KAPITLU SITTA
Fetħet Qalbha m’Alla bit-Talb
1, 2. (a) Ħanna għala kienet imnikkta hi u tħejji ruħha għall-vjaġġ? (b) X’nistgħu nitgħallmu mir-rakkont taʼ Ħanna?
ĦANNA kienet medhija bit-tħejjijiet għall-vjaġġ biex tipprova taljena rasha ħalli ma taħsibx dwar il-problemi tagħha. Suppost kellu jkun żmien taʼ ferħ. Żewġha Elkana kellu d-drawwa li kull sena jieħu lill-familja kollha tiegħu f’Silo biex ilkoll jagħtu qima fit-tabernaklu. Ġeħova ried li dawn l-okkażjonijiet ikunu taʼ ferħ. (Aqra Dewteronomju 16:15.) U bla dubju, Ħanna kienet l-għaxqa tagħha sa minn ċkunitha li tattendi dawn il-festi. Imma l-affarijiet kienu tbiddlu f’dawk l-aħħar snin.
2 Hi ġiet imbierka b’raġel li kien iħobbha. Madankollu, Elkana kellu mara oħra. Din kien jisimha Peninna u kienet waħħlitha f’rasha li lil Ħanna tagħmlilha ħajjitha miżerja. Peninna kienet sabet mezz kif tuża saħansitra dawn l-okkażjonijiet annwali biex tniggeż u tweġġaʼ lil Ħanna. Kif? Iktar importanti minn hekk, il-fidi taʼ Ħanna f’Ġeħova kif għenitha tkampa maʼ dik li spiss kienet tidher bħala sitwazzjoni impossibbli? Jekk tiffaċċja sfidi li jisirqulek il-ferħ f’ħajtek, għandek mnejn issib li r-rakkont taʼ Ħanna hu b’mod partikulari inkuraġġanti.
“Għala Għandek Qalbek Sewda?”
3, 4. Ħanna liema żewġ problemi serji ffaċċjat, u kull waħda minnhom għala kienet taʼ sfida?
3 Il-Bibbja tirrivela żewġ problemi serji fil-ħajja taʼ Ħanna. Hi kellha ftit li xejn kontroll fuq l-ewwel problema, u xejn affattu fuq it-tieni waħda. L-ewwel nett, hi kienet fi żwieġ poligamu, b’mara rivali li ma kinitx taħmilha pinġuta. It-tieni nett, hi ma setax ikollha tfal. Din il-kundizzjoni hi diffiċli għal kwalunkwe mara li tkun tixtieq ikollha t-tfal; imma fiż-żmien u fil-kultura taʼ Ħanna din kienet sors taʼ wġigħ taʼ qalb kbir. Kull familja kienet tistrieħ fuq it-tfal biex ikomplu l-isem tal-familja. Il-fatt li mara ma setax ikollha tfal kien jitqies bħala għajb kbir u taʼ mistħija.
4 Ħanna setaʼ rnexxielha tissaporti s-sitwazzjoni tagħha li kieku ma kellhiex lil Peninna. Il-poligamija qatt ma kienet sitwazzjoni ideali. Il-kompetizzjoni, it-tilwim, u l-uġigħ taʼ qalb kienu komuni ferm. Din il-prattika kienet differenti wisq mil-livell tal-monogamija Ġen. 2:24) Huwa għalhekk li l-Bibbja titfaʼ dawl ikrah fuq il-poligamija, u d-deskrizzjoni kerha tal-ħajja fid-dar taʼ Elkana tagħti stampa ċara taʼ dan.
li Alla kien stabbilixxa fil-ġnien tal-Għeden. (5. Peninna għala riedet lil Ħanna tbati, u kif kienet tweġġagħha lil Ħanna?
