Kif se tibbenefika iżjed minn dawn il-lezzjonijiet tal-Bibbja?
Saqsi lil xi ħadd biex jgħinek: Saqsi lil min tak dan il-browxer biex tistudja l-Bibbja miegħu. Jew inkella idħol fuq jw.org u imla l-formola online.
L-EWWEL PARTI
Aqra kull paragrafu, il-mistoqsija (A) qabel il-paragrafu, u l-iskritturi (B) li fihom il-punt tal-paragrafu. Skritturi oħra juru b’mod ċar li trid taqrahom bil-kelma “aqra.”
IT-TIENI PARTI
Dak li hemm miktub taħt (C) Tgħallem Iżjed se jispjega x’se titgħallem. Is-subheadings (D) juru l-punti importanti. Aqra l-iskritturi, wieġeb il-mistoqsijiet, u ara l-vidjows (E).
Ħares sew lejn l-istampi u l-kliem li hemm ħdejhom (F). Aħseb fuq kif tistaʼ twieġeb il-kaxxa Ħafna Jgħidu (G).
IT-TIELET PARTI
Il-lezzjoni tispiċċa b’Xi Ddiskutejna? u X’Tgħallimt (H). Ikteb id-data taʼ meta lestejtu l-lezzjoni. Taħt Ipprova Dan (I) se ssib xi ħaġa biex tkompli titgħallem jew tagħmel dak li tgħallimt. Il-kaxxa Ara Iżjed (J) fiha aktar informazzjoni biex tara jew taqra.
Kif issib il-versi fil-Bibbja
L-iskritturi juru l-ktieb tal-Bibbja (A), il-kapitlu (B), u l-vers jew versi (C). Pereżempju, Ġwanni 17:3 tfisser il-ktieb taʼ Ġwanni, kapitlu 17, vers 3.