Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IS-SITT PARTI

Mit-Twelid sal-Mewt taʼ Ġesù

Mit-Twelid sal-Mewt taʼ Ġesù

L-​anġlu Gabrijel intbagħat għand mara żagħżugħa mill-​aħjar li jisimha Marija. Hu qalilha li kien se jkollha iben li kellu jaħkem bħala sultan għal dejjem. L-​iben, Ġesù, twieled fi stalla, fejn żaruh xi rgħajja. Iktar tard, kewkba ggwidat lil xi rġiel mil-​Lvant għal għand it-​tifel ċkejken. Se nitgħallmu min ġegħelhom jaraw din il-​kewkba, u kif Ġesù ġie meħlus mill-​isforzi li saru biex jinqatel.

Imbagħad insibu lil Ġesù, meta kellu 12-​il sena, jitkellem mal-​għalliema fit-​tempju. Tmintax-​il sena wara, Ġesù tgħammed, u mbagħad beda l-​ippritkar tas-​Saltna u x-​xogħol tat-​tagħlim li Alla bagħtu jagħmel fuq l-​art. Biex jgħinuh f’dan ix-​xogħol, Ġesù għażel 12-​il raġel u għamilhom l-​appostli tiegħu.

Ġesù għamel ukoll ħafna mirakli. Hu temaʼ eluf taʼ nies bi ftit ħut żgħir u ftit ħobżiet biss. Hu fejjaq il-​morda u anki qajjem il-​mejtin. Fl-​aħħar nitgħallmu dwar il-​ħafna affarijiet li ġraw lil Ġesù matul l-​aħħar jum taʼ ħajtu u dwar kif ġie maqtul. Ġesù pprietka għal xi tliet snin u nofs, allura S-​SITT Parti tkopri perijodu taʼ ftit iktar minn 34 sena.