Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

Għal dawk li jħobbu lil Alla Ġeħova u l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja:

Ġesù qal, ‘Intom tkunu tafu l-​verità, u l-​verità teħliskom.’ (Ġwanni 8:32) Aħseb dwar kif ħassejtek għall-​bidu li sirt taf il-​verità mill-​Bibbja! Żgur li hi xi ħaġa eċitanti li ssir taf il-​verità f’dinja mimlija gideb.—2 Timotju 3:1.

Alla Ġeħova jixtieqna nkunu nafu l-​verità. U aħna nixtiequ naqsmu din il-​verità m’oħrajn għax inħobbuhom. Imma biex naqdu lil Alla, irridu nagħmlu iktar minn hekk. Minħabba li għandna rispett kbir lejn il-​prinċipji taʼ Ġeħova, aħna nagħmlu ħilitna biex ngħixu bħala Kristjani. Ġesù tkellem dwar mod importanti kif nistgħu nuru li nħobbu lil Alla. Hu qal: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.”—Ġwanni 15:10.

Ġesù jħobbu ħafna lil Missieru. Hu jagħmel dak kollu li Missieru jitlob minnu. Jekk nimitaw lil Ġesù bil-​mod kif ngħixu, Ġeħova se jħobbna u se nkunu kuntenti verament. Fil-​fatt, Ġesù stess qal li jekk nagħmlu hekk se nkunu ferħanin.—Ġwanni 13:17.

Nittamaw li dan il-​ktieb se jgħinek tgħix skont il-​verità tal-​Bibbja u ssir ħabib t’Alla. Aħna nitolbu għalikom biex tkomplu tkabbru mħabbitkom għal Alla u tibqgħu “fl-​imħabba t’Alla . . . bil-​ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejkom.”—Ġuda 21.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova