Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 2

Kif tistaʼ titgħallem dwar Alla?

Kif tistaʼ titgħallem dwar Alla?

“Dan il-​ktieb tal-​liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok, u trid taqrah u timmedita fuqu lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih; għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-​għerf.”

Ġożwè 1:8

“Komplew jaqraw b’leħen għoli mill-​ktieb, mil-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru, u din ġiet spjegata sew, u mfissra; u komplew ifiehmu l-​qari.”

Neħemija 8:8

“Hieni l-​bniedem li ma mexiex fuq il-​parir tal-​ħżiena . . . , imma li l-​għaxqa tiegħu hi fil-​liġi taʼ Ġeħova, u lejl u nhar jaqra u jimmedita fuq il-​liġi tiegħu. . . . Jirnexxi f’kulma jagħmel.”

Salm 1:1-​3

“Filippu ġera lejh u semgħu jaqra b’leħen għoli l-​profeta Isaija u qallu: ‘Qed tifhem verament x’int taqra?’ Wieġbu: ‘Tabilħaqq, kif nistaʼ nifhem, jekk xi ħadd ma jiggwidanix?’”

Atti 8:30, 31

“Il-​kwalitajiet inviżibbli tiegħu, jiġifieri, il-​qawwa eterna u d-​Divinità tiegħu, kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu, u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.”

Rumani 1:20

“Immedita fuq dawn l-​affarijiet; kun medhi fihom, biex kulħadd jara li qed tavanza.”

1 Timotju 4:15

“Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien.”

Ebrej 10:24, 25

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-​għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd; u jingħatalu.”

Ġakbu 1:5