LEZZJONI 15
Min Hu Ġesù?
Kważi kulħadd semaʼ b’Ġesù, imma ħafna nies ma tantx jafu dwaru. Hemm ħafna ideat differenti dwar min hu Ġesù. Il-Bibbja x’tgħid dwaru?
1. Min hu Ġesù?
Ġesù hu spirtu b’saħħtu li jgħix fis-sema. Alla Ġeħova ħalaq lil Ġesù qabel kull ħaġa oħra. Fil-fatt, il-Bibbja tgħid li hu “l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu.” (Kolossin 1:15) Peress li Ġeħova kien waħdu meta ħalaq lil Ġesù, il-Bibbja tirreferi għalih bħala ‘Ibnu l-waħdieni.’ (Ġwanni 3:16) Ġesù u Missieru, Ġeħova, ħadmu sew flimkien biex joħolqu l-affarijiet l-oħra kollha. (Aqra Proverbji 8:30.) Ġesù għad għandu ħbiberija tajba maʼ Ġeħova. Hu jaqdi lil Alla bħala “l-Kelma.” Dan ifisser li jitkellem f’isem Alla billi jwassal il-messaġġi u l-istruzzjonijiet tiegħu.—Ġwanni 1:14.
2. Ġesù għala ġie fuq l-art?
Ftit iżjed minn 2,000 sena ilu, Ġeħova għamel miraklu. Hu uża l-ispirtu qaddis biex jibgħat lil Ġesù mis-sema f’mara verġni jisimha Marija. B’hekk, Ġesù twieled bħala bniedem. (Aqra Luqa 1:34, 35.) Ġeħova kien wiegħed li se jibgħat lill-Messija, jiġifieri l-Kristu. Għalhekk, Ġesù ġie fuq l-art biex ikun dan il-Messija u biex isalva lin-nies kollha. a Kull ħaġa li Ġeħova kien qal minn qabel fil-Bibbja dwar il-Messija, ġrat permezz taʼ Ġesù. Dan għen lin-nies biex jindunaw li Ġesù hu “l-Kristu, Bin l-Alla l-ħaj.”—Mattew 16:16.
3. Ġesù fejn qiegħed issa?
Wara li Ġesù miet, Ġeħova rxoxtah bħala spirtu u telaʼ lura fis-sema. Hemmhekk, ‘Alla għollieh għal pożizzjoni superjuri.’ (Filippin 2:9) Illum, Ġesù huwa anġlu b’saħħtu ħafna. Ġeħova biss huwa iżjed b’saħħtu minnu.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af iżjed dwar min hu Ġesù u għala huwa importanti li titgħallem dwaru.
4. Ġesù mhuwiex l-Alla li Jistaʼ Kollox
Il-Bibbja tgħallimna li Ġesù hu anġlu b’saħħtu fis-sema. Imma hu xorta għandu jobdi lil Missieru, Alla Ġeħova. Kif nafu? Ara l-VIDJOW biex issir taf kif il-Bibbja turi li Ġesù hu differenti minn Alla.
L-iskritturi li ġejjin jgħinuna nifhmu d-differenza bejn Ġeħova u Ġesù. Aqra kull skrittura u ddiskuti l-mistoqsijiet li hemm magħhom.
Aqra Luqa 1:30-32.
-
Dak li qal l-anġlu kif juri li Ġesù hu differenti minn Alla Ġeħova, “l-Iktar Għoli”?
Aqra Mattew 3:16, 17.
-
Meta Ġesù tgħammed, x’qal il-leħen mis-sema?
-
Min taħseb li tkellem?
Aqra Ġwanni 14:28.
-
Min hu l-ikbar u għandu l-iżjed awtorità, missier jew tifel?
-
Ġesù qal li Ġeħova hu Missieru. Dan x’jgħallimna?
Aqra Ġwanni 12:49.
-
Ġesù kien jaħseb li hu u Missieru huma l-istess persuna? Int x’taħseb?
5. Ġesù wera li hu kien il-Messija
Fil-Bibbja hemm ħafna profeziji dwar il-Messija, jiġifieri l-wieħed li Alla għażel biex isalva lin-nies. Dawn il-profeziji għenu lin-nies biex jindunaw li hu l-Messija. Ara l-VIDJOW biex titgħallem dwar xi profeziji li Ġesù wettaq meta ġie fuq l-art.
Aqra l-profeziji li ġejjin mill-Bibbja, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet.
Aqra Mikea 5:2 biex titgħallem fejn il-Messija kellu jitwieled. b
-
Ġrat din il-profezija meta twieled Ġesù?—Mattew 2:1.
Aqra Salm 34:20 u Żakkarija 12:10 biex titgħallem x’qalet il-Bibbja minn qabel dwar il-mewt tal-Messija.
-
Ġraw dawn il-profeziji?—Ġwanni 19:33-37.
-
Taħseb li Ġesù rranġa minn qabel biex dawn il-profeziji jiġru bl-eżatt?
-
Meta taħseb fuq il-profeziji dwar kif kellu jitwieled u jmut Ġesù, x’jikkonvinċik li hu l-Messija?
6. Hu importanti li nitgħallmu dwar Ġesù
Il-Bibbja tgħidilna li huwa importanti ħafna li nitgħallmu dwar Ġesù u xi jridu jagħmel Alla. Aqra Ġwanni 14:6 u 17:3, u mbagħad iddiskuti:
-
Għala hu importanti li titgħallem dwar Ġesù?
ĦAFNA JGĦIDU: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jemmnux b’Ġesù.”
-
Int kif twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġesù hu anġlu b’saħħtu. Hu l-Iben t’Alla u l-Messija.
X’Tgħallimt
-
Il-Bibbja għala tgħid li Ġesù hu “l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu”?
-
Ġesù x’għamel qabel ġie fuq l-art?
-
Kif nafu li Ġesù hu l-Messija?
ARA IŻJED
Ara kif nafu li Ġesù hu l-Messija.
“Liema profeziji juru li Ġesù kien il-Messija?” (Artiklu fuq jw.org)
Sir af mill-Bibbja kif Alla hu missier Ġesù.
Tgħallem kif it-tagħlim tat-Trinità mhux ġej mill-Bibbja.
Ara kif inbidlet il-ħajja taʼ mara wara li tgħallmet x’tgħid il-Bibbja dwar Ġesù.
“A Jewish Woman Explains Why She Reexamined Her Faith” (Awake!, May 2013)
a F’lezzjonijiet 26 u 27 se tiddiskuti għala n-nies għandhom bżonn jiġu salvati u kif Ġesù se jsalvana.
b Ara n-Nota fl-Aħħar 2 biex taqra dwar profezija li qalet eżatt meta Ġesù kellu jiġi fuq l-art.