Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Konklużjoni

Konklużjoni

Ġieli toqgħod taħseb dwar iż-​żmien sabiħ li kellek fost in-​nies taʼ Ġeħova, forsi xi laqgħa tal-​kongregazzjoni inkuraġġanti, konvenzjoni eċċitanti, esperjenza mill-​isbaħ fil-​ministeru, jew sempliċi konversazzjoni pjaċevoli maʼ sieħeb fit-​twemmin? Int ma nsejtx lil Ġeħova u lanqas hu ma nesa lilek. Hu jiftakar b’għożża s-​servizz leali tiegħek. U hu ħerqan biex jgħinek terġaʼ lura għandu.

“Jien stess,” jgħid Ġeħova, “se nfittex lin-​nagħaġ tiegħi, u nieħu ħsiebhom. Bħalma dak li jitmaʼ l-​merħla tiegħu jieħu ħsiebha dakinhar li jsib ruħu qalb in-​nagħaġ tiegħu li jkunu tferrxu band’oħra, bl-​istess mod nieħu ħsieb in-​nagħaġ tiegħi; u neħlishom mill-​postijiet kollha li jkunu xterdu fihom.”—Eżekjel 34:11, 12.