Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-11-il Parti

Ġeħova Jismagħna?

Ġeħova Jismagħna?

Alla tassew jismaʼ t-​talb tagħna. 1 Pietru 3:12

Ġeħova hu “Semmiegħ it-​talb.” (Salm 65:2) Hu jridna nkellmuh minn qalbna.

Itlob lil Ġeħova u mhux lil xi ħadd ieħor.

Nistgħu nitolbu dwar ħafna affarijiet. 1 Ġwanni 5:14

Itlob biex ir-​rieda t’Alla tkun fis-​sema u fuq l-​art.

Itlob lil Ġeħova jgħinek tagħmel dak li hu tajjeb. Tistaʼ titlob ukoll dwar l-​ikel, l-​impjieg, l-​ilbies, is-​saħħa, u għal saqaf fuq rasek.

Itlob f’isem Ġesù biex turi li int tapprezza dak li għamel għalik.