Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 10

Il-Bibbja xi twiegħed għall-futur?

Il-Bibbja xi twiegħed għall-futur?

“Il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”

Salm 37:29

“L-​art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”

Ekkleżjasti 1:4

“Hu jiblaʼ l-​mewt għal dejjem, u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.”

Isaija 25:8

“F’dak iż-​żmien jinfetħu għajnejn l-​għomja, u jinfetħu widnejn it-​torox. Dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv, u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ. Għax fix-​xagħri jkunu ħarġu l-​ilmijiet, u fil-​pjanura tad-​deżert igelglu widien taʼ ilma.”

Isaija 35:5, 6

“Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”

Rivelazzjoni 21:4

“Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor. Għax jiem in-​nies tiegħi jkunu bħall-​jiem taʼ siġra; u l-​magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-​sħiħ.”

Isaija 65:21, 22