5 Elkana kien iħobb lil Ħanna l-iktar. Skont it-tradizzjoni Lhudija, jingħad li l-ewwel iżżewweġ lil Ħanna, u ftit tas-snin wara żżewweġ lil Peninna. Kienx minnu jew le, Peninna, li kienet tgħir ħafna għal Ħanna, sabet bosta mezzi kif iġġegħelha tbati lil Ħanna, ir-rival tagħha. Il-vantaġġ kbir li Peninna kellha fuq Ħanna kellu x’jaqsam mal-fertilità. Peninna wildet tarbija wara oħra u donnu kull wild kien iġegħelha tħossha iktar u iktar importanti. Minflok ma kien jiddispjaċiha għal Ħanna u tfarraġha minħabba d-diżappunt tagħha, Peninna kienet tuża din il-kwistjoni biex toqgħod tgħawwar fil-ferita. Il-Bibbja tgħid li Peninna kienet iddejjaq ħafna lil Ħanna “biex iġġegħelha tħossha mħawda.” (1 Sam. 1:6) Peninna kienet tagħmel hekk apposta. Hi riedet tweġġagħha lil Ħanna, u rnexxielha.
6, 7. (a) Minkejja li Elkana kien jipprova jfarraġ lil Ħanna, għala għandha mnejn qagħdet lura milli tgħidlu l-istorja kollha? (b) Il-fatt li Ħanna ma setax ikollha tfal kien ifisser li Ġeħova ma kienx ferħan biha? Spjega. (Ara n-nota taʼ taħt.)
6 Peninna donnha kienet tieħu pjaċir l-iktar tagħmel dan meta kull sena kienu jivvjaġġaw lejn Silo. Elkana ta ishma mis-sagrifiċċji offruti lil Ġeħova lil kull wieħed u waħda mill-ħafna wlied taʼ Peninna—“uliedha subien u bniet kollha.” Iżda Ħanna, li ma kellhiex tfal, kienet tingħata s-sehem tagħha biss. Għaldaqstant, Peninna tant kienet titkabbar fuq Ħanna u tfakkarha li ma setax ikollha tfal li l-povra mara kienet tinfexx tibki u saħansitra kien jingħalqilha l-istonku. Elkana ma setax ma jinnotax li l-għażiża Ħanna tiegħu kienet tkun imnikkta u ma tikolx, u għalhekk kien jipprova jfarraġha. Hu staqsieha: “Ħanna, għala qed tibki, u għala m’intix tiekol, u għala għandek qalbek sewda? M’iniex jien għalik aħjar minn għaxar ulied?”—1 Sam. 1:4-8.
7 Huwa taʼ min ifaħħru lil Elkana għax hu ntebaħ li Ħanna kienet imnikkta minħabba li ma setax ikollha tfal. U żgur li Ħanna kienet tgħożż ferm il-mod ġentili kif kien jiżguraha minn imħabbtu. * Imma Elkana qatt ma semma l-kattiverija taʼ Peninna, u lanqas il-Bibbja ma tindika li Ħanna kienet qaltlu dwarha. Hi forsi ħasbet li jekk tikxef lil Peninna kienet se tiggrava s-sitwazzjoni. Elkana setaʼ verament ibiddel xi ħaġa? Għandu mnejn li l-krudeltà taʼ Peninna lejn Ħanna kienet tiħrax, u forsi t-tfal u l-qaddejja taʼ dik il-mara qalbha ħadra kienu jibdew jagħmlu bħalha. Minħabba f’hekk, Ħanna kieku kienet tħossha iktar u iktar bħal ħuta barra mill-ilma f’darha stess.
