Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-1 Parti

Kif Nisimgħu Minn Alla?

Kif Nisimgħu Minn Alla?

Alla jkellimna permezz tal-​Bibbja. 2 Timotju 3:16

L-​Alla l-​veru ta l-​kmand lil xi rġiel biex jiktbu l-​ħsibijiet tiegħu fi ktieb sagru. Dan il-​ktieb huwa l-​Bibbja. Fih hemm informazzjoni importanti li Alla jridek tkun taf.

Alla jaf x’inhu l-​aħjar għalina, u huwa s-​Sors taʼ kull għerf. Jekk tismaʼ minnu, int se ssir tassew għaref.​—Proverbji 1:5.

Alla jrid lill-​bnedmin kollha tad-​dinja jaqraw il-​Bibbja. Illum il-​ġurnata hi disponibbli b’ħafna lingwi.

Jekk trid tismaʼ minn Alla jeħtieġ taqra u tifhem il-​Bibbja.

Nies minn kull parti tad-​dinja qed jisimgħu. Mattew 28:19

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jgħinuk tifhem il-​Bibbja.

Madwar id-​dinja kollha, huma jgħallmu l-​verità dwar Alla.

M’għandekx għalfejn tħallas għal dan it-​tagħlim. Tistaʼ wkoll titgħallem dwar Alla fis-​Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.