L-Istedina li Qed Noffrulek
L-Istedina li Qed Noffrulek
Ħadna pjaċir nitkellmu miegħek permezz tal-paġni taʼ dan il-browxer. Nittamaw li int ħadt pjaċir titgħallem iktar dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah. Jekk jogħġbok ilqaʼ l-istedina tagħna biex tiġi żżurna fis-Sala tas-Saltna lokali. Ejja ara kif isiru l-laqgħat tagħna. Ara kif nistinkaw biex naqsmu m’oħrajn l-aħbar tajba taʼ kif l-art se ssir ġenna taħt is-Saltna taʼ Kristu.
Alla wegħedna dan. “Imma aħna, skond il-wegħda tiegħu, nistennew smewwiet ġodda u art ġdida, li fihom tgħammar il-ġustizzja.” (2 Pietru 3:13) Għaddew ħafna sekli u l-perijodu taʼ stennija wasal biex jispiċċa. Dan narawh mill-kundizzjonijiet li tinsab fihom id-dinja.
“Aktar ma taraw li qiegħed joqrob il-Jum,” qal l-appostlu Pawlu, “naraw kif nistgħu nħajjru lil xulxin għall-imħabba u għall-għemil tajjeb. Ma ninqatgħux mil-laqgħat tagħna flimkien.” (Lhud 10:24, 25) Aħna nistidnuk biex tismaʼ mill-parir taʼ Pawlu u tattendi l-laqgħat magħna.