Meta ġiet trattata ħażin f’darha, Ħanna daret lejn Ġeħova għall-faraġ
8. Meta tiffaċċja xi kattiverija jew inġustizzja, għala hu taʼ faraġ li tiftakar li Ġeħova hu l-Alla tal-ġustizzja?
8 Sew jekk Elkana kien konxju bis-sħiħ tal-kattiverija taʼ Peninna u sew jekk le, Alla Ġeħova kien qed jara kollox. Kelmtu tirrivela l-istampa kollha, u b’hekk tipprovdi twissija solenni lil dawk kollha li jieħdu pjaċir jagħmlu atti mqanqlin mill-għira u l-mibegħda li għalihom donnhom mhuma xejn. Mill-banda l-oħra, in-nies innoċenti li jġibu l-paċi, bħal Ħanna, jistgħu jitfarrġu għax jafu li l-Alla tal-ġustizzja jirranġa l-affarijiet kollha fil-ħin tiegħu u bil-mod kif irid hu. (Aqra Dewteronomju 32:4.) Forsi Ħanna kienet tafu dan ukoll, għax hi daret lejn Ġeħova għall-għajnuna.
‘Ma Baqgħetx Tidher Imħassba Bħal Qabel’
9. Liema lezzjoni nitgħallmu mill-fatt li Ħanna kienet lesta li terħilha fuq il-vjaġġ lejn Silo minkejja li kienet taf kif se taġixxi Peninna?
9 Fis-sigħat bikrin taʼ filgħodu kien hemm ġenn sħiħ fid-dar. Kulħadd kien qed iħejji ruħu għall-vjaġġ, anki t-tfal. Biex jaslu Silo, il-familja kbira kellhom jagħmlu vjaġġ taʼ iktar minn 32 kilometru tul Efrajm—pajjiż kollu għoljiet. * Il-vjaġġ kien se jiħdilhom ġurnata jew tnejn bil-mixi. Ħanna kienet taf kif se ġġib ruħha Peninna, ir-rival tagħha. Madankollu, Ħanna ma qagħditx id-dar. B’hekk, hi ħalliet eżempju mill-aqwa għall-aduraturi t’Alla sal-ġurnata tal-lum. Qatt mhuwa għaqli li nħallu l-kondotta ħażina t’oħrajn tkun taʼ xkiel għall-qima tagħna lil Alla. Jekk inħalluha, inkunu qed nitilfu proprju dawk il-barkiet li jagħtuna s-saħħa biex nissaportu.
10, 11. (a) Ħanna għala rħitilha lejn it-tabernaklu mal-ewwel ċans li sabet? (b) Ħanna kif fetħet qalbha maʼ Missierha tas-sema bit-talb?
10 Wara ġurnata twila mixi f’toroq li jserrpu qalb il-muntanji, il-familja kbira fl-aħħar bdiet toqrob lejn Silo. Il-belt taʼ Silo kienet tinsab fuq il-quċċata taʼ għolja mdawra minn għoljiet iktar għoljin. Hekk kif resqu eqreb lejn Silo, x’aktarx li Ħanna bdiet timmedita dwar x’kienet se tgħid fit-talba tagħha lil Ġeħova. Meta waslu, il-familja kielu flimkien. Mal-ewwel ċans li sabet, Ħanna illargat ftit u rħitilha lejn it-tabernaklu taʼ Ġeħova. Bilqiegħda ħdejn il-koxxa tal-bieb kien hemm il-Qassis il-Kbir Għeli. Imma moħħ
Ħanna kien qed jhewden fuq it-talba tagħha lil Alla. Fit-tabernaklu, hi ħassitha fiduċjuża li Alla kien se jagħtiha widen. Anki jekk ħadd iktar ma setaʼ jifhem bis-sħiħ is-sitwazzjoni taʼ niket tagħha, Missierha tas-sema setaʼ. Hi mtliet bl-imrar u nfexxet tibki.11 Hekk kif ġisimha beda jitriegħed bl-ilfiq u l-biki, Ħanna bdiet titkellem maʼ Ġeħova f’qalbha. Xofftejha bdew jirtogħdu hekk kif sawret il-kliem f’moħħha biex tesprimi l-weġgħa taʼ qalb li kienet qed tħoss. Hi damet ħafna titlob u tiftaħ qalbha maʼ Missierha. Iżda hi għamlet iktar milli sempliċement talbet lil Alla jissodisfalha x-xenqa qawwija li jkollha t-tfal. Ħanna mhux biss xtaqet ħafna li tirċievi barkiet mingħand Alla iżda wkoll li tagħtih dak li setgħet. U għalhekk hi għamlet wegħda billi qalet li jekk ikollha tifel, tiddedikah biex juża ħajtu għas-servizz taʼ Ġeħova.—1 Sam. 1:9-11.
