Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Id-9 Parti

Meta Se Tiġi l-Ġenna tal-Art?

Meta Se Tiġi l-Ġenna tal-Art?

Il-​problemi tad-​dinja juru li s-​Saltna t’Alla dalwaqt se tieħu azzjoni. Luqa 21:10, 11; 2 Timotju 3:1-​5

Il-​Bibbja bassret ħafna mill-​affarijiet li qed iseħħu llum. Il-​Bibbja qalet li n-​nies kellhom iħobbu l-​flus, ikunu diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, feroċi, u jħobbu l-​pjaċiri.

Kellu jkun hemm terremoti kbar, gwerer, nuqqas taʼ ikel, u mard maʼ kullimkien. Dawn l-​affarijiet qed iseħħu issa.

Ukoll, Ġesù qal li l-​aħbar tajba tas-​Saltna kellha tiġi pritkata fl-​art kollha.​—Mattew 24:14.

Is-​Saltna se tneħħi l-​ħażen kollu. 2 Pietru 3:13

Ġeħova dalwaqt se jeqred lil dawk kollha li huma mill-​agħar.

Satana u d-​demonji se jiġu kastigati.

Dawk li jisimgħu minn Alla se jgħixu f’dinja ġdida u ġusta li fiha mhux se jkun hemm iktar biżaʼ, dinja li fiha n-​nies se jafdaw u jħobbu lil xulxin.