Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 6

Il-Bibbja x’bassret dwar il-Messija?

Il-Bibbja x’bassret dwar il-Messija?

PROFEZIJA

“Int, O Betlehem t’Efrata, . . . minnek għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel.”

Mikea 5:2

TWETTIQ

“Wara t-​twelid taʼ Ġesù f’Betlehem tal-​Lhudija fi żmien is-​sultan Erodi, ara, astroloġi mil-​lvant ġew Ġerusalemm.”

Mattew 2:1

PROFEZIJA

“Iqassmu ħwejġi bejniethom, u l-​ilbies tiegħi jtellgħuh bix-​xorti.”

Salm 22:18

TWETTIQ

“Issa, meta kienu sammru lil Ġesù maz-​zokk, is-​suldati ħadu ħwejġu u qassmuhom f’erbaʼ partijiet . . . u ħadu wkoll il-​libsa li kien jilbes minn taħt. Imma din il-​libsa kienet bla ħjata, għax kienet minsuġa minn fuq s’isfel. Għalhekk, qalu lil xulxin: ‘Ħalli ma nqattgħuhiex, imma ntellgħuha bix-​xorti u naraw min se jiħodha.’”

Ġwanni 19:23, 24

PROFEZIJA

“Hu qed jgħasses l-​għadam kollu taʼ dak il-​wieħed; lanqas waħda minnhom ma ġiet miksura.”

Salm 34:20

TWETTIQ

“Malli waslu ħdejn Ġesù, billi raw li kien diġà mejjet, ma kisrulux riġlejh.”

Ġwanni 19:33

PROFEZIJA

“Hu kien qed jiġi minfud minħabba li aħna ksirna l-​liġi.”

Isaija 53:5

TWETTIQ

“Wieħed mis-​suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.”

Ġwanni 19:34

PROFEZIJA

“Huma tawni ħlasi, tletin biċċa tal-​fidda.”

Żakkarija 11:12, 13

TWETTIQ

“Imbagħad wieħed mit-​tnax, dak li jgħidulu Ġuda l-​Iskarjota, mar għand il-​qassisin ewlenin u qalilhom: ‘X’tagħtuni biex nittradih u nagħtihulkom f’idejkom?’ Huma wegħduh tletin biċċa tal-​fidda.”

Mattew 26:14, 15; 27:5