KAPITLU 106
Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli
MATTEW 21:28-46 MARKU 12:1-12 LUQA 20:9-19
-
TIXBIHA DWAR ŻEWĠ ULIED
-
TIXBIHA DWAR BDIEWA F’GĦALQA TAD-DWIELI
Fit-tempju, Ġesù għadu kemm ħawwad lill-qassisin ewlenin u lix-xjuħ tal-poplu, li sfidaw l-awtorità tiegħu. It-tweġiba taʼ Ġesù tħallihom bla kliem. Imbagħad jirrakkonta tixbiha li tikxef x’tip taʼ nies huma verament.
Ġesù jgħid: “Wieħed raġel kellu żewġt itfal. Mar fuq l-ewwel wieħed u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem fl-għalqa tad-dwieli.’ Dan wieġeb u qallu, ‘Immur, sinjur,’ imma ma marx. Resaq lejn it-tieni wieħed u qallu l-istess. Dan wieġeb u qallu, ‘Ma rridx.’ Wara ddispjaċieh u mar. Liema minnhom it-tnejn għamel ir-rieda taʼ missieru?” (Mattew 21:28-31) It-tweġiba hija ovvja—l-iben li fl-aħħar mill-aħħar għamel ir-rieda taʼ missieru.
Allura Ġesù jgħid lil dawk li jopponuh: “Tassew ngħidilkom li l-kolletturi tat-taxxi u l-prostituti sejrin qabilkom fis-saltna t’Alla.” Il-kolletturi tat-taxxi u l-prostituti għall-ewwel ma kinux jaqdu lil Alla. Madankollu, bħall-iben li mbagħad iddispjaċieh, huma iktar tard nidmu u issa qed jaqduh. B’kuntrast, il-mexxejja reliġjużi huma bħall-iben li qal li se jmur imma ma marx, billi jgħidu li jaqdu lil Alla imma fir-realtà ma jaqduhx. Ġesù jgħid: “Ġwanni [l-Battista] ġie għandkom fi triq is-sewwa, imma intom m’emmintuhx. Madankollu, il-kolletturi tat-taxxi u l-prostituti emmnuh, u intom, għalkemm rajtu dan, ma ddispjaċikomx wara u bqajtu m’emmintuhx.”—Mattew 21:31, 32.
Wara din it-tixbiha Ġesù jirrakkonta oħra. Din id-darba, Ġesù juri li l-mexxejja reliġjużi mhux talli ma jaqdux lil Alla, imma talli huma nies mill-agħar. Ġesù jgħid: “Wieħed raġel ħawwel għalqa bid-dwieli u dawwarha b’ċint. Ħaffer ħofra għall-magħsar taʼ l-inbid, bnielha torri, u qabbilha [jiġifieri, krieha] lil xi bdiewa, u siefer. Issa, meta wasal iż-żmien, bagħat ilsir għand il-bdiewa biex jieħu ftit mill-frott taʼ l-għalqa tad-dwieli mingħandhom. Imma huma qabduh, sawtuh, u bagħtuh b’idejh vojta. U reġaʼ bagħtilhom ilsir ieħor; u lil dan tawh fuq rasu u ddiżonorawh. U bagħat ieħor, u lil dan qatluh; u bagħat lil ħafna oħrajn, lil xi wħud sawtuhom u lil oħrajn qatluhom.”—Marku 12:1-5.
Dawk li qed jisimgħu lil Ġesù se jifhmuha t-tixbiha? Għandhom mnejn jiftakru fil-kritika taʼ Isaija meta qal: “L-għalqa tad-dwieli taʼ Ġeħova taʼ l-armati hi dar Israel, u n-nies taʼ Ġuda huma l-art imħawla li kien jgħożż. U baqaʼ jittama għal ġudizzju, imma, ara, kien hemm il-ksur tal-liġi.” (Isaija 5:7) It-tixbiha taʼ Ġesù hi simili. Sid l-għalqa hu Ġeħova u l-għalqa tad-dwieli hi l-ġens t’Iżrael, li kellu l-protezzjoni tal-Liġi t’Alla li kienet bħal ċint. Ġeħova bagħat profeti biex jgħallmu lill-poplu tiegħu u biex jgħinuhom jipproduċu frott tajjeb.
Madankollu, “il-bdiewa” ttrattaw ħażin u qatlu lill-‘ilsiera’ li ntbagħtulhom. Ġesù jispjega: “[Is-sid tal-għalqa tad-dwieli] kien baqagħlu ieħor, iben maħbub. Bagħathulhom l-aħħar wieħed u qal, ‘Lil ibni jirrispettawh.’ Imma dawk il-bdiewa qalu bejniethom, ‘Dan il-werriet. Ejjew noqtluh, u l-wirt ikun tagħna.’ Għalhekk, qabduh [u] qatluh.”—Marku 12:6-8.
Issa Ġesù jistaqsi: “X’se jagħmel sid l-għalqa tad-dwieli?” (Marku 12:9) Il-mexxejja reliġjużi jwieġbu: “Peress li huma mill-agħar, hu se jġib fuqhom qerda kbira, u l-għalqa tad-dwieli jqabbilha lil bdiewa oħrajn li jagħtuh il-frott meta jasal żmienu.”—Mattew 21:41.
B’hekk, bla ma jindunaw jitfgħu l-ġebla fuq saqajhom, għax huma fost “il-bdiewa” fl-“għalqa tad-dwieli” taʼ Ġeħova, jiġifieri l-ġens t’Iżrael. Il-frott li Ġeħova bi dritt jistenna minn Marku 12:10, 11) Imbagħad Ġesù jolqot il-musmar fuq rasu meta jgħid: “Għalhekk ngħidilkom, Is-saltna t’Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħti l-frott minnha.”—Mattew 21:43.
dawn il-bdiewa jinkludi li jkollhom fidi f’Ibnu, il-Messija. Ġesù jħares fiss lejn il-mexxejja reliġjużi u jgħid: “Qatt ma qrajtuha din l-iskrittura, ‘Il-ġebla li twarrbet mill-bennejja, din saret il-ġebla tax-xewka ewlenija; mingħand Ġeħova seħħ dan, u f’għajnejna din hi ħaġa meraviljuża’?” (L-iskribi u l-qassisin ewlenin jindunaw “li meta [Ġesù] qal din it-tixbiha kellu lilhom f’moħħu.” (Luqa 20:19) Issa jridu joqtluh iktar minn qatt qabel lil Ġesù, il-“werriet” bi dritt. Imma huma jibżgħu mill-folol, li jqisu lil Ġesù bħala profeta, allura ma jipprovawx joqtluh dak il-ħin stess.