Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 22

Kif Tistaʼ Titkellem m’Oħrajn Dwar l-Aħbar Tajba?

Kif Tistaʼ Titkellem m’Oħrajn Dwar l-Aħbar Tajba?

Int u titgħallem mill-​Bibbja forsi taħseb, ‘Dan kulħadd għandu jkun jafu!’ U għandek raġun! Imma forsi tibżaʼ titkellem m’oħrajn fuq li qed titgħallem. Ejja naraw kif ma tibqax tibżaʼ u tibda tieħu gost titkellem m’oħrajn fuq l-​aħbar tajba tal-​Bibbja.

1. Kif tistaʼ titkellem dwar x’tgħallimt man-​nies li taf?

Id-​dixxipli taʼ Ġesù qalu: “Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Dak li għallimhom Ġesù tant kien importanti għalihom li riedu jgħiduh lil kulħadd. Int tħossok l-​istess? Jekk iva, fittex iċ-​ċans biex b’rispett tgħid lill-​familja u l-​ħbieb tiegħek x’tgħallimt.​—Aqra Kolossin 4:6.

Xi ideat biex jgħinuk

  • Meta tkun qed titkellem maʼ tal-​familja, semmi xi ħaġa mill-​Bibbja billi tgħid: “Tgħallimt xi ħaġa ġdida dil-​ġimgħa.”

  • Uri skrittura biex tinkuraġġixxi lil xi ħabib li ma jiflaħx jew stressat.

  • Meta tax-​xogħol isaqsuk kif kien il-​weekend, għidilhom x’tgħallimt waqt l-​istudju jew il-​laqgħa.

  • Uri l-​website jw.org lill-​ħbieb tiegħek.

  • Stieden lil oħrajn biex jiġu fuq l-​istudju tal-​Bibbja tiegħek, jew urihom kif japplikaw għal studju personali minn fuq jw.org.

2. Għala hi mira sabiħa li tipprietka mal-​aħwa tal-​kongregazzjoni?

Id-​dixxipli taʼ Ġesù ma ppritkawx l-​aħbar tajba man-​nies li kienu jafu biss. Ġesù “bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt” biex jippritkaw. (Luqa 10:1) B’dal-​mod, in-​nies kellhom iktar ċans jisimgħu bl-​aħbar tajba. Wara li ppritkaw flimkien, id-​dixxipli ħassewhom ferħanin ħafna. (Luqa 10:17) Tistaʼ taħseb biex tibda tipprietka mal-​aħwa tal-​kongregazzjoni?

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif jistaʼ jkollok iktar kuraġġ biex tipprietka u tibda tieħu gost titkellem fuq l-​aħbar tajba.

3. Ġeħova se jgħinek

Xi nies li jixtiequ jippritkaw forsi jibżgħu x’se jaħsbu dwarhom oħrajn jew kif se jirreaġixxu oħrajn meta jkellmuhom.

  • Int tibżaʼ titkellem m’oħrajn dwar dak li qed titgħallem? Għala tħossok hekk?

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Dawn iż-​żgħażagħ kif ma baqgħux jibżgħu?

Aqra Isaija 41:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta tibżaʼ tipprietka, għala għandek titlob?

Kont taf?

Ħafna Xhieda taʼ Ġeħova kienu jaħsbu li qatt mhu se jkollhom il-​kuraġġ jippritkaw. Pereżempju, Sergey ma kellux fiduċja fih innifsu u kien isibha diffiċli biex jitkellem man-​nies. Imbagħad beda jistudja l-​Bibbja. Hu jgħid: “Bdejt nitkellem m’oħrajn dwar dak li kont nitgħallem avolja kont nibżaʼ. Ma stennejtx li se nsir iżjed kunfidenti iktar ma nitkellem fuq il-​Bibbja. Il-​fidi tiegħi ssaħħet iktar meta tkellimt dwar dak li nemmen.”

4. Uri rispett

Qabel tkellem lil xi ħadd, trid mhux biss taħseb x’se tgħid imma anki kif se tgħidu. Aqra t-2 Timotju 2:24 u l-1 Pietru 3:​15, u mbagħad iddiskuti:

  • Dawn il-​versi kif jistgħu jgħinuk meta titkellem m’oħrajn dwar il-​Bibbja?

  • Xi ħbieb jew tal-​familja jistgħu ma jaqblux miegħek. X’tistaʼ tagħmel? X’m’għandekx tagħmel?

  • Għala jkun aħjar li tiddiskuti magħhom b’rispett minflok tgħidilhom x’għandhom jemmnu?

5. Meta tipprietka tkun ferħan

Ġeħova qal lil Ġesù biex jipprietka l-​aħbar tajba. Ġesù kif ħassu dwar dan ix-​xogħol? Aqra Ġwanni 4:​34, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta nieklu ikel tajjeb, nieħdu pjaċir u nkunu b’saħħitna. Ġesù għala qabbel li nagħmlu dak li jrid Alla (bħal li nippritkaw) maʼ li nieklu?

  • Għala se tkun ferħan meta tipprietka l-​aħbar tajba?

Ideat

  • Waqt il-​laqgħa taʼ matul il-​ġimgħa, ħu ideat taʼ kif tistaʼ tibda konversazzjoni m’oħrajn.

  • Tkellem maʼ min qed tistudja biex tara kif tistaʼ ssir student fil-​laqgħa taʼ matul il-​ġimgħa. Meta tieħu sehem f’din il-​laqgħa, se tħossok iktar preparat biex titkellem m’oħrajn dwar dak li qed titgħallem.

  • F’dan il-​ktieb issib kaxxi bl-​isem “Ħafna Jgħidu” jew “Xi Ħadd Jistaʼ Jsaqsi.” Dawn tistaʼ tużahom biex titgħallem kif twieġeb mistoqsijiet u raġunar komuni.

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ili ma narak, kif int?”

  • Kif tistaʼ tieħu ċ-​ċans biex tgħid lill-​persuna dwar x’qed titgħallem mill-​Bibbja?

XI DDISKUTEJNA?

Meta titkellem fuq l-​aħbar tajba, se tkun ferħan u dan se jkun eħfef milli taħseb.

X’Tgħallimt

  • Għala hu tajjeb li titkellem fuq l-​aħbar tajba m’oħrajn?

  • Kif tistaʼ turi rispett meta titkellem m’oħrajn?

  • X’tistaʼ tagħmel biex ma tibżax meta tkun se tipprietka?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara erbaʼ modi kif tistaʼ tuża l-​kard tal-​jw.org biex tipprietka.

Eżempju taʼ kif tippreżenta l-​kards taʼ jw.org (1:​43)

Tgħallem dwar erbaʼ kwalitajiet li se jgħinuk biex titkellem dwar l-​aħbar tajba.

“Lest Int Biex Issir Sajjied tal-​Bnedmin?” (It-​Torri tal-​Għassa, Settembru 2020)

Ara kif eżempju taʼ xi ħadd mill-​Bibbja jistaʼ jagħtina kuraġġ biex nippritkaw, anki jekk aħna żgħar.

Ġeħova jgħinek tkun kuraġġuż (11:59)

Sir af kif tistaʼ titkellem dwar il-​Bibbja maʼ tal-​familja li qatt ma semgħu b’Ġeħova.

“Nilħqu l-​qalb taʼ qraba li mhumiex tal-​istess twemmin” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Marzu 2014)