Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-10 Parti

Liema Barkiet Hemm Jistennewhom lil Dawk li Jisimgħu Minn Alla?

Liema Barkiet Hemm Jistennewhom lil Dawk li Jisimgħu Minn Alla?

Il-​biċċa l-​kbira tal-​mejtin se jiġu rxoxtati fuq l-​art. Atti 24:15

Immaġina l-​barkiet futuri li se tgawdi jekk tismaʼ minn Ġeħova! Se jkollok saħħa perfetta; ħadd mhu se jkun marid jew b’saħħa batuta. Mhux se jkun hemm nies ħżiena, u int se tkun tistaʼ tafda lil kulħadd.

Mhux se jkun hemm uġigħ, niket, jew biki. Ħadd mhu se jixjieħ u jmut.

Int se tkun imdawwar bil-​ħbieb u bil-​familja. Il-​ħajja fil-​Ġenna tal-​art se tkun tassew pjaċevoli.

Mhux se jkun hemm biżaʼ. In-​nies se jkunu verament ferħanin.

Is-​Saltna t’Alla se ttemm kull tbatija. Rivelazzjoni 21:3, 4