LEZZJONI 15
Għala Għandek Tkompli Titgħallem Dwar Ġeħova?
1. Kif se tibbenefika jekk tkompli tistudja l-Bibbja?
Din il-ħarsa ġenerali tat-tagħlim bażiku tal-Bibbja żgur li saħħet l-imħabba tiegħek għal Ġeħova. Għandna nibqgħu naħdmu biex insaħħu din l-imħabba. (1 Pietru 2:2) It-tama tiegħek taʼ ħajja taʼ dejjem tiddependi minn jekk tkomplix tersaq qrib t’Alla billi tistudja l-Kelma tiegħu.—Aqra Ġwanni 17:3; Ġuda 21.
Int u tkabbar l-għarfien tiegħek dwar Alla, il-fidi tiegħek se tissaħħaħ. Il-fidi se tgħinek togħġob lil Alla. (Ebrej 11:1, 6) Se tqanqlek tindem u tagħmel bidliet taʼ ġid fil-ħajja tiegħek.—Aqra Atti 3:19.
2. L-għarfien tiegħek dwar Alla kif jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għal oħrajn?
Naturalment, se tkun trid taqsam m’oħrajn dak li tgħallimt—ilkoll kemm aħna nieħdu pjaċir naqsmu aħbar tajba. Hekk kif tkompli tistudja l-Bibbja, se titgħallem kif tuża l-Bibbja biex tispjega l-fidi tiegħek f’Ġeħova u fl-aħbar tajba.—Aqra Rumani 10:13-15.
Il-biċċa l-kbira min-nies jibdew billi jaqsmu l-aħbar tajba mal-ħbieb jew mal-qraba. Uża t-tattika. Minflok ma tgħidilhom li r-reliġjon tagħhom hi żbaljata, għidilhom dwar il-wegħdi t’Alla. Ukoll, tinsiex li n-nies spiss ikunu iktar impressjonati bl-imġiba tiegħek taʼ qalb tajba milli b’dak li tgħid.—Aqra t-2 Timotju 2:24, 25.
3. Liema relazzjoni m’Alla tistaʼ tgawdi?
Se tiġi megħjun tikber spiritwalment jekk tistudja l-Kelma t’Alla. Eventwalment, tistaʼ tidħol f’relazzjoni tassew speċjali 2 Korintin 6:18.
maʼ Ġeħova. Tistaʼ attwalment tkun tappartjeni lilu bħala membru tal-familja tiegħu.—Aqra t-4. Kif tistaʼ tkompli tagħmel progress?
Tistaʼ tagħmel avanz spiritwali billi tkompli tistudja l-Kelma t’Alla. (Ebrej 5:13, 14) Staqsi lil xi ħadd mix-Xhieda taʼ Ġeħova biex jistudja l-Bibbja miegħek bl-għajnuna tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Iktar ma titgħallem mill-Kelma t’Alla, iktar se jkollok suċċess f’ħajtek.—Aqra Salm 1:1-3; 73:27, 28.
L-aħbar tajba ġejja mingħand Ġeħova, l-Alla l-hieni. Tistaʼ tersaq eqreb lejh billi tersaq eqreb lejn in-nies tiegħu. (Ebrej 10:24, 25) Billi tkompli tagħmel sforz biex togħġob lil Ġeħova tkun qed tirsisti għall-ħajja vera—il-ħajja taʼ dejjem. Tabilħaqq, l-aqwa ħaġa li tistaʼ tagħmel hi li tersaq qrib t’Alla.—Aqra l-1 Timotju 1:11; 6:19.