It-3 Parti
Kif Kienet il-Ħajja fil-Ġenna tal-Art?
Lil Adam u Eva, Ġeħova tahom ħafna affarijiet tajbin. Ġenesi 1:28
Ġeħova ħalaq lill-ewwel mara, Eva, u taha lil Adam biex tkun martu.—Ġenesi 2:21, 22.
Ġeħova ħalaqhom b’moħħ u b’ġisem perfett, mingħajr ebda difett.
Id-dar tagħhom kienet il-ġnien tal-Għeden—post tassew mill-isbaħ bi xmara, siġar tal-frott, u annimali.
Ġeħova kellimhom u għallimhom. Kieku semgħu minnu kienu jgħixu għal dejjem f’Ġenna tal-art.
Ġenesi 2:16, 17
Alla qalilhom biex ma jiklux minn waħda mis-siġar.Wieħed mill-anġli rribella kontra Alla. Dan l-anġlu mill-agħar huwa Satana x-Xitan.
Lil Adam u Eva, Ġeħova wriehom siġra tal-frott fil-ġnien u qalilhom li jekk jieklu minnha jmutu.
Satana ma riedx li Adam u Eva jobdu lil Ġeħova. Għalhekk, hu uża serp biex jgħid lil Eva li jekk tiekol mill-frott taʼ dik is-siġra ma kinitx se tmut, imma kienet se tkun bħal Alla. M’għandniex xi ngħidu, din kienet gidba.—Ġenesi 3:1-5.