħdejn l-​ilbiesi?

5. Stiefnu x’jitlob lil Ġeħova qabel ma jmut?

6. Bħal Stiefnu x’għandna nagħmlu meta xi ħadd jagħmlilna xi ħaġa ħażina?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 6:8-​15.

Liema prattiki qarriqin użaw il-​mexxejja reliġjużi biex jipprovaw iwaqqfu x-​xogħol tal-​ippritkar tax-​Xhieda taʼ Ġeħova? (Atti 6:9, 11, 13)

2. Aqra Atti 7:1-​60.

(a) X’għen lil Stiefnu jkun effettiv f’li jiddefendi l-​aħbar tajba quddiem is-​Sinedriju, u x’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju tiegħu? (Atti 7:51-​53; Rum. 15:4; 2 Tim. 3:14-​17; 1 Pt. 3:15)

(b) X’attitudni għandna nikkultivaw lejn dawk li jopponu xogħolna? (Atti 7:58-​60; Mt. 5:44; Lq. 23:33, 34)

Storja 108

Fit-​Triq Lejn Damasku

1. Sawl x’jagħmel wara li jiġi maqtul Stiefnu?

2. Meta Sawl ikun fi triqtu lejn Damasku, liema ħaġa tal-​għaġeb tiġri?

3. Ġesù x’jgħid lil Sawl biex jagħmel?

4. Ġesù x’jgħid lil Ananija biex jagħmel, u Sawl kif jerġaʼ jibda jara?

5. B’liema isem isir magħruf Sawl, u mbagħad hu kif jiġi użat?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 8:1-​4.

Il-​ħafna persekuzzjoni li qamet kontra l-​kongregazzjoni Kristjana bikrija kif serviet biex tinxtered il-​fidi Kristjana, u liema ħaġa simili ġrat fi żminijiet moderni? (Atti 8:4; Is. 54:17)

2. Aqra Atti 9:1-​20.

Ġesù liema missjoni bi tliet għanijiet kellu pjanat għal Sawl? (Atti 9:15; 13:5; 26:1; 27:24; Rum. 11:13)

3. Aqra Atti 22:6-​16.

Kif nistgħu nkunu bħal Ananija, u dan għala hu importanti? (Atti 22:12; 1 Tim. 3:7; 1 Pt. 1:14-​16; 2:12)

4. Aqra Atti 26:8-​20.

Il-​konverżjoni taʼ Sawl għall-​Kristjanità kif inhi taʼ inkuraġġiment għal dawk illum li għandhom is-​sieħeb jew is-​sieħba fiż-​żwieġ li mhumiex tal-​istess twemmin? (Atti 26:11; 1 Tim. 1:14-​16; 2 Tim. 4:2; 1 Pt. 3:1-​3)

Storja 109

Pietru Jmur Għand Kornelju

1. Min hu r-​raġel fl-​istampa li qed imil?

2. X’jgħid anġlu lil Kornelju?

3. Alla xi jġiegħel li jara Pietru meta dan ikun fuq il-​bejt taʼ dar Xmun f’Ġaffa?

4. Pietru għala jgħid lil Kornelju li m’għandux imil u jqimu?

5. Għala jistagħġbu d-​dixxipli Lhud li huma maʼ Pietru?

6. X’lezzjoni importanti għandna nitgħallmu miż-​żjara taʼ Pietru lil Kornelju?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 10:1-​48.

Kliem Pietru f’Atti 10:42 x’juri dwar ix-​xogħol tal-​ippritkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna? (Mt. 28:19; Mk. 13:10; Atti 1:8)

2. Aqra Atti 11:1-​18.

X’attitudni wera Pietru meta d-​direzzjoni taʼ Ġeħova għall-​Ġentili saret ovvja, u kif nistgħu nimitaw l-​eżempju tiegħu? (Atti 11:17, 18; 2 Kor. 10:5; Efes. 5:17)

Storja 110

Timotju—Għajnuna Ġdida Għal Pawlu

1. Min hu r-​raġel żagħżugħ fl-​istampa, fejn jgħix, u x’jisimhom ommu u nanntu?

2. Timotju x’jgħid meta Pawlu jistaqsih jekk iridx jingħaqad maʼ Sila u Pawlu biex jipprietka lin-​nies li jgħixu ’l bogħod?