12. Bħalma juri l-eżempju taʼ Ħanna, x’għandna nżommu f’moħħna rigward it-talb?
12 B’hekk, Ħanna ħalliet eżempju għall-qaddejja kollha t’Alla rigward it-talb. B’qalb tajba, Ġeħova jistieden lin-nies tiegħu jkellmuh bil-miftuħ, bla ma jżommu lura, u jiftħu qalbhom miegħu dwar il-problemi li jgħaddu minnhom, bħalma jagħmlu t-tfal li jafdaw fil-ġenituri li tant iħobbuhom. (Aqra Salm 62:8; 1 Tessalonikin 5:17.) L-appostlu Pietru ġie mnebbaħ biex jikteb dan il-kliem taʼ faraġ dwar it-talb lil Ġeħova: ‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.’—1 Pt. 5:7.
13, 14. (a) Għeli xi kkonkluda dwar Ħanna, u għala? (b) It-tweġiba taʼ Ħanna lil Għeli kif kienet taʼ eżempju eċċellenti taʼ fidi?
13 Madankollu, il-bnedmin m’għandhomx mogħdrija u empatija daqskemm għandu Ġeħova. Hekk kif Ħanna bkiet u talbet, hi nħasdet xħin semgħet leħen xi ħadd. Kien il-Qassis il-Kbir Għeli, li kellu għajnejh imsammrin fuqha. Hu qalilha: “Kemm se ddum fis-sakra? Eħles mill-effetti taʼ l-inbid li għandek fuqek.” Għeli kien innota xofftejn Ħanna jirtogħdu, ra l-ilfiq tagħha, u l-istat emozzjonali li kienet fih. Minflok ma staqsieha x’kien ġralha, hu qabad u qatagħha li kienet fis-sakra.—1 Sam. 1:12-14.
14 Akkuża falza bħal din kienet bħal daqqa taʼ stallett għal Ħanna f’dak il-mument taʼ diqa—u ma stennietx li kienet se tiġi minn fomm raġel b’pożizzjoni tant rispettata! Minkejja dan, għal darb’oħra hi kienet taʼ eżempju eċċellenti taʼ fidi. Hi ma ħallietx l-imperfezzjonijiet taʼ bniedem ifixklu l-qima tagħha lil Ġeħova. Lil Għeli wiġbitu b’rispett u spjegatlu s-sitwazzjoni tagħha. Peress li rrealizza li kellu żball, forsi b’ton iktar ħelu, qalilha: “Mur bis-sliem, u jalla l-Alla taʼ Israel jismaʼ t-talba tiegħek u jagħtik dak li tlabtu.”—1 Sam. 1:15-17.
15, 16. (a) It-talba taʼ Ħanna li fiha fetħet qalbha maʼ Ġeħova u l-qima tagħha fit-tabernaklu tiegħu, x’effett ħallew fuqha? (b) Kif nistgħu nsegwu l-eżempju taʼ Ħanna meta nissieltu maʼ sentimenti negattivi?
1 Sam. 1:18) F’The Jerusalem Bible dan il-vers jgħid: “Ma baqgħetx tidher imnikkta.” Ħanna ħasset serħan għax neħħiet balla minn fuq l-istonku. Hi kienet bħallikieku xeħtet it-toqol tal-piż emozzjonali tagħha fuq xi ħadd bil-wisq iktar setgħan minnha—Missierha tas-sema, Ġeħova. (Aqra Salm 55:22.) Hemm xi problema li hi tqila wisq għalih? Le—la qatt kien hemm, u lanqas qatt se jkun hemm!
