Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ir-4 Parti

Huma Semgħu Minn Satana—X’Kienu r-Riżultati?

Huma Semgħu Minn Satana—X’Kienu r-Riżultati?

Adam u Eva m’obdewx lil Alla, u għalhekk mietu. Ġenesi 3:6, 23

Eva semgħet mis-​serp u kielet mill-​frotta. Imbagħad tat ftit lil Adam u hu kiel minnha wkoll.

Dak li għamlu kien ħażin —kien dnub. Alla ġegħelhom jitilqu mid-​dar tagħhom, il-​Ġenna tal-​art.

Il-​ħajja kienet diffiċli għalihom u għal uliedhom. Huma xjaħu u mietu. Ma marrux fid-​dinja tal-​ispirti, iżda ntemmet l-​eżistenza tagħhom.

Il-​mejtin huma bla ħajja bħalma hu t-​trab. Ġenesi 3:19

Aħna mmutu minħabba li lkoll niġu minn Adam u Eva. Il-​mejtin ma jistgħux jaraw, jisimgħu, jew jagħmlu xi ħaġa.​—Ekkleżjasti 9:5, 10.

Ġeħova ma kellux l-​iskop li n-​nies imutu. Hu dalwaqt se jirxoxta lill-​mejtin. Jekk jisimgħu minnu, huma se jgħixu għal dejjem.