3. Is-​segwaċi taʼ Ġesù f’liema post jissejħu Kristjani għall-​ewwel darba?

4. Wara li Pawlu, Sila, u Timotju jitilqu minn Listra, liema huma xi bliet li jżuru?

5. Timotju kif jgħin lil Pawlu, u ż-​żgħażagħ x’mistoqsija għandhom jistaqsu lilhom infushom?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 9:19-​30.

L-​appostlu Pawlu kif wera l-​għaqal meta ffaċċja l-​oppożizzjoni għall-​aħbar tajba? (Atti 9:22-​25, 29, 30; Mt. 10:16)

2. Aqra Atti 11:19-​26.

Ir-​rakkont imniżżel f’Atti 11:19-​21, 26 kif juri li l-​ispirtu taʼ Ġeħova qed jiggwida u jidderieġi x-​xogħol tal-​ippritkar?

3. Aqra Atti 13:13-​16, 42-​52.

Atti 13:51, 52 kif juri li d-​dixxipli ma ħallewx l-​oppożizzjoni taqtgħalhom qalbhom? (Mt. 10:14; Atti 18:6; 1 Pt. 4:14)

4. Aqra Atti 14:1-​6, 19-​28.

L-​espressjoni “rħewhom f’idejn Ġeħova” kif tgħinna ma nkunux ansjużi bla bżonn hekk kif ngħinu lil uħud ġodda? (Atti 14:21-​23; 20:32; Ġw. 6:44)

5. Aqra Atti 16:1-​5.

Il-​fatt li Timotju kien lest jissottometti ruħu u jiġi ċirkonċiż kif jenfasizza l-​importanza taʼ li ‘nagħmlu kollox minħabba l-​aħbar tajba’? (Atti 16:3; 1 Kor. 9:23; 1 Tess. 2:8)

6. Aqra Atti 18:1-​11, 18-​22.

Atti 18:9, 10 x’jindika dwar l-​involviment persunali taʼ Ġesù f’li jidderieġi x-​xogħol tal-​ippritkar, u dan x’fiduċja jagħtina llum? (Mt. 28:20)

Storja 111

Tifel li Marret Għajnu Bih

1. Fl-​istampa, min hu t-​tifel mixħut fl-​art u xi ġralu?

2. Pawlu x’jagħmel meta jara li t-​tifel hu mejjet?

3. Fejn sejrin Pawlu, Timotju, u dawk li qed jivvjaġġaw magħhom, u x’jiġri meta jieqfu Miletu?

4. Il-​profeta Agabu xi twissija jagħti lil Pawlu, u kif jiġri eżatt kif qal il-​profeta?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 20:7-​38.

(a) Skont il-​kliem taʼ Pawlu mniżżel f’Atti 20:26, 27, kif nistgħu nibqgħu ‘nodfa mid-​demm tal-​bnedmin kollha’? (Eżek. 33:8; Atti 18:6, 7)

(b) L-​anzjani għala għandhom ‘iżommu sod mal-​kelma li tistaʼ tafdaha’ meta jgħallmu? (Atti 20:17, 29, 30; Titu 1:7-​9; 2 Tim. 1:13)

2. Aqra Atti 26:24-​32.

Pawlu kif uża ċ-​ċittadinanza Rumana tiegħu biex iwettaq l-​inkarigu taʼ ppritkar li rċieva mingħand Ġesù? (Atti 9:15; 16:37, 38; 25:11, 12; 26:32; Lq. 21:12, 13)

Storja 112

Nawfraġju fuq Gżira

1. X’jiġrilu l-​bastiment li jkun fuqu Pawlu meta jgħaddi minn ħdejn il-​gżira taʼ Kreta?

2. Pawlu x’jgħid lil dawk fuq il-​bastiment?

3. Il-​bastiment kif jitfarrak biċċiet?

4. L-​uffiċjal tal-​armata li qed jieħu ħsieb liema istruzzjonijiet jagħti, u kemm-​il persuna tasal sax-​xatt qawwija u sħiħa?