15 It-talba taʼ Ħanna li fiha fetħet qalbha maʼ Ġeħova u l-qima tagħha fit-tabernaklu tiegħu, x’effett ħallew fuqha? Ir-rakkont jgħid: “Il-mara marret għal triqitha u kielet, u wiċċha ma baqax jidher imħasseb bħal qabel.” (16 Meta nħossuna mtaqqlin, magħkusin, u mifnijin bin-niket, nagħmlu tajjeb li nsegwu l-eżempju taʼ Ħanna u nitkellmu bil-miftuħ mal-Wieħed li l-Bibbja ssejjaħlu “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) Jekk nagħmlu hekk bil-fidi, anki aħna nistgħu naraw li “l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb” tieħu post in-niket li nġarrbu.—Flp. 4:6, 7.
“M’Hemm Ebda Blata Bħal Alla Tagħna”
17, 18. (a) Elkana kif kien t’appoġġ rigward il-wegħda taʼ Ħanna? (b) Peninna baqaʼ jirnexxilha tnikket lil Ħanna?
17 L-għada filgħodu, Ħanna reġgħet marret lura fit-tabernaklu maʼ Elkana. X’aktarx li hi kienet qaltlu bit-talba u bil-wegħda tagħha, għax il-Liġi Mosajka kienet tgħid li raġel kellu d-dritt jannulla wegħda li tkun għamlet martu mingħajr il-kunsens tiegħu. (Num. 30:10-15) Imma dan ir-raġel leali m’għamilx hekk. Minflok, hu u Ħanna marru jqimu lil Ġeħova flimkien fit-tabernaklu qabel ma qabdu triqithom lura lejn id-dar.
18 Peninna meta rrealizzat li l-inkejja tagħha ma baqgħetx tnikket lil Ħanna? Ir-rakkont ma jgħidx, imma l-espressjoni ‘ma baqgħetx tidher imħassba bħal qabel’ tagħti x’tifhem li Ħanna kienet iktar ferħana u ma baqgħetx inkwetata minn dakinhar ’l hemm. Dak li nafu hu li Peninna malajr intebħet li l-kondotta mill-agħar tagħha ma kienet qed tħalli ebda effett. Il-Bibbja qatt ma reġgħet semmiet isimha.
19. Ħanna liema barka rċiviet, u kif uriet li fehmet minn fejn kienet ġejja din il-barka?
19 Hekk kif gerbu x-xhur, il-paċi tal-moħħ taʼ Ħanna nbidel f’estasi kbira. Fl-aħħar ħarġet tqila! Għalkemm kienet ferħana, Ħanna qatt ma nsiet, lanqas għal mument wieħed, minn fejn kienet ġejja din il-barka. Meta twieled it-tifel, hi għażlet l-isem Samwel, li jfisser “Isem Alla” u milli jidher jirreferi għall-fatt li wieħed isejjaħ l-isem divin, bħalma kienet għamlet Ħanna. Dik is-sena, hi ma ngħaqditx
maʼ Elkana u mal-familja għall-vjaġġ lejn Silo. Hi baqgħet id-dar mat-tarbija għal tliet snin sħaħ, sakemm qatgħetlu l-ħalib. Imbagħad rabbiet il-kuraġġ għal dak il-jum li fih kien se jkollha tinfired minn mal-għażiż binha.20. Ħanna u Elkana kif żammew il-wegħda li kienu għamlu lil Ġeħova?
