Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 20

Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni

Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni

Ġeħova hu Alla organizzat. (1 Korintin 14:33) Allura jagħmel sens li n-​nies tiegħu jkunu organizzati wkoll. Kif inhi organizzata l-​kongregazzjoni Kristjana? Aħna x’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lill-​kongregazzjoni tibqaʼ organizzata?

1. Min imexxi l-​kongregazzjoni?

‘Kristu hu l-​kap tal-​kongregazzjoni.’ (Efesin 5:23) Mis-​sema, hu jieħu ħsieb ix-​xogħol li jagħmlu n-​nies taʼ Ġeħova madwar id-​dinja. Ġesù għażel grupp żgħir taʼ anzjani b’esperjenza. Dan il-​grupp hu l-​Ġemgħa li Tiggverna, jiġifieri “l-​ilsir leali u għaqli.” (Aqra Mattew 24:​45-​47.) Il-​Ġemgħa li Tiggverna tagħti istruzzjonijiet lill-​kongregazzjonijiet kollha madwar id-​dinja. Dan l-​istess bħalma kienu jagħmlu l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm fl-​ewwel seklu. (Atti 15:2) Allura huma jaraw x’jixtieqhom jagħmlu Ġeħova billi jaqraw il-​Bibbja u jobdu l-​istruzzjonijiet taʼ Ġesù. B’hekk, dawn l-​irġiel mhumiex il-​mexxejja tal-​organizzazzjoni.

2. Min huma l-​anzjani u x’inhu xogħolhom?

L-​anzjani huma rġiel Kristjani maturi. Huma jgħallmu lin-​nies taʼ Ġeħova mill-​Bibbja, jgħinuhom u jinkuraġġuhom. Huma ma jitħallsux għal dak li jagħmlu. Minflok, huma jagħmlu kollox ‘minn jeddhom; mhux għall-​imħabba tal-​qligħ diżonest,’ imma minn qalbhom. (1 Pietru 5:​1, 2) Il-​qaddejja ministerjali huma rġiel li jgħinu lill-​anzjani. Maż-​żmien dawn l-​irġiel jistgħu jikkwalifikaw biex isiru anzjani.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tagħżel xi anzjani biex isiru indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet (circuit overseers). Dawn l-​irġiel iżuru lil xi kongregazzjonijiet biex jgħinu u jsaħħu lill-​aħwa. Huma jagħżlu l-​aħwa rġiel li jistgħu jaqdu bħala qaddejja ministerjali jew anzjani. Dan jagħmluh billi jaraw li jgħixu skont il-​kwalifiki tal-​Bibbja.​—1 Timotju 3:​1-​10, 12; Titu 1:​5-​9.

3. X’responsabbiltà għandu kull Xhud taʼ Ġeħova?

Fil-​kongregazzjoni kulħadd ‘ifaħħar isem Ġeħova’ billi jieħu sehem waqt il-​laqgħat u jipprietka kemm jistaʼ.​—Aqra Salm 148:​12, 13.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem x’tip taʼ mexxej hu Ġesù u kif l-​anzjani jippruvaw jimitawh. Ara wkoll kif aħna nistgħu nobdu lil Ġesù u naħdmu mal-​anzjani.

4. Ġesù jmexxi b’qalb tajba

Ġesù jistidinna għal xi ħaġa sabiħa ħafna. Aqra Mattew 11:​28-​30, u mbagħad iddiskuti:

  • X’tip taʼ mexxej hu Ġesù? Hu kif jixtieq li nħossuna taħt t-​tmexxija tiegħu?

L-​anzjani kif jimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù? Ara l-​VIDJOW.

Il-​Bibbja turi b’mod ċar kif l-​anzjani għandhom jagħmlu x-​xogħol tagħhom.

Aqra Isaija 32:2 u l-1 Pietru 5:​1-​3, u mbagħad iddiskuti:

  • L-​anzjani jippruvaw jagħmlu l-​aħjar li jistgħu biex jgħinu lill-​oħrajn bħalma għamel Ġesù. Kif tħossok dwar dan?

  • L-​anzjani b’liema modi oħra jimitaw lil Ġesù?

5. L-​anzjani jgħallmuna bl-​eżempju tagħhom

Ġesù kif jixtieq li l-​anzjani jaraw ix-​xogħol li għandhom? Ara l-​VIDJOW.

Ġesù qal x’attitudni jrid ikollhom dawk li jmexxu fil-​kongregazzjoni. Aqra Mattew 23:​8-​12, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​Bibbja kif tgħid li l-​anzjani għandhom imexxu? Inti taħseb li mexxejja f’reliġjonijiet oħra jimxu maʼ dak li tgħid il-​Bibbja?

  1. L-​anzjani jagħmlu ċert li huma u l-​familji tagħhom għandhom ħbiberija tajba maʼ Ġeħova

  2. L-​anzjani jieħdu ħsieb lil dawk kollha fil-​kongregazzjoni

  3. L-​anzjani jippritkaw kemm jistgħu

  4. L-​anzjani, apparti li jgħallmu lill-​oħrajn, jgħinu fit-​tindif u affarijiet oħra

6. Aħna naħdmu mal-​anzjani

Il-​Bibbja ttina raġuni importanti għala għandna naħdmu mal-​anzjani. Aqra Ebrej 13:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​Bibbja għala tgħid li għandna nobdu lil dawk li qed jieħdu ħsiebna? Kif tħossok dwar dan?

Aqra Luqa 16:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu importanti li dejjem nobdu lill-​anzjani anki f’affarijiet li ma jidhrux importanti?

ĦAFNA JGĦIDU: “Lil Alla tistaʼ tqimu kif trid int.”

  • X’benefiċċji hemm f’li taqdi lil Alla f’kongregazzjoni?

XI DDISKUTEJNA?

Ġesù jmexxi l-​kongregazzjoni. Aħna nieħdu pjaċir naħdmu mal-​anzjani għax jgħinuna u jgħallmuna bl-​eżempju tagħhom.

X’Tgħallimt

  • Min hu l-​kap tal-​kongregazzjoni?

  • L-​anzjani kif jgħinu lill-​kongregazzjoni?

  • X’responsabbiltà għandu kull Xhud taʼ Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif il-​Ġemgħa li Tiggverna u l-​anzjani jinteressahom mill-​Kristjani.

Insaħħu lil Ħutna Taħt Restrizzjoni (4:​22)

Tgħallem x’jagħmlu l-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet.

Il-​Ħajja taʼ Circuit Overseer (4:​51)

Aqra dwar dak li jagħmlu n-​nisa fil-​kongregazzjoni.

“Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova Nisa Jgħallmu?” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)