LEZZJONI 19
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?
Bħala Xhieda taʼ Ġeħova nemmnu li aħna Kristjani veri. Għala? Ikkunsidra dawn il-mistoqsijiet: It-tagħlim tagħna minn fejn ġej? Għala għandna l-isem Xhieda taʼ Ġeħova? U kif nuru li nħobbu lil xulxin?
1. Minn fejn ġej it-tagħlim tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
Ġesù qal: ‘Il-Kelma t’Alla hi l-verità.’ (Ġwanni 17:17) Bħal Ġesù, dak kollu li jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova ġej mill-Kelma t’Alla. Ara l-eżempju tax-Xhieda taʼ Ġeħova tal-bidu, li kienu jgħidulhom Studenti tal-Bibbja. Madwar l-1870, grupp taʼ nies riedu jkunu jafu eżatt x’tgħid il-Bibbja. Allura bdew jistudjawha flimkien. Huma emmnu dak li tgħid il-Bibbja, anki meta kien differenti minn dak li tgħid il-knisja. Imbagħad bdew jgħidu lil oħrajn b’dak li bdew jitgħallmu. a
2. Għala għandna l-isem Xhieda taʼ Ġeħova?
Minħabba li l-qaddejja taʼ Ġeħova jgħidu l-verità dwaru, hu jqishom ix-xhieda tiegħu. (Ebrej 11:4-40; 12:1) Pereżempju, fi żmien l-Iżraelin tal-Bibbja, Alla qalilhom: “Intom ix-xhieda tiegħi.” (Aqra Isaija 43:10.) Ġesù għandu t-titlu “x-Xhud Leali.” (Rivelazzjoni 1:5) Għalhekk, fl-1931, aħna ħadna l-isem ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Aħna ferħanin ħafna li għandna dan l-isem.
3. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif juru mħabba bħalma għamel Ġesù?
Ġesù tant kien iħobb lid-dixxipli tiegħu li għalih kienu qishom il-familja tiegħu. (Aqra Marku 3:35.) Bl-istess mod, ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma familja waħda magħquda madwar id-dinja. Għalhekk, aħna nirreferu għal xulxin bħala aħwa. (Filemon 1, 2) Aħna nobdu l-kmand: “Min iħobb lil Alla għandu jħobb lil ħuh ukoll.” (1 Ġwanni 4:21) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova juru din l-imħabba b’ħafna modi. Mod wieħed hu billi ngħinu lil ħutna madwar id-dinja meta jkunu fil-bżonn.
TGĦALLEM IŻJED
Tgħallem dwar l-istorja tax-Xhieda taʼ Ġeħova u sir af iżjed għala aħna Kristjani veri.
4. Dak li nemmnu ġej mill-Bibbja
Ġeħova qal li fl-aħħar jiem aħna se nkunu nistgħu nifhmu l-Bibbja iżjed. Aqra Danjel 12:4, u mbagħad iddiskuti:
-
In-nies t’Alla x’kienu se jsibu meta ‘jfittxu bir-reqqa,’ jiġifieri jistudjaw sew il-Bibbja?
Ara kif grupp taʼ studenti tal-Bibbja, li magħhom kien hemm Charles Russell, studjaw il-Kelma t’Alla. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
-
Fil-vidjow, kif studjaw il-Bibbja Charles Russell u sħabu?
Kont taf?
Kultant, aħna x-Xhieda taʼ Ġeħova, kellna nirranġaw dak li nemmnu. Għala? Bil-mod il-mod, Alla jgħinna nifhmu l-Bibbja iżjed. L-istess bħal meta titlaʼ x-xemx, jiżdied id-dawl u tara iżjed affarijiet. (Aqra Proverbji 4:18.) Il-Bibbja ma tinbidilx. Imma meta nifhmuha aħjar, aħna nirranġaw dak li ngħallmu.
5. Aħna nagħtu xhieda dwar Ġeħova
Għala għandna l-isem Xhieda taʼ Ġeħova? Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
-
Għala jagħmel sens l-isem Xhieda taʼ Ġeħova?
Ġeħova għala għażel nies biex ikunu xhieda tiegħu? Peress li hawn ħafna gideb dwaru, hu ried li x-Xhieda tiegħu juru li hu l-Alla l-veru. Ejja naraw tnejn minn dan il-gideb.
Ħafna reliġjonijiet jgħallmu li Alla jridhom jużaw l-istatwi biex iqimuh. Imma hekk għandna nqimu lil Alla? Aqra Levitiku 26:1, u mbagħad iddiskuti:
-
X’verità juri dan il-vers? Ġeħova kif iħossu dwar l-istatwi?
Ħafna reliġjonijiet jgħallmu li Ġesù hu Alla. Imma dan veru? Aqra Ġwanni 20:17, u mbagħad iddiskuti:
-
X’verità juri dan il-vers? Ġesù u Alla l-istess?
-
Ġeħova għandu x-Xhieda tiegħu jgħallmu l-verità dwaru u dwar Ibnu. Kif tħossok li tgħallimt dan?
6. Aħna nħobbu lil xulxin
Il-Bibbja tqabbel lill-Kristjani maʼ partijiet differenti tal-ġisem għax għandhom ikunu magħqudin. Aqra l-1 Korintin 12:25, 26, u mbagħad iddiskuti:
-
X’għandhom jagħmlu l-Kristjani meta Kristjani oħra jbatu?
-
Int x’rajt li juri l-imħabba li għandhom ix-Xhieda taʼ Ġeħova?
Meta x-Xhieda taʼ Ġeħova f’pajjiż ikunu qed ibatu, l-aħwa madwar id-dinja kollha mill-ewwel jipprovaw jgħinuhom. Ara l-VIDJOW biex tara eżempju taʼ dan, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
-
X’għamlu x-Xhieda taʼ Ġeħova biex juru li jħobbu lil xulxin?
ĦAFNA JGĦIDU: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova m’ilhomx jeżistu.”
-
Ġeħova kemm ilu jirreferi għall-qaddejja tiegħu bħala xhieda?
XI DDISKUTEJNA?
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani veri. Aħna naqdu lil Alla bħala familja mad-dinja kollha. Dak li nemmnu kollu ġej mill-Bibbja u aħna ngħidu lin-nies il-verità dwar Ġeħova.
X’Tgħallimt
-
Għala għandna l-isem Xhieda taʼ Ġeħova?
-
Kif nuru li nħobbu lil xulxin?
-
Int taħseb li x-Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani veri?
ARA IŻJED
Tgħallem iżjed dwar l-istorja tagħna.
Jehovah’s Witnesses—Faith in Action, Part 1: Out of Darkness (1:00:53)
Ara kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jgħallmu l-verità.
Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jistaʼ jkollok dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova.
“Mistoqsijiet komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova” (Artikli fuq jw.org)
Stephen kien jiġġieled ħafna maʼ nies li kienu differenti minnu. Ara x’ġiegħlu jinbidel.
“Ħajti Kienet Sejra mill-Ħażin għall-Agħar” (Artiklu minn Torri tal-Għassa)
a Ilna nippubblikaw It-Torri tal-Għassa mill-1879 u dan il-magazine dejjem spjega dak li tgħid il-Bibbja.