20 Min jaf kemm kienet iebsa l-firda! M’għandniex xi ngħidu, Ħanna kienet taf li Samwel kien se jkun f’idejn tajbin f’Silo—forsi kienu se jieħdu ħsiebu xi wħud min-nisa li kienu jaqdu fit-tabernaklu. Xorta waħda, hu kien tassew ċkejken u kwalunkwe omm tixxennaq li tkun maʼ wliedha. Minkejja dan, Ħanna u Elkana offrew it-tifel minn qalbhom, u mhux kontra qalbhom. Huma offrew sagrifiċċji fid-dar t’Alla u lil Samwel ippreżentawh lil Għeli. B’hekk, Ħanna fakkritu fil-wegħda li kienet għamlet tliet snin qabel.
21. It-talba taʼ Ħanna lil Ġeħova kif uriet kemm kellha fidi qawwija? (Ara wkoll il-kaxxa “ Żewġ Talbiet li Jispikkaw.”)
21 Imbagħad Ħanna lissnet talba li Alla ra li kienet taʼ min jinkludiha fil-Kelma mnebbħa tiegħu. Int u taqra kliemha, imniżżel fl-1 Samwel 2:1-10, se tara kemm kellha fidi qawwija. Hi faħħret lil Ġeħova għall-mod meraviljuż kif juża setegħtu—l-abbiltà tiegħu liema bħalha biex jumilja lill-kburin, ibierek lill-magħkusin, u jtemm il-ħajjiet jew isalvahom mill-mewt. Hi faħħret lil Missierha għall-kwalitajiet uniċi bħalma huma l-qdusija, il-ġustizzja, u l-lealtà tiegħu. Mhux taʼ b’xejn li Ħanna setgħet tgħid: “M’hemm ebda blata bħal Alla tagħna.” Ġeħova hu tassew taʼ min joqgħod fuqu, ma jinbidilx, u hu kenn għall-magħkusin u l-batuti kollha li jduru lejh għall-għajnuna.
22, 23. (a) Għala nistgħu nkunu ċerti li Samwel dejjem kien jaf li l-ġenituri tiegħu kienu jħobbuh? (b) Ġeħova kif kompla jbierek lil Ħanna?
22 Iċ-ċkejken Samwel kellu privileġġ 1 Samwel 2:19.) Nistgħu nġibu quddiem għajnejna lil Ħanna tlibbes il-libsa l-ġdida lit-tifel, tirranġahielu, u tħares lejh bi kburija filwaqt li tgħidlu kliem sabiħ u inkuraġġanti. Samwel kien imbierek b’omm bħal din, u hu kien taʼ barka għall-ġenituri tiegħu u għal Iżrael kollu.
verament kbir li jkollu omm li tant kellha fidi soda f’Ġeħova. Għalkemm żgur li ħass in-nuqqas tagħha hu u jikber, qatt ma ħassu minsi. Sena wara sena, Ħanna kienet tmur Silo u ttellagħlu libsa bla kmiem għas-servizz tiegħu fit-tabernaklu. Hi kienet tħithielu b’ħafna mħabba u affezzjoni. (Aqra l-23 Lanqas Ħanna ma kienet minsija. Ġeħova berikha bil-fertilità, u hi u Elkana kellhom ħamest itfal oħra. (1 Sam. 2:21) Iżda forsi l-ikbar barka li kellha Ħanna kienet ir-rabta bejnha u bejn Missierha, Ġeħova, li kompliet tissaħħaħ tul is-snin. Jalla l-istess ikun minnu fil-każ tiegħek hekk kif timita l-fidi taʼ Ħanna.
^ par. 7 Għalkemm il-Bibbja tgħid li Ġeħova lil Ħanna kien “għalqilha ġufha,” m’hemm ebda evidenza li Alla ma kienx ferħan b’din il-mara umli u leali. (1 Sam. 1:5) Kultant il-Bibbja tgħid li Alla jkun għamel xi ħaġa mentri fil-fatt hu jkun sempliċement ippermettieha għal xi żmien.
^ par. 9 Id-distanza hi bbażata fuq il-probabbiltà li Rama, raħal twelid Elkana, kien l-istess post li sar magħruf bħala Arimatija fi żmien Ġesù.