LEZZJONI 27
Il-Mewt taʼ Ġesù Kif Issalvana?
Aħna nidinbu, inbatu, u mmutu minħabba li Adam u Eva m’obdewx lil Alla. a Imma għandna tama. Ġeħova uża lil Ibnu Ġesù Kristu biex isalvana mid-dnub u l-mewt. Il-Bibbja tgħallimna li permezz tal-mewt tiegħu, Ġesù ħallsilna l-fidwa. Il-fidwa hi l-prezz li jitħallas biex jinħeles xi ħadd. Ġesù ħallas dan il-prezz bil-ħajja perfetta tiegħu. (Aqra Mattew 20:28.) Peress li Ġesù twieled raġel perfett, hu setaʼ jgħix għal dejjem hawn fuq l-art. Imma hu ried jagħti ħajtu għalina biex jerġaʼ jkollna dak li tilfu Adam u Eva. Ġesù wera kemm hu u Ġeħova jħobbuna. Din il-lezzjoni se tgħinek tapprezza iktar il-mewt taʼ Ġesù.
1. Il-mewt taʼ Ġesù kif qed tgħinna?
Peress li twilidna bid-dnub, nagħmlu ħafna affarijiet li ma jogħġbux lil Ġeħova. Imma xorta nistgħu nkunu ħbieb tajbin t’Alla. Dan nistgħu nagħmluh jekk vera jiddispjaċina għal dak li għamilna, u nitolbu lil Ġeħova f’isem Ġesù Kristu biex jaħfrilna. Imbagħad nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma nerġgħux nagħmlu l-istess żbalji. (1 Ġwanni 2:1) Il-Bibbja tgħid: “Kristu miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet, bniedem ġust għall-inġusti, sabiex imexxikom lejn Alla.”—1 Pietru 3:18.
2. Il-mewt taʼ Ġesù kif se tgħinna fil-futur?
Ġeħova bagħat lil Ġesù biex jagħti l-ħajja perfetta tiegħu ħalli ‘kulmin juri li għandu l-fidi f’Ġesù ma jinqeridx imma jkollu l-ħajja taʼ dejjem.’ (Ġwanni 3:16) Grazzi għal Ġesù, Ġeħova se jneħħi l-ħażen li hawn minħabba li Adam m’obdiex. Dan ifisser li jekk nuru li għandna fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù, se jkollna l-opportunità li ngħixu ferħanin għal dejjem f’ġenna tal-art!—Isaija 65:21-23.
TGĦALLEM IŻJED
Ifhem iżjed għala Ġesù miet u kif dan se jeffettwak b’mod tajjeb.
3. Il-mewt taʼ Ġesù ssalvana mid-dnub u l-mewt
Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
-
Liema opportunità tilef Adam meta m’obdiex lil Alla?
Aqra Rumani 5:12, u mbagħad iddiskuti:
-
Id-dnub t’Adam kif jeffettwak?
Aqra Ġwanni 3:16, u mbagħad iddiskuti:
-
Ġeħova għala bagħat lil Ibnu fuq l-art?
-
Adam kien raġel perfett u m’obdiex lil Alla u minħabba f’hekk, in-nies jidinbu u jmutu
-
Ġesù kien raġel perfett li obda lil Alla. Minħabba f’hekk, in-nies għandhom iċ-ċans li jsiru perfetti u jgħixu għal dejjem
4. Il-mewt taʼ Ġesù tgħin lil kulħadd
Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-mewt taʼ raġel wieħed kif tistaʼ tgħin lil kulħadd?
Aqra l-1 Timotju 2:5, 6, u mbagħad iddiskuti:
-
Adam kien raġel perfett imma peress li għamel dnub, in-nies kollha jidinbu u jmutu. Ġesù kien raġel perfett ukoll. Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù, kif isalvana mid-dnub u l-mewt?
5. Il-fidwa hi rigal mingħand Ġeħova
Il-ħbieb taʼ Ġeħova jaraw il-fidwa bħala rigal għalihom. Pereżempju, aqra Galatin 2:20, u mbagħad iddiskuti:
-
L-appostlu Pawlu kif wera li l-fidwa kienet rigal għalih?
Meta Adam dineb, ġab il-mewt fuq kulħadd. Imma Ġeħova bagħat lil Ibnu biex ikollok iċ-ċans li tgħix għal dejjem.
Int u taqra l-versi li ġejjin, ipprova immaġina kif Ġeħova setaʼ ħassu meta ra lil Ibnu jbati. Aqra Ġwanni 19:1-7, 16-18, u mbagħad iddiskuti:
-
Kif tħossok dwar dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalik?
XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Kif jistaʼ raġel wieħed imut għal kulħadd?”
-
Int kif twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova jistaʼ jaħfrilna dnubietna u aħna nistgħu ngħixu għal dejjem peress li Ġesù miet għalina.
X’Tgħallimt
-
Ġesù għala miet?
-
Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù kif isalvana mid-dnub u l-mewt?
-
Il-mewt taʼ Ġesù kif tgħinek?
ARA IŻJED
Tgħallem għala l-ħajja perfetta taʼ Ġesù u l-mewt tiegħu huma fidwa.
“Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù kif inhu ‘fidwa għal ħafna’?” (Artiklu fuq jw.org)
Sir af xi rridu nagħmlu biex insalvaw mid-dnub u l-mewt.
Ġeħova jaħfer dnubiet kbar?
“Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin” (It-Torri tal-Għassa, Lulju-Awwissu 2013)
Ara kif is-sagrifiċċju taʼ Ġesù għen lil raġel jirranġa maʼ dak li għadda minnu.
a Id-dnub mhux biss li nagħmlu xi ħaġa ħażina. Imma jirreferi wkoll għat-tendenza li nagħmlu dak li hu ħażin. Din it-tendenza writnieha minn Adam u Eva.