Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 11

X’jiġri meta xi ħadd imut?

X’jiġri meta xi ħadd imut?

“L-​ispirtu tiegħu joħroġ, u hu jerġaʼ lura lejn l-​art; dakinhar ħsibijietu jgħibu.”

Salm 146:4

“Il-​ħajjin jafu li għad imutu; imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn . . . Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-​qawwa tiegħek kollha, għax la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien, u lanqas għerf fil-​Qabar, il-​post fejn int sejjer.”

Ekkleżjasti 9:5, 10

“[Ġesù] qalilhom: ‘Il-​ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-​irqad.’ Issa Ġesù kien tkellem dwar il-​mewt tiegħu. Imma huma immaġinaw li kien qed jitkellem dwar il-​mistrieħ fl-​irqad. Għalhekk, dak il-​ħin Ġesù qalilhom bla tlaqliq: ‘Lazzru miet.’”

Ġwanni 11:11, 13, 14