Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 12

X’Se Jgħinek Tibqaʼ Tistudja l-Bibbja?

X’Se Jgħinek Tibqaʼ Tistudja l-Bibbja?

Għalkemm mhux dejjem hu faċli li tistudja l-​Bibbja, dan se jgħinek ħafna. Jaf ikun hemm mumenti fejn tħoss li ma tistax tibqaʼ tistudja l-​Bibbja. Imma għala hu worth it li tibqaʼ tistudja? X’se jgħinek tibqaʼ tistudja minkejja li tiffaċċja xi problemi?

1. Għala hu importanti li tistudja l-​Bibbja?

“Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” (Ebrej 4:12) Il-​Bibbja hi importanti għax turi x’jaħseb u xi jħoss Alla dwarek. Int se titgħallem ħafna affarijiet, se jkollok ħajja aħjar u jkollok tama sabiħa għall-​futur. Imma l-​iżjed ħaġa importanti hi li l-​Bibbja tgħinek issir ħabib t’Alla. Meta tistudja l-​Bibbja se jkollok ħajja iżjed ferħana.

2. Għala rridu naraw kemm huma importanti l-​veritajiet tal-​Bibbja?

Il-​veritajiet tal-​Bibbja huma bħal teżor. Il-​Bibbja għalhekk tinkuraġġina biex ‘nixtru l-​verità u ma nbigħuhiex.’ (Proverbji 23:23) Meta nżommu f’moħħna kemm huma importanti l-​veritajiet tal-​Bibbja, aħna se nagħmlu minn kollox biex nibqgħu nistudjawha, anki meta jinqalgħu l-​problemi.​—Aqra Proverbji 2:​4, 5.

3. Ġeħova kif se jgħinek tibqaʼ tistudja?

Bħala l-​Wieħed li ħalaq kollox u l-​Ħabib tiegħek, Ġeħova jrid jgħinek titgħallem dwaru. Hu jgħinek billi jagħtik ix-​xewqa u l-​qawwa biex tistudja l-​Kelma tiegħu. (Aqra Filippin 2:13; 4:13.) Għalhekk, jekk ikollok bżonn l-​għajnuna biex tkompli tistudja jew biex tagħmel dak li qed titgħallem, hu jistaʼ jgħinek. Hu jistaʼ jtik is-​saħħa li jkollok bżonn biex tiffaċċja problemi jew oppożizzjoni. B’mod regolari, itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna biex jgħinek tkompli tistudja l-​Bibbja.​—1 Tessalonikin 5:17.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem kif tistaʼ tkompli tistudja l-​Bibbja minkejja li jkollok ħafna x’tagħmel jew meta oħrajn jipprovaw iwaqqfuk. Imbagħad ara kif Ġeħova se jgħinek biex tkompli tistudja.

4. Kun ċert li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik

Kultant, tant ikollna x’nagħmlu li nħossu li m’għandniex ħin biex nistudjaw il-​Bibbja. X’se jgħinna? Aqra Filippin 1:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema huma xi affarijiet fil-​ħajja li taħseb li huma “iktar importanti”?

  • X’tistaʼ tagħmel biex turi li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik?

  1. Jekk timla barmil bir-​ramel u tipprova żżidlu l-​ġebel, il-​ġebel mhux se joqgħod

  2. Jekk tpoġġi l-​ġebel l-​ewwel, ir-​ramel se joqgħod kważi kollu. Bl-​istess mod, jekk tpoġġi l-​affarijiet “iktar importanti” l-​ewwel f’ħajtek, se jirnexxilek tagħmel dan u affarijiet oħra

Meta nistudjaw il-​Bibbja, inkunu qed nieħdu ħsieb il-​bżonn spiritwali tagħna. Dan ifisser li nsiru nafu u naqdu lil Alla. Aqra Mattew 5:​3, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif se tibbenefika meta tagħmel l-​istudju tal-​Bibbja prijorità?

5. Ibqaʼ studja anki meta jipprovaw iwaqqfuk

Xi kultant, oħrajn se jipprovaw iwaqqfuk milli tistudja l-​Bibbja. Ara l-​eżempju taʼ Francesco. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, kif ħassewhom il-​familja u l-​ħbieb taʼ Francesco meta qalilhom x’kien qed jitgħallem?

  • X’riżultati tajbin kellu talli ssaporta?

Aqra t-2 Timotju 2:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​familja u l-​ħbieb tiegħek kif iħossuhom dwar dak li qed titgħallem?

  • Skont dawn il-​versi, b’liema mod għandek twieġeb meta xi ħadd ma jiħux pjaċir li qed tistudja l-​Bibbja? Għala taħseb hekk?

6. Kun ċert li Ġeħova se jgħinek

Iżjed ma nsiru nafu lil Ġeħova, iżjed se nkunu nixtiequ nagħmlu dak li jogħġob lilu. Imma xorta nistgħu nsibuha diffiċli biex inbiddlu xi ħaġa f’ħajjitna ħalli ngħixu kif jixtieqna hu. Jekk tħossok hekk, taqtax qalbek. Ġeħova se jgħinek. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, x’bidliet għamel Jim biex jogħġob lil Ġeħova?

  • X’jogħġbok l-​iżjed minn dan l-​eżempju?

Aqra Ebrej 11:​6, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova x’se jagħmel għal dawk li “jfittxuh bil-​ħeġġa,” jiġifieri dawk li jagħmlu li jistgħu biex isiru jafuh u jogħġbuh?

  • Skont il-​vers, jieħu pjaċir Ġeħova meta jarak tagħmel sforz biex tistudja l-​Bibbja? Għala taħseb hekk?

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Għala qed tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova?”

  • Int kif tistaʼ twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Li tistudja l-​Bibbja mhux dejjem hu faċli, imma dan se jgħinek tkun ferħan għal dejjem. Ibqaʼ afda f’Ġeħova, u se tara kif jgħinek.

X’Tgħallimt

  • Għala hija importanti għalik il-​verità li qed titgħallem mill-​Bibbja?

  • Kif tistaʼ turi li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik?

  • Għala għandek titlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ tistudja l-​Bibbja?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sir af erbaʼ affarijiet li għenu lil oħrajn jużaw il-​ħin bl-​aħjar mod.

“Kif tinvesti l-​ħin tiegħek bil-​għaqal” (Stenbaħ!, Frar 2014)

Ara kif Ġeħova għen lil mara li r-​raġel tagħha ma fehemx għala xtaqet togħġob lil Alla.

Ġeħova jsaħħaħna sabiex inġorru t-​tagħbija tagħna (5:​05)

Ara kif raġel ibbenefika talli l-​mara tiegħu baqgħet tissaporti.

Trattajt il-​Verità bħal Każ (6:​30)

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kultant jiġu akkużati li jifirdu l-​familji. Imma dan vera?

“Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-​familji jew isaħħuhom?” (Artiklu fuq jw.org)