5. X’jisimha l-​gżira fejn jaslu, u x’jiġri minn Pawlu meta t-​temp jitjieb?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 27:1-​44.

Kif tissaħħaħ il-​fiduċja tagħna fl-​eżattezza tar-​rakkont Bibliku meta naqraw dwar il-​vjaġġ taʼ Pawlu lejn Ruma? (Atti 27:16-​19, 27-​32; Lq. 1:3; 2 Tim. 3:16, 17)

2. Aqra Atti 28:1-​14.

Jekk in-​nies pagani li kienu jgħixu Malta tqanqlu jittrattaw lill-​appostlu Pawlu u lil dawk taʼ miegħu b’“qalb tajba li ma bħalha,” il-​Kristjani x’għandhom jiġu mqanqlin juru u speċjalment b’liema mod? (Atti 28:1, 2; Ebr. 13:1, 2; 1 Pt. 4:9)

Storja 113

Pawlu f’Ruma

1. Pawlu lil min jipprietka waqt li hu priġunier f’Ruma?

2. Fl-​istampa, min hu l-​viżitatur mal-​mejda, u x’qed jagħmel għal Pawlu?

3. Min hu Epafroditu, u x’jieħu miegħu meta jmur lura Filippi?

4. Pawlu għala jikteb ittra lill-​ħabib tal-​qalb tiegħu Filemon?

5. X’jagħmel Pawlu meta jinħeles, u wara x’jiġrilu?

6. Ġeħova lil min juża biex jikteb l-​aħħar kotba tal-​Bibbja, u l-​ktieb tar-​Rivelazzjoni dwar xiex jitkellem?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Atti 28:16-​31 u Filippin 1:13.

Pawlu kif uża l-​ħin tiegħu waqt li kien arrestat f’Ruma, u x’effett kellha l-​fidi li ma titħarrikx tiegħu fuq il-​kongregazzjoni Kristjana? (Atti 28:23, 30; Flp. 1:14)

2. Aqra Filippin 2:19-​30.

X’espressjonijiet t’apprezzament għamel Pawlu dwar Timotju u Epafroditu, u kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ Pawlu? (Flp. 2:20, 22, 25, 29, 30; 1 Kor. 16:18; 1 Tess. 5:12, 13)

3. Aqra Filemon 1-​25.

(a) Pawlu fuq liema bażi ħeġġeġ lil Filemon biex jagħmel dak li hu xieraq, u dan kif iservi taʼ gwida għall-​anzjani llum? (Flm. 9; 2 Kor. 8:8; Gal. 5:13)

(b) L-​espressjoni taʼ Pawlu li nsibu f’Filemon 13, 14 kif turi li rrispetta l-​kuxjenza t’oħrajn fil-​kongregazzjoni? (1 Kor. 8:7, 13; 10:31-​33)

4. Aqra t-​2 Timotju 4:7-​9.

Bħall-​appostlu Pawlu kif jistaʼ jkollna l-​fiduċja li Ġeħova se jippremjana jekk nibqgħu leali sat-​tmiem? (Mt. 24:13; Ebr. 6:10)

Storja 114

It-​Tmiem tal-​Ħażen Kollu

1. Il-​Bibbja għala titkellem dwar żwiemel fis-​sema?

2. X’tissejjaħ il-​gwerra li Alla se jkollu man-​nies ħżiena fuq l-​art, u għala se ssir din il-​gwerra?

3. Mill-​istampa, min hu Dak li se jieħu t-​tmexxija f’li jiġġieled, għala jilbes kuruna, u s-​sejf tiegħu xi jfisser?

4. Meta nqisu Stejjer 10, 15, u 33, għala m’għandniex niskantaw li Alla se jeqred lin-​nies ħżiena?

5. Stejjer 36 u 76 kif juruna li Alla se jeqred lill-​ħżiena anki jekk jgħidu li jqimuh?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Rivelazzjoni 19:11-​16.

(a) L-​Iskrittura kif tagħmilha ċara li Ġesù Kristu huwa dak li riekeb fuq iż-​żiemel l-​abjad? (Riv. 1:5; 3:14; 19:11; Is. 11:4)

(b) It-​traxxix tad-​demm fuq il-​mantar taʼ Ġesù kif jikkonferma li r-​rebħa tiegħu hi żgura u kompluta? (Riv. 14:18-​20; 19:13)

(ċ) X’aktarx min hu inkluż mal-​armati li se jsegwu lil Ġesù fuq iż-​żiemel abjad tiegħu? (Riv. 12:7; 19:14; Mt. 25:31, 32)

Storja 115

Ġenna Ġdida fuq l-​Art

1. Skont il-​Bibbja, liema kundizzjonijiet se ngawdu fil-​Ġenna tal-​art?

2. X’inhi l-​wegħda tal-​Bibbja għal dawk li jgħixu fil-​Ġenna tal-​art?

3. Ġesù meta se jagħmel ċert li din il-​bidla meraviljuża ssir?

4. Meta Ġesù kien fuq l-​art, x’għamel biex juri x’kien se jagħmel bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla?

5. Ġesù u dawk li jmexxu miegħu fis-​sema x’se jagħmlu ċert li jiġri meta jaħkmu l-​art?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Rivelazzjoni 5:9, 10.

Għala jistaʼ jkollna fiduċja li dawk li jaħkmu l-​art matul ir-​Renju Millenjali se jkunu slaten u qassisin simpatiċi u li juru ħniena? (Efes. 4:20-​24; 1 Pt. 1:7; 3:8; 5:6-​10)

2. Aqra Rivelazzjoni 14:1-​3.

Xi jfisser il-​fatt li isem il-​Missier u isem il-​Ħaruf huma miktubin fuq ġbin il-​144,000? (1 Kor. 3:23; 2 Tim. 2:19; Riv. 3:12)

Storja 116

Kif Nistgħu Ngħixu Għal Dejjem

1. Xi rridu nkunu nafu jekk irridu ngħixu għal dejjem?

2. Bħalma turina t-​tifla ċkejkna u ħbiebha fl-​istampa, kif nistgħu nitgħallmu dwar Alla Ġeħova u Ġesù?

3. Liema ktieb ieħor tara fl-​istampa, u għala għandna naqrawh spiss?

4. Minbarra li nitgħallmu dwar Ġeħova u Ġesù, x’hemm bżonn iktar biex nieħdu l-​ħajja taʼ dejjem?

5. X’lezzjoni nitgħallmu minn Storja 69?

6. X’jurina l-​eżempju tajjeb taċ-​ċkejken Samwel fi Storja 55?

7. Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù Kristu, u jekk nagħmlu dan, x’se nkunu nistgħu nagħmlu fil-​futur?

Iktar mistoqsijiet:

1. Aqra Ġwanni 17:3.

L-​Iskrittura kif turi li l-​fatt li nieħdu l-​għarfien dwar Alla Ġeħova u Ġesù Kristu jfisser iktar milli sempliċement nitgħallmu bl-​amment xi fatti? (Mt. 7:21; Ġak. 2:18-​20; 1 Ġw. 2:17)

2. Aqra Salm 145:1-​21.

(a) X’inhuma ftit mill-​ħafna raġunijiet li għandna biex infaħħru lil Ġeħova? (Salm 145:8-​11; Riv. 4:11)

(b) Ġeħova kif inhu “tajjeb maʼ kulħadd,” u dan kif għandu jressaqna eqreb lejh? (Salm 145:9; Mt. 5:43-​45)

(ċ) Jekk Ġeħova hu għażiż għalina, x’se niġu mqanqlin nagħmlu? (Salm 119:171, 172, 175; 145:11, 